Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Galvus
vildagliptin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Galvus 50 mg pilloli

vildagliptin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


M’għandekx tuża Galvus waqt it-tqala. Mhux magħruf jekk Galvus jgħaddix mal-ħalib tas-sider. M’għandekx tuża Galvux jekk qed tredda’ jew qed taħseb biex tredda’.


Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk tħossok sturdut meta tkun qed tieħu Galvus, m’għandekx issuq jew tħaddem magni.

Galvus fih lactose

Galvus fih lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


Galvus fih sodium

Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis-sodium’.


  1. Kif għandek tieħu Galvus


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu u meta

    L-ammont ta’ Galvus li għandhom jieħdu n-nies tvarja skond il-kundizzjoni tagħhom. It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek eżattament kemm għandek tieħu pilloli Galvus. Id-doża massima ta’ kuljum hija ta’ 100 mg.


    Id-doża tas-soltu ta’ Galvus hija jew:

    • 50 mg kuljum li tittieħed bħala doża waħda filgħodu jekk qed tieħu Galvus ma’ mediċina oħra li tissejjaħ sulphonylurea.


    • 100 mg kuljum li tittieħed bħala 50 mg filgħodu u 50 mg filgħaxija jekk qed tieħu Galvus waħdu, ma’ mediċina oħra li tissejjaħ metformin jew xi glitazone, flimkien ma’ metformin u xi sulphonylurea, jew mal-insulina.


    • 50 mg kuljum filgħodu jekk għandek mard moderat jew qawwi tal-kliewi jew jekk inti għaddej bid-dijalisi.


      Kif għandek tieħu Galvus

    • Ibla’ l-pilloli sħaħ bi ftit ilma.


      Kemm għandek iddum tieħu Galvus

    • Ħu Galvus kuljum sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek. Jista’ jkollok bżonn tieħu din il-kura fuq perijodu twil ta’ żmien.

    • It-tabib tiegħek sejjer jimmontora l-kundizzjoni tiegħek sabiex jara li l-kura qed ikollha l-effett mixtieq.


      Jekk tieħu Galvus aktar milli suppost

      Jekk tieħu wisq pilloli Galvus jew jekk xi ħadd ieħor ħa l-mediċina tiegħek, tkellem mat-tabib

      tiegħek mill-ewwel. Jista’ jkun hemm bżonn attenzjoni medika. Jekk ikollok bżonn tara tabib jew tmur l-isptar, ħu l-pakkett miegħek.


      Jekk tinsa tieħu Galvus

      Jekk tinsa tieħu doża ta’ din il-mediċina, ħudha malli tiftakar. Imbagħad ħu d-doża li jmissek fil-ħin

      tas-soltu. Jekk ikun kważi sar il-ħin tad-doża li jmissek, aqbeż id-doża li nsejt. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


      Jekk tieqaf tieħu Galvus

      Tieqafx tieħu Galvus sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel hekk. Jekk għandek

      mistoqsijiet dwar kemm għandek iddum tieħu din il-mediċina, tkellem mat-tabib tiegħek.

  2. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Xi sintomi jista’ jkollhom bżonn attenzjoni medika immedjata:

    Għandek tieqaf tieħu Galvus u tara t-tabib tiegħek immedjatament jekk qed tħoss l-effetti sekondarji li

    ġejjin:

    • Anġjoedema (rari: tista’ taffettwa sa persuna waħda minn kull 1,000): Sintomi jinkludu wiċċ, ilsien jew grieżem minfuħin, tbatija biex tibla’, tbatija biex tieħu n-nifs, raxx jew ħorriqija li titfaċċa f’daqqa, li tista’ tindika reazzjoni msejjħa “anġjoedema”.

    • Mard tal-fwied (epatite) (rari). Sintomi jinkludu ġilda u għajnejn sofor, tqalligħ, telf ta’ l-aptit jew awrina skura, li jista’ jindika mard tal-fwied (epatite).

    • Infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) (frekwenza mhux magħrufa): Sintomi jinkludu uġigħ sever u persistenti fl-addome (iż-żona tal-istonku), li jista’ jilħaq lil dahrek, kif ukoll dardir u rimettar.


      Effetti sekondarji oħrajn

      Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji waqt li kienu qed jieħdu Galvus u metformin:

    • Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10): Tregħid, uġigħ ta’ ras, sturdament, tqalligħ, zokkor fid-demm baxx

    • Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100): Għeja


      Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji waqt li kienu qed jieħdu Galvus u sulphonylurea:

    • Komuni: Tregħid, uġigħ ta’ ras, sturdament, dgħjufija, zokkor fid-demm baxx

    • Mhux komuni: Stitikezza

    • Rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10,000): Grieżem misluħin, imnieħer inixxi


      Xi pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji waqt li kienu qed jieħdu Galvus u glitazone:

    • Komuni: Żieda fil-piż, nefħa ta’ l-idejn, għaksa jew saqajn (edema)

    • Mhux komuni: Uġigħ ta’ ras, dgħjufija, zokkor fid-demm baxx


      Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin meta ħadu Galvus waħdu:

    • Komuni: Sturdament

    • Mhux komuni: Uġigħ ta’ ras, stitikezza, idejn, għaksa jew saqajn minfuħin (edema), uġigħ fil- ġogi, zokkor fid-demm baxx

    • Rari ħafna: Grieżem misluħin, imnieħer inixxi, deni


      Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Galvus, metformin u sulphonylurea:

    • Komuni: Sturdament, rogħda, dgħufija, glukosju baxx fid-demm, għaraq eċċessiv


      Xi pazjenti kellhom l-effetti sekondarji li ġejjin waqt li kienu qed jieħdu Galvus u l-insulina (flimkien ma’ metformin jew mingħajru):

    • Komuni: Uġigħ ta ras, sirdat, dardir (tħossok ma tiflaħx), glukosju baxx fid-demm, uġigħ fl- istonku

    • Mhux komuni: Dijarea, gass


      Minn mindu dan il-prodott iddaħħal fis-suq, kienu rrappurtati wkoll l-effetti sekondarji li ġejjin:

    • Frekwenza mhux magħrufa (ma tistax tiġi stabbilita mid-dejta disponibbli): Raxx bil-ħakk, infjammazzjoni tal-frixa, tqaxxir lokalizzat tal-ġilda jew infafet, uġigħ fil-muskoli

      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-

      mediċina.


  3. Kif taħżen Galvus


    • Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    • Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara “EXP”/“JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    • Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

    • Tuża l-ebda pakkett ta’ Galvus li jkun danneġġjat jew li juri sinjali ta’ tbabis.

    • Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.


  4. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Galvus


Kif jidher Galvus u l-kontenut tal-pakkett

Galvus 50 mg pilloli huma tondi, bojod jagħtu fl-isfar ċar u ċatti, b’“NVR” fuq naħa u “FB” fuq l-

oħra.


Galvus 50 mg pilloli jiġu f’pakketti li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 56, 60, 90, 112, 180 jew 336 pillola u f’pakketti b’hafna li fihom 3 kartuni, li kull waħda minnhom fiha 112 pillola.


Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet tal-pakketti kollha jkunu mqegħda fis-suq f’pajjiżek.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Vista Building

Elm Park, Merrion Road Dublin 4

L-Irlanda

Manifattur

Lek d.d. Verovskova ulica 57

Ljubljana 1526 Is-Slovenja


Novartis Farmacéutica S.A.

Gran Via de les Corts Catalanes, 764 08013 Barcelona

Spanja


image

Novartis Pharma GmbH Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Il-Ġermanja


image

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Lietuva

SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas

Tel: +370 5 269 16 50


България

Novartis Bulgaria EOOD

Тел.: +359 2 489 98 28

Luxembourg/Luxemburg Novartis Pharma N.V. Tél/Tel: +32 2 246 16 11


Česká republika

Novartis s.r.o.

Tel: +420 225 775 111

Magyarország Novartis Hungária Kft. Tel.: +36 1 457 65 00


Danmark

Novartis Healthcare A/S

Tlf: +45 39 16 84 00

Malta

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +356 2122 2872


Deutschland

Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0

Nederland

Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111


Eesti

SIA Novartis Baltics Eesti filiaal

Tel: +372 66 30 810

Norge

Novartis Norge AS

Tlf: +47 23 05 20 00


Ελλάδα

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Τηλ: +30 210 281 17 12

Österreich

Novartis Pharma GmbH

Tel: +43 1 86 6570


España

Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00

Polska

Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888


France

Novartis Pharma S.A.S.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Portugal

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220

România

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel: +40 21 31299 01


Ireland

Novartis Ireland Limited

Tel: +353 1 260 12 55

Slovenija

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +386 1 300 75 50


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Novartis Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 5542 5439


Italia

Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1

Suomi/Finland

Novartis Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200


Κύπρος

Novartis Pharma Services Inc.

Τηλ: +357 22 690 690

Sverige

Novartis Sverige AB

Tel: +46 8 732 32 00


Latvija

SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070

United Kingdom (Northern Ireland)

Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


eu