Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Voriconazole Hikma (previously Voriconazole Hospira)
voriconazole

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Voriconazole Hikma 200 mg trab għal soluzzjoni għall-infużjoni

voriconazole


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett (ara sezzjoni 4).


X’hemm f’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Voriconazole Hikma u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Voriconazole Hikma

  3. Kif għandek tieħu Voriconazole Hikma

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Voriconazole Hikma

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Voriconazole Hikma u għalxiex jintuża


    Voriconazole Hikma fih is-sustanza attiva voriconazole. Voriconazole Hikma huwa mediċina

    antifungali. Huwa jaħdem billi joqtol jew iwaqqaf it-tkabbir tal-moffa li tikkawża l-infezzjonijiet.


    Huwa jintuża għat-trattament tal-pazjenti (adulti u tfal li għandhom aktar minn sentejn) li għandhom:


    • aspergillosis invażiva (tip ta’ infezzjoni fungali b’Aspergillus sp),

      • kandidemija (tip ieħor ta’ infezzjoni fungali minħabba Candida sp) f’pazjenti li m’għandomx newtropenja (pazjenti li m’għandhomx għadd ta’ ċelloli bojod tad-demm baxx mhux normali),

      • infezzjonijiet invażivi serji ta’ Candida sp. fejn il-moffa hija reżistenti għal fluconazole (mediċina antifungali oħra),

      • infezzjonijiet fungali serji kkawżati minn Scedosporium spp. u Fusarium spp. (żewġ

      speċi differenti ta’ fungus).


      Voriconazole Hikma huwa maħsub għal pazjenti b’infezzjonijiet ta’ moffa li qed immorru għall- agħar, li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja.


      Prevenzjoni ta’ infezzjonijiet fungali f’pazjenti li jkunu ngħataw trapjant tal-mudullun u li jkunu f’riskju

      għoli.


      Dan il-prodott għandu jittieħed biss taħt is-superviżjoni ta’ tabib.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Voriconazole Hikma


    Tiħux b’Voriconazole Hikma:


    - jekk inti allerġiku għal sustanza attiva voriconazole, jew għal sulfobutylether beta cyclodextrin sodium (elenkati f’sezzjoni 6).


    50

    Huwa importanti ħafna li tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan

      1. ar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta, jew mediċini erbali.


        Il-mediċini fil-lista segwenti m’għandhomx jittieħdu waqt il-kura tiegħek b’Voriconazole Hikma:


        • Terfenadine (użat għal allerġija)

        • Astemizole (użat għal allerġija)

        • Cisapride (użat għal problemi ta’ l-istonku)

        • Pimozide (użat għall-kura ta’ mard mentali)

        • Quinidine (użat għal taħbit tal-qalb irregolari)

        • Ivabradine (użat għal sintomi ta’ insuffiċjenza kronika tal-qalb)

        • Rifampicin (użat għall-kura tat-tuberkulosi)

        • Efavirenz (użat għall-kura tal-HIV) f’dożi ta’ 400 mg u aktar darba kuljum

        • Carbamazepine (użat għall-kura ta’ attakki ta’ puplesija)

        • Phenobarbital (użat għal nuqqas ta’ rqad sever u attakki ta’ puplesija)

        • Alkalojdi tal-ergotina (eż., ergotamine, dihydroergotamine; użati għall-emigranja)

        • Sirolimus (użat f’pazjenti tat-trapjanti)

        • Ritonavir (użat għall-kura ta’ HIV) f’dożi ta’ 400 mg u aktar darbtejn kuljum

        • St. John’s Wort (fexfiex) (suppliment erbali)

        • Naloxegol (użat fit-trattament ta’ stitikezza speċifikament dik ikkawżata minn mediċini għall- uġigħ, imsejħa opjojdi, (eż., morfina, oxycodone, fentanyl, tramadol, codeine))

        • Tolvaptan (użat fit-trattament ta’ iponatrimija (livelli baxxi ta’ sodium fid-demm tiegħek) jew

          biex inaqqas ir-rata tat-tnaqqis tal-funzjoni tal-kliewi f’pazjenti b’marda poliċistika tal-kliewi)

        • Lurasidone (użat fit-trattament tad-depressjoni)

        • Venetoclax (użat fit-trattament ta’ pazjenti b’lewkimja limfoċitika kronika [chronic lymphocytic leukaemia-CLL])


          Twissijiet u prekawzjonijiet

          Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Voriconazole Hikma jekk:


        • Kellek reazzjoni allerġika għal azoles oħrajn.

        • Qed tbati minn, jew xi darba kellek mard tal-fwied. Jekk għandek mard tal-fwied, it-tabib tiegħek jista’ jordnalek doża aktar baxxa ta’ Voriconazole Hikma. It-tabib tiegħek għandu wkoll jimmonitorja l-funzjoni tal-fwied tiegħek waqt li tkun qed tiġi kkurat/a b’Voriconazole Hikma billi jagħmillek testijiet tad-demm.

        • Huwa magħruf li għandek kardjomijopatija, taħbit irregolari tal-qalb, taħbit tal-qalb bil-mod jew anormalità ta’ l-elettrokardjogramma (ECG) imsejħa ‘sindromu tal-QTc twil’.


          Għandek tevita kull dawl tax-xemx u esponiment għax-xemx waqt li qed tingħata l-kura. Importanti li tgħatti il-partijiet tal-ġilda esposti għax-xemx u li tuża skrin biex jipproteġik mix-xemx b’ċans tajjeb ta’ protezzjoni kontra x-xemx (SPF - sun protection factor), billi jista’ jkun hemm sensittività akbar tal- ġilda għar-raġġi UV tax-xemx. Dawn il-prekawzjonijiet japplikaw ukoll għat-tfal.


          Waqt li tkun qed tingħata kura b’Voriconazole Hikma:

        • għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tiżviluppa

          • ħruq mix-xemx

          • raxx sever tal-ġilda jew infafet

          • uġigħ fl-għadam.


            Jekk tiżviluppa disturbi tal-ġilda kif deskritt hawn fuq, it-tabib tiegħek jista’ jirreferik għand dermatologu, li wara konsultazzjoni jista’ jiddeċiedi li jkun importanti għalik li tibqa’ tmur għandu fuq bażi regolari. Hemm possibbilità żgħira li jista’ jiżviluppa kanċer tal-ġilda bl-użu fit-tul ta’ Voriconazole Hikma.


            Jekk tiżviluppa sinjali ta’ “sindrome ta’ Cushing” fejn il-ġisem jipproduċi wisq mill-ormon cortisol li

            jista’ jwassal għal sintomi bħal: żieda fil-piż, ħotba ta’ xaħam bejn l-ispallejn, wiċċ tond, ġilda iktar

            skura fuq l-istonku, il-koxxtejn, is-sider u d-dirgħajn, traqqiq tal-ġilda, titbenġel malajr, livell għoli ta’ zokkor fid-demm, xagħar li jikber b’mod eċċessiv, għaraq eċċessiv, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.


            Jekk tiżviluppa sinjali ta’ “insuffiċjenza adrenali” fejn il-glandoli adrenali ma jipproduċux ammonti adegwati ta’ ċerti ormoni tal-isterojdi bħal cortisol li jistgħu jwasslu għal sintomi bħal: għeja kronika jew fit-tul, dgħufija fil-muskoli, telf ta’ aptit, telf ta’ piż, uġigħ addominali, jekk jogħġbok għid littabib tiegħek.


            It-tabib tiegħek għandu jimmonitorja l-funzjoni tal-fwied tiegħek billi jagħmillek testijiet tad-demm.


            Tfal u adolexxenti

            Voriconazole Hikma m’għandux jingħata lit-tfal ta’ anqas minn sentejn.


            Mediċini oħra u Voriconazole Hikma

            Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.


            Ċerti mediċini, meta jittieħdu fl-istess ħin ma’ Voriconazole Hikma, jistgħu jaffettwaw il-mod kif

            jaħdem Voriconazole Hikma jew Voriconazole Hikma jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu huma.


            Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu l-mediċina li ġejja, billi jekk ikun possibbli għandha tiġi evitata kura b’Voriconazole Hikma fl-istess ħin:


        • Ritonavir (użat għall-kura ta’ l-HIV) f’dożi ta’ 100 mg u aktar darbtejn kuljum

        • Glasdegib (użat għall-kura tal-kanċer) – jekk għandek bżonn tuża ż-żewġ mediċini, it-tabib tiegħek ser jimmonitorja r-ritmu ta’ qalbek spiss


          Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin, billi t-trattament b’Voriconazole Hikma fl-istess ħin għandu jkun evitat, u jista’ jkun meħtieġ aġġustament fid-doża ta’ voriconazole:


        • Rifabutin (użat għall-kura tat-tuberkulosi). Jekk diġà qed tiġi kkurat/a b’Rifabutin l-għadd tad- demm tiegħek u l-effetti sekondarji għal rifabutin iridu jiġu mmonitorjati.

        • Phenytoin (użat għall-kura ta’ l-epilessija). Jekk diġà qed tiġi kkurat/a b’phenytoin

          il-konċentrazzjoni ta’ phenytoin fid-demm tiegħek trid tiġi mmonitorjata matul il-kura tiegħek b’Voriconazole Hikma u d-doża tiegħek tista’ tiġi aġġustata.


          Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin, billi jista’ jkun meħtieġ aġġustament fid-doża jew monitoraġġ sabiex jiġi aċċertat li l-mediċini u/ jew Voriconazole Hikma ikunu għadhom qed ikollhom l-effett mixtieq:


        • Warfarin u sustanzi oħra kontra l-koagulazzjoni tad-demm (eż. phenprocoumon,

          acenocoumarol; użati biex jirritardjaw it-tagħqid tad-demm)

        • Ciclosporin (użat f’pazjenti tat-trapjanti)

        • Tacrolimus (użat f’pazjenti tat-trapjanti)

        • Sulfonylureas (eż. tolbutamide, glipizide, u glyburide) (użati għad-dijabete)

        • Statins (eż. atorvastatin, simvastatin) (użati biex ibaxxu l-kolesterol)

        • Benzodiazepines (eż. midazolam, triazolam) (użati għal nuqqas ta’ rqad sever u stress)

        • Omeprazole (użat għall-kura ta’ l-ulċeri)

        • Kontraċettivi orali (jekk tieħu Voriconazole Hikma waqt li tkun qed tuża kontraċettivi orali,

          jista’ jkollok effetti mhux mixtieqa bħal dardir u disturbi mestrwali)

        • Alkalojdi vinka (eż., vincristine u vinblastine) (użati fil-kura tal-kanċer)

        • Inibituri ta’ tyrosine kinase (eż., axitinib, bosutinib, cabozantinib, ceritinib, cobimetinib, dabrafenib, dasatinib, nilotinib, sunitinib, ibrutinib, ribociclib) (użati għall-kura tal-kanċer)

        • Tretinoin (użat għall-kura tal-lewkimja)

        • Indinavir u inibituri oħra tal-protease ta’ l-HIV (użati għall-kura ta’ l-HIV)

        • Non-nucleoside reverse transcriptase inhibitors (eż. efavirenz, delavirdine, nevirapine) (użati għall-kura ta’ l-HIV) (ċerti dożi ta’ efavirenz MHUX suppost jittieħdu fl-istess ħin ma voriconazole)

        • Methadone (użat għat-trattament tal-vizzju tat-teħid ta’ l-eroina)

        • Alfentanil u fentanyl u opiates oħra li jaħdmu fuq qasir żmien bħal sulfentanil (mediċini

          kontra l-uġiegħ li jintużaw għal proċeduri kirurġiċi)

        • Oxycodone u opiates oħra li jaħdmu fuq tul ta’ żmien bħal hydrocodone (użati kontra

          l-uġigħ moderat u sever)

        • Mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (eż. ibuprofen, diclofenac) (użati kontra l-uġigħ u

          infjammazzjoni)

        • Fluconazole (użat għal infezzjonijiet fungali)

        • Everolimus (użat għal trattament ta’ kanċer avanzat fil-kliewi u f’pazjenti bi trapjanti)

        • Letermovir (użat biex jipprevjeni l-marda ta’ cytomegalovirus (CMV) wara trapjant talmudullun)

        • Ivacaftor: użat biex jittratta l-fibrożi ċistika


    Tqala u treddigħ

    Voriconazole Hikma m’għandux jittieħed waqt it-tqala, sakemm ma jkunx indikat mit-tabib tiegħek. Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva fin-nisa li jistgħu jinqabdu tqal. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinqabad tqila waqt li tkun qiegħda tieħu Voriconazole Hikma.


    Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni


    Voriconazole Hikma jista’ jikkawża vista mċajpra jew sensittività skomda għad-dawl. Issuqx jew

    tħaddem għodod jew magni waqt li tkun affettwat. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tesperjenza dan.


    Voriconazole Hikma fih is-sodju

    Din il-mediċina fiha 217,6 mg sodium (il-komponent prinċipali tal-melħ tat-tisjir / li jintuża mal-ikel) f’kull kunjett. Dan huwa ekwivalenti għal 10,9% tal-ammont massimu rakkomandat ta’ sodium li ghandu jittieħed kuljum mad-dieta minn adult.


    Voriconazole Hikma fih cyclodextrins

    Din il-mediċina fiha 3,200 mg cyclodextrins f’kull kunjett li hu ekwivalenti għal 160 mg/ml meta jiġi rikostitwit f’20 ml. Jekk għandek marda tal-kliewi, kellem lit-tabib tiegħek qabel tirċievi din lmediċina.


  3. Kif għandek tieħu Voriconazole Hikma


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt kif qallek it-tabib tiegħek. Tkellem mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek jistabbilixxi d-doża tiegħek skont il-piż u t-tip ta’ infezzjoni li għandek.


    It-tabib tiegħek jista’ jibdel id-doża tiegħek skont il-kondizzjoni tiegħek.


    Id-doża rakkomandata għall-adulti (inkluż pazjenti anzjani) hija kif ġej:



    Doża għall-ewwel 24 siegħa

    (Doża inizjali)

    Fil-vini

    6 mg/kg kull 12-il siegħa għall- ewwel 24 siegħa.

    Doża wara l-ewwel 24 siegħa

    (Doża ta’ Manteniment)

    4 mg darbtejn kuljum


    image

    Jiddependi fuq ir-rispons tiegħek għall-kura, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża għal 3 mg/kg darbtejn kuljum.


    It-tabib jista’ jiddeċiedi li jnaqqas id-doża jekk inti jkollok ċirrożi ħafifa għal moderata.


    Użu fit-tfal u fl-adolexxenti


    Id-doża normali għat-tfal u teenagers hija kif ġej:


    Fil-vina

    Tfal minn 2 sa anqas minn 12-il

    sena u teenagers ta’ bejn 12 u 14-il sena li ji#nu inqas minn 50 kg

    Teenagers ta’ bejn 12 sa 14-il

    sena li jiżnu 50 kg jew aktar; u t- teenagers kllha akbar minn 14-il sena

    Doża għall-ewwel 24 siegħa

    (Doża inizjali)

    9 mg/kg kull 12-il siegħa għall-

    ewwel 24 siegħa

    6 mg/kg kull 12-il siegħa għall- ewwel 12-il siegħa għall-ewwel

    24 siegħa

    Doża wara l-ewwel 24 siegħa

    (Doża ta’ manteniment)

    8 mg/kg darbtejn kuljum

    4 mg/kg darbtejn kuljum


    Skont ir-rispons għall-kura, it-tabib jista’ jżid jew inaqqas id-doża tiegħek tal-ġurnata.


    Voriconazole Hikma trab għal soluzzjoni għal infużjoni ser jiġi rikostitwit u dilwit għall-konċentrazzjoni korretta mill-ispiżjar jew infermier tal-isptar tiegħek. (Jekk jogħġbok irreferi għall-aħħar ta’ dan il-fuljett għal aktar tagħrif)


    Dan se jingħatalek b’infużjoni fil-vini (ġo vina) b’rata massima ta’ 3 mg/kg fis-siegħa mifruxa fuq

    siegħa sa 3 sigħat.


    Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek qed tieħdu Voriconazole Hikma għall-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet fungali, ittabib tiegħek jista’ jwaqqaf it-trattament b’Voriconazole Hikma jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tiżviluppaw effetti sekondarji assoċjati mat-trattament.


    Jekk tkun insejt tieħu doża ta’ Voriconazole Hikma:


    Billi inti se tingħata din il-mediċina taħt sorveljanza medika mill-qrib, mhux probabbli li tfalli doża.

    Madankollu, għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk taħseb li tkun intesiet xi doża.


    Jekk tieqaf tieħu Voriconazole Hikma:


    It-trattament b’Voriconazole Hikma ser ikompli skont il-parir tat-tabib tiegħek, madankollu t-tul ta’

    żmien ta’ trattament b’voriconazole m’għandux jaqbeż is-6 xhur.


    Pazjenti li għandhom is-sistema immunitarja dgħajfa, jew dawk b’infezzjonijiet diffiċli jista’ jkollom bżonn trattament għal aktar fit-tul sabiex l-infezzjoni ma terġax tfeġġ. Jista’ jkun li jaqilbuk min trattament ta’ infużjoni fil-vina għal pilloli jekk il-kundizzjoni taqleb għal aħjar.

    Meta l-kura b’Voriconazole Hikma tiġi mwaqqfa mit-tabib tiegħek inti m’għandek tesperjenza ebda

    effetti.


    Jekk ikollok xi mistoqsijiet oħra dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew

    1. infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina jista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Jekk ikun hemm xi effetti sekondarji, il-biċċa l-kbira tagħhom aktarx li jkunu żgħar u temporanji.

    Madankollu, xi wħud jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika.


    Effetti sekondarji serji – Waqqaf Voriconazole Hikma u kellem tabib immedjatament


    • Raxx

    • Suffejra; Bidla fit-testijiet tad-demm tal-funzjoni tal-fwied

    • Pankrejatite


      Effetti sekondarji oħra


      Komuni ħafna: jistgħu jeffetwaw aktar minn 1 kull 10 pazjent

    • Indeboliment viżwali (tibdil fil-vista , inkluż vista mċajpra, tibdil fil-kulur li tara, intolleranza mhux normali għall-perċezzjoni viżiva tad-dawl, ma tarax il-kuluri, disturbi fl-għajnejn, tara raġġieri, ma tarax billejl, vista titbandal, tara xrar, awra viżiva, preċiżjoni viżiva mnaqqsa, luminożità viżiva, telf ta’ parti mill-kamp viżiv normali, tikek qabel l-għajnejn)

    • Deni

    • Raxx

    • Dardir, rimettar, dijarea

    • Uġigħ ta’ ras

    • Nefħa fl-estremitajiet

    • Uġigħ fl-istonku

    • Diffikultajiet biex tieħu n-nifs

    • Żieda fl-enzimi fil-fwied


      Komuni: jistgħu jeffetwaw sa1 kull 10 pazjenti

    • Infjammazjoni tas-sinus, infjammazzjoni tal-ħanek, sirdat, dgħufija

    • Ammonti baxxi ta’ xi tipi, inkluż severi, ta’ ċelluli tad-demm homor (xi kultant relatati mal-immunità) u/jew bojod (xi kultant bid-deni), ammonti baxxi ta’ pjastrini li jgħinu lid- demm biex jgħaqqad

    • Livell baxx ta’ zokkor fid-demm, livell baxx ta’ potassium fid-demm, livell baxx ta’ sodium fid-demm

    • Ansjetà, depressjoni, konfużjoni, aġitazzjoni, ma tkunx tista’ torqod, alluċinazzjonijiet

    • Aċċessjonijiet, rogħda jew movimenti tal-muskoli mhux ikkontrollati, tnemnim jew sensazzjonijiet mhux normali tal-ġilda, żieda fit-ton tal-muskoli, ngħas, sturdament

    • Emorraġija fl-għajnejn

    • Problemi fir-ritmu tal-qalb li jinkludu taħbit tal-qalb mgħaġġel ħafna, taħbit tal-qalb bil-

      mod ħafna, ħass ħażin

    • Pressjoni tad-demm baxxa, infjammazzjoni ta’ vina (li tista’ tkun assoċjata mal-ħolqien

      ta’ embolu)

    • Diffikultà akuta biex tieħu nifs, uġigħ tas-sider, nefħa tal-wiċċ(ħalq, xufftejn u madwar l-għajnejn),, akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmuni

    • Stitikezza, indiġestjoni, infjammazzjoni tax-xufftejn

    • Suffejra, infjammazzjoni tal-fwied, u korriment tal-fwied

      Raxx tal-ġilda li jista’ jwassal għal infafet severi u tqaxxir tal-ġilda ikkaratterizzat minn parti

      ċatta u ħamra fuq il-ġilda li tkun miksija b’ħafas żgħir konfluwenti, ħmura tal-ġilda

    • Ħakk

    • Twaqqigħ tax-xagħar (tiqriegħ)

    • Uġigħ tad-dahar

      • Insuffiċjenza tal-kliewi, demm fl-awrina, bidliet fit-testijiet tal-funzjoni tal-kliewi


      Mhux komuni: jistgħu jaffetwaw sa 1 kull 100 pazjent

      • Sintomi simili għall-influwenza, irritazzjoni u infjammazzjoni tal-passaġġ gastrointestinali, infjammazzjoni tas-sistema gastrointestinali li tikkawża dijarea assoċjata mal-antibijotiċi, infjammazzjoni tal-vini limfatiċi

      • Infjammazzjoni tat-tessut irqiq li jiksi l-ħajt intern taż-żaqq u jiksi l-organi addominali

      • Tkabbir tal-glandola limfatika (xi kultant bl-uġigħ), insuffiċjenza tal-mudullun, żieda fl- eosinofili

      • Funzjoni depressa tal-glandola adrenali, glandola tat-tirojde mhux attiva biżżejjed

      • Funzjoni mhux normali tal-moħħ, sintomi qishom tal-marda ta’ Parkinson, ferita fin-

        nervaturi li tirriżulta fi tmewwit, uġigħ, tnemnim jew ħruq fl-idejn jew fis-saqajn

      • Problema bil-bilanċ jew koordinazzjoni

      • Nefħa tal-moħħ

      • Tara doppju, kundizzjonijiet serji tal-għajnejn li jinkludu: uġigħ u infjammazzjoni tal-għajnejn u tal-kpiepel ta’ l-għajnejn, moviment mhux normali tal-għajnejn, ħsara lin-nervituri tal- għajnejn li tirriżulta f’indeboliment tal-vista, nefħa fid-disk tal-għajnejn

      • Sensittività mnaqqsa li tħoss

      • Sens anormali tat-togħma

      • Diffikultajiet fis-smigħ, tisfir fil-widnejn, sturdament

      • Infjammazzjoni ta’ ċerti organi interni - il-frixa u d-duwodenu, nefħa u infjammazzjoni ta’

        l-ilsien

      • Fwied akbar, insuffiċjenza tal-fwied, mard tal-marrara, ġebel fil-marrara

      • Infjammazzjoni fil-ġogi, infjammazzjoni tal-vini taħt il-ġilda (li tista’ tiġi assoċjata

        mal-formazzjoni ta’ embolu tad-demm)

      • Infjammazzjoni tal-kliewi, proteini fl-awrina, ħsara fil-kliewi

      • Rata mgħaġġla ħafna ta’ taħbit tal-qalb jew il-qalb titlef xi taħbit xi kultant b’impulsi elettriċi erratiċi

      • Elettrokardjogramm (ECG) anormali

      • Żieda fil-livell ta’ kolesterol fid-demm, żieda fil-livell ta’ urea fid-demm

      • Reazzjonijiet allerġiċi tal-ġilda (xi kultant severi), li jinkludu jinkludu kundizzjoni tal- ġilda ta’ periklu għall-ħajja li tikkawża infafet li jweġġgħu u selħiet fil-ġilda u membrani mukużi, b’mod speċjali fil-ħalq , infjammazzjoni tal-ġilda, urtikarja, ħruq mix-xemx jew reazzjoni severa tal-ġilda wara esponiment għad-dawl jew għax-xemx, ħmura u irritazzjoni tal-ġilda, tibdil fil-kulur aħmar jew vjola tal-ġilda li jista’ jiġi kkawżat minn għadd baxx ta’ pjastrini, ekżema

      • Reazzjoni fis-sit tal-infużjoni

      • Reazzjoni allerġika jew rispons immunitarju esaġerat


        Rari: jistgħu jaffetwaw sa 1 kull 1,000 pazjent

      • Glandola tat-tirojde attiva ħafna

      • Deterjorament tal-funzjoni tal-moħħ li hi kumplikazzjoni serja ta’ mard tal-fwied

      • Telf ta’ ħafna mill-fibri fin-nerv tal-għajnejn, kornea mtappna, moviment involontarju tal-

        għajn.

      • Sensittività għad-dawl bil-formazzjoni ta’ nfafet

      • Disturb li fih is-sistema immuni tal-ġisem tattakka parti mis-sistema nervuża periferali

      • Problemi bir-ritmu ta’ taħbit tal-qalb jew bil-konduzzjoni (xi kultant ta’ periklu għall-ħajja)

      • Reazzjoni allerġika ta’ periklu għall-ħajja

      • Disturb fis-sistema tal-għaqid tad-demm

      • Reazzjonijiet allerġiċi fuq il-ġilda (xi kultant severi), inkluż nefħa rapida (edema) tad-dermis, tessut subkutanju, mukoża, u tessut submukożali, ħakk u rqajja’ misluħin ta’ ġilda ħoxna, ħamra bi qxur lewn il-fidda ta’ ġilda, irritazzjoni tal-ġilda u tal-membrani mukużi, kundizzjoni tal-ġilda ta’ periklu għall-ħajja li tikkawża porzjonijiet kbar tal-epidermis, is-saff ta’ barra nett tal-ġilda, sabiex jinqala’ minn mas-saffi tal-ġilda taħt.

      • Irqajja’ żgħar xotti u bil-qxur, xi kultant ħoxnin bil-ponot jew bi ‘qrun’


        Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa:

      • Nemex u tikek pigmentati


        Effetti sekondarji sinifikanti oħrajn li l-frekwenza tagħhom mhijiex magħrufa, iżda li għandhom jiġu rrappurtati lit-tabib tiegħek immedjatament:


      • Kanċer tal-ġilda

      • Infjammazzjoni tat-tessut ta’ madwar l-għadam

      • Irqajja’ ħomor bil-qxur jew leżjonijiet tondi fuq il-ġilda li jistgħu jkunu sintomi ta’

      marda awtoimmuni msejħa lupus erythematosus tal-ġilda


      Kultant kien hemm reazzjonijiet waqt l-infużjoni b’Voriconazole Hikma (fosthom fwawar, deni, għaraq, taħbit tal-qalb mgħaġġel u qtugħ ta’ nifs). It-tabib tiegħek jista’ jwaqqaf l-infużjoni jekk dan iseħħ.


      Billi huwa magħruf li Voriconazole Hikma jaffettwa l -fwied u l-kliewi, it-tabib tiegħek għandu jimmonitorja l-funzjoni tal-fwied u l-kliewi tiegħek billi jagħmillek testijiet tad-demm. Jekk jogħġbok avża lit-tabib tiegħek jekk ikollok xi wġigħ fl-istonku jew jekk il-purgar tiegħek ikollu konsistenza differenti.


      Kien hemm rapport ta’ karċinoma fiċ-ċelluli skwamużi tal-ġilda f’pazjenti kkurati b’voriconazole għal- perjodi twal ta’żmien.


      Ħruq mix-xemx jew reazzjoni severa tal-ġilda wara esponiment għad-dawl jew għax-xemx ġew

      esperjenzati b’mod iktar frekwenti fit-tfal. Jekk inti jew it-tifel/tifla tiegħek tiżviluppaw disturbi

      tal-ġilda, it-tabib tiegħek jista’ jirreferikom għand dermatologu, li wara konsultazzjoni jista’ jiddeċiedi li jkun importanti għalik jew għat-tifel/tifla tiegħek li tiġu osservati fuq bażi regolari. Żidiet fl-enzimi fil-fwied ġew osservati wkoll b’mod aktar frekwenti fit-tfal.


      Jekk xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji jippersisti jew idejqek, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Voriconazole Hikma


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta. Id-data ta’ skadenza tirreferi

    għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Din il-mediċina ma teħtieġ l-ebda kundizzjoni speċjali ta’ temperatura waqt il-ħażna. Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal -iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Voriconazole Hikma



Kif jidher Voriconazole Hikma u l-kontenut tal-pakkett


Voriconazole Hikma hija kejk lijofilizzat bajdani għal ofwajt.


Voriconazole Hikma hu ppreżentat f’pakketti ta’ kunjett 1 jew 5 bħala trab għal soluzzjoni għall- infużjoni. Jista’ jkun li mhux il-pakketti kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Hikma Farmacêutica (Portugal), S.A.

Estrada do Rio da Mó n.º 8, 8A e 8B, Fervença 2705-906 Terrugem SNT

Portugall


l-Manifatturi Hikma Italia S.p.A. Viale Certosa, 10

27100 Pavia l-italja


Pfizer Service Company BVBA Hoge Wei 10,

Zaventen, 1930,

Belġju


Għal kull tagħrif dwar din il- mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.


AT / BE / DE / NL

Hikma Pharma GmbH Tel: +49 89-45450-302

IT

Hikma Italia S.p.A.

Tél/Tel: + 39 0382 1751801


BG / CY / CZ / DK / EE / ES / EL / FI / HR / HU / IE / IS / LI / LT / LU / LV / MT / NO / PL

/ PT / RO / SE / SI / SK

Hikma Farmacêutica (Portugal), S.A. Tel.: +351 219 608 410

UK

Consilient Health Ltd Tel.: +44(0)203 751 1888

FR

Hikma France

Tel.: +33(0) 1 87 69 98 43


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’


Tagħrif iddettaljat dwar din il-mediċina huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: .


image


<--------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

L-informazzjoni li ġejja hija maħsuba għal professjonisti tobba jew tal-kura tas-saħħa biss:


Tagħrif dwar ir-Rikostituzzjoni u t-Taħlit bl-Ilma

Voriconazole Hikma trab għal soluzzjoni għall-infużjoni l-ewwel irid jiġi rikostitwit bi 19-il ml ilma għall-injezzjonijiet jew 19 ml ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride għall-injezzjoni sabiex jinkiseb volum li jista’ jinġibed ta’ 20 ml ta’ konċentrat ċar li fih 10 mg/ml ta’ voriconazole.


Huwa rakkomandat li tintuża siringa standard ta’ 20 ml (mhux awtomatika) sabiex jiġi żgurat li jingħata l-ammont eżatt (19.0 ml) ta’ ilma għall-injezzjonijiet jew ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride għall-injezzjoni.


Wara r-rikostituzzjoni b’19 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet jew b’soluzzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%)

sodium chloride, soluzzjoni ċara għandha tinkiseb.


Il-volum meħtieġ tal-konċentrat rikostitwit imbagħad jiġi miżjud ma’ infużjoni kompatibbli rakkomandata għal infużjoni msemmija hawn isfel biex tinkiseb soluzzjoni finali ta’ Voriconazole Hikma li jkun fiha 0.5 sa 5 mg/ml ta’ voriconazole.


Dan il-prodott mediċinali għandu jintuża darba biss u kwalunkwe soluzzjoni mhux użata trid

tintrema u għandhom jintużaw biss soluzzjonijiet ċari mingħajr frak.


M’għandux jingħata bħala injezzjoni bolus.


Qabel ma tuża, din il-mediċina ma teħtieġ l-ebda kundizzjoni speċjali ta’ temperatura waqt il-ħażna. Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


Volumi Meħtieġa ta’ 10 mg/ml ta’ Konċentrat Voriconazole Hikma



Piż tal- Ġisem (kg)

Volum ta’ Konċentrat Voriconazole Hikma (10 mg/ml)

meħtieġ għal:

doża ta’ 3

mg/kg

(numru ta’ kunjetti)

doża ta’ 4

mg/kg

(numru ta’ kunjetti)

doża ta’ 6

mg/kg

(numru ta’ kunjetti)

doża ta’ 8

mg/kg

(numru ta’ kunjetti)

doża ta’ 9

mg/kg

(numru ta’ kunjetti)

10

-

4.0 ml (1)

-

8.0 ml (1)

9.0 ml (1)

15

-

6.0 ml (1)

-

12.0 ml (1)

13.5 ml (1)

20

-

8.0 ml (1)

-

16.0 ml (1)

18.0 ml (1)

25

-

10.0 ml (1)

-

20.0 ml (1)

22.5 ml (2)

30

9.0 ml (1)

12.0 ml (1)

18.0 ml (1)

24.0 ml (2)

27.0 ml (2)

35

10.5 ml (1)

14.0 ml (1)

21.0 ml (2)

28.0 ml (2)

31.5 ml (2)

40

12.0 ml (1)

16.0 ml (1)

24.0 ml (2)

32.0 ml (2)

36.0 ml (2)

45

13.5 ml (1)

18.0 ml (1)

27.0 ml (2)

36.0 ml (2)

40.5 ml (3)


50

15.0 ml (1)

20.0 ml (1)

30.0 ml (2)

40.0 ml (2)

45.0 ml (3)

55

16.5 ml (1)

22.0 ml (2)

33.0 ml (2)

44.0 ml (3)

49.5 ml (3)

60

18.0 ml (1)

24.0 ml (2)

36.0 ml (2)

48.0 ml (3)

54.0 ml (3)

65

19.5 ml (1)

26.0 ml (2)

39.0 ml (2)

52.0 ml (3)

58.5 ml (3)

70

21.0 ml (2)

28.0 ml (2)

42.0 ml (3)

-

-

75

22.5 ml (2)

30.0 ml (2)

45.0 ml (3)

-

-

80

24.0 ml (2)

32.0 ml (2)

48.0 ml (3)

-

-

85

25.5 ml (2)

34.0 ml (2)

51.0 ml (3)

-

-

90

27.0 ml (2)

36.0 ml (2)

54.0 ml (3)

-

-

95

28.5 ml (2)

38.0 ml (2)

57.0 ml (3)

-

-

100

30.0 ml (2)

40.0 ml (2)

60.0 ml (3)

-

-


Voriconazole Hikma huwa lijofil sterili mhux priservat.


Stabilità wara r-rikostituzzjoni:

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet għal 36 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C għas- soluzzjoni rikostitwita.


Stabilità wara d-dilwazzjoni:

L-istabbiltà kimika u fiżika tas-soluzzjonijiet dilwiti għall-infużjoni ġew murija għal 36 siegħa f’temperatura ta’ 2°C sa 8°C segwiti bi 3 sigħat f’temperatura ambjentali tal-kamra.


Minn lat mikrobijoloġiku, ġaladarba rikostitwit, il-prodott għandu jintuża minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet u l-kundizzjonijiet ta’ ħażna waqt l -użu huma r-responsabbiltà ta’ l -utent u normalment ma għandhomx ikunu iktar minn 24 siegħa f’2 °C sa 8°C (fi friġġ), sakemm ir- rikostituzzjoni ma tkunx seħħet f’kundizzjonijiet ikkontrollati u asettiċi.


Soluzzjonijiet Kompatibbli għal Infużjoni:


Is-soluzzjoni rikostitwita tista’ tiġi dilwita ma’:


Sodium Chloride 9 mg/ml (0.9%) Soluzzjoni għal Injezzjoni Kompożizzjoni ta’ Infuzjoni ta’ Sodium Lactate għal-gol-vina 5% Glucose u Lactated Ringer’s Infużjoni ġol-Vina

5% Glucose u 0.45% Sodium Chloride 5% Infużjoni ġol-Vina 5% Glucose Infużjoni ġol-Vina

5% Glucose f’20 mEq ta’ Infużjoni ġol-Vini ta’ Potassium Chloride

0.45% Sodium Chloride Infużjoni Ġol-Vini

5% Glucose u 0.9% Sodium Chloride Infużjoni ġol-Vina


Il-kompatibilità ta’ Voriconazole Hikma ma’ dilwenti mhux dawk deskritti fuq (jew elenkati taħt f’‘Inkompatibbiltajiet’) mhix magħrufa.


Inkompatibbiltajiet:


Voriconazole Hikma ma għandux jiġi infuż fl-istess pajp jew kannula fl-istess ħin ma’ infużjonjiet ta’

prodotti mediċinali oħra, inkluż nutriment parenterali (eż Aminofusin 10% Plus).


Infużjonijet ta’ prodotti tad-demm ma għandhomx jingħataw fl-istess ħin ma’ Voriconazole Hikma.


Infużjoni ta’ nutrizzjoni parenterali totali tista’ tingħata fl-istess ħin ma’ Voriconazole Hikma iżda

mhux fl-istess linja jew kannula.


Voriconazole Hikma m’għandux jiġi dilwit b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 4.2% Sodium Bicarbonate.