Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Luveris
lutropin alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Solvent fl-ampulli


Luveris 75 IU trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni

lutropin alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Luveris u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Luveris

  3. Kif għandek tuża Luveris

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Luveris

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Luveris u għalxiex jintuża X’inhu Luveris

    Luveris hu prodott mediċinali li fih lutropin alfa, Ormon Lutejniku rikombinanti (LH). Dan hu simili għall-ormon naturali li jinsab fil-bnedmin iżda li ġie magħmul permezz tal-bijoteknoloġija. Jagħmel parti mill-familja ta’ ormoni magħrufa bħala gonadotropini, li huma involuti fil-kontroll normali tar- riproduzzjoni.


    Għalxiex jintuża Luveris

    Luveris hu rakkomandat għall-kura ta’ nisa adulti li jipproduċu livelli baxxi ħafna ta’ wħud mill- ormoni involuti fiċ-ċiklu naturali riproduttiv. Il-mediċina tintuża flimkien ma’ ormon ieħor magħruf bħala Ormon li Jistimula l-Follikolu (FHS) biex jwassal għall-iżvilupp ta’ follikuli li jinsabu fl-ovarju, l-istrutturi li jimmaturaw il-bajd (ova). Dan hu segwit minn kura b’doża waħda ta’ Gonadotropin Korjonika umana (hCG), li twassal biex il-bajda tinqata’ mill-follikulu (ovulazzjoni).


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Luveris Tużax Luveris

    • jekk inti allerġika għal gonadotropini (bħal ormon luteinising, ormon li jistimula l-follikuli jew gonadotropin korjoniku uman), jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati

      fis-sezzjoni 6).

    • jekk għandek kanċer tal-ovarji, tal-utru jew fis-sider.

    • jekk it-testijiet urew li kellek tumur fil-moħħ.

    • jekk għandek tkabbir tal-ovarji jew bżieżaq mimlijin fluwidu fl-ovarji (ċista tal-ovarji) ta’ oriġini mhux magħrufa.

    • jekk ikollok fsada mill-vaġina li ma tafx x’qed jikkawżah.


      Tużax Luveris jekk tapplika għalik xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq. Jekk m’intix ċerta, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża din il-mediċina.

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Luveris.

      Il-fertilità tiegħek u tas-sieħeb tiegħek għandha tiġi evalwata qabel ma tinbeda l-kura.


      Huwa rakkomandat li ma tużax Luveris jekk għandek xi kundizzjoni li ġeneralment tagħmel tqala normali impossibbli, bħal ovarji li ma jaħdmux minħabba kundizzjoni msejħa insuffiċjenza primarja tal-ovarji, jew malformazzjonijiet fl-organi sesswali.


      Porfirja

      Għid lit-tabib tiegħek qabel tibda l-kura, jekk inti jew xi membru tal-familja tiegħek għandkom il- porfirja (inkapaċità li tkisser il-porphyrins li tista’ tiġi mgħoddija mill-ġenituri lill-ulied).


      Sindromu tal-istimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji (OHSS)

      Din il-mediċina tistimula l-ovarji tiegħek. Dan iżidlek ir-riskju li taqbdek is-sindromu ta’ iperstimulazzjoni tal-ovarji jew OHSS. Dan iseħħ meta l-follikuli tiegħek jiżviluppaw iżżejjed u jsiru ċisti kbar. Jekk jaqbdek uġigħ fin-naħa t’isfel tal-addome, ikollok żieda fil-piż malajr, tħossok ma tiflaħx jew tirremetti jew jekk qed tbati biex tieħu n-nifs, kellem lit-tabib tiegħek minnufih u dan jista’ jgħidlek biex tieqaf tuża din il-mediċina (ara sezzjoni 4 taħt “Effetti sekondarji serji”).


      F’każ li m’intix tovula, u jekk jiġu osservati d-doża rakkomandata u l-iskeda tal-għoti, hemm inqas probabbiltà ta’ OHSS. Il-kura b’Luveris rari tikkawża OHSS sever. Hemm aktar ċans li dan iseħħ jekk tingħata l-mediċina li tintuża għall-maturazzjoni follikulari finali (li fiha Gonadotropina Korjonika umana, hCG) (ara sezzjoni 3 taħt “Kemm għandek tuża” għad-dettalji). Jekk qiegħda tiżviluppa

      l-OHSS, it-tabib tiegħek jista’ ma jagħtik l-ebda hCG f’dan iċ-ċiklu ta’ kura u jista’ jgħidlek biex ma tagħmilx attività sesswali jew biex tuża metodu ta’ kontraċezzjoni li tostakola għal mill-anqas

      erbat ijiem.


      It-tabib tiegħek se jassigura monitoraġġ bir-reqqa tal-effett fuq l-ovarji, bl-ultrasound u kampjuni tad- demm qabel u matul il-kura.


      Tqala multipla

      Meta tuża Luveris, inti jkollok riskju akbar li toħroġ tqila b’iżjed minn tarbija waħda fl-istess ħin (“tqala multipla”, l-aktar tewmin), milli f’każ ta’ konċepiment naturali. It-tqala multipla tista’ twassal għal kumplikazzjonijiet mediċi għalik u għat-trabi tiegħek. Inti tista’ tnaqqas ir-riskju ta’ tqala multipla billi tuża d-doża korretta ta’ Luveris fil-ħinijiet korretti. Meta tagħmel użu mit-teknoloġiji ta’ riproduzzjoni assistita, ir-riskju ta’ tqala multipla huwa relatat mal-età tiegħek, il-kwalità u n-numru ta’ bajd fertilizzat jew embrijuni mpoġġija ġewwa fik.


      Korriment

      Meta tagħmel użu mit-teknoloġiji ta’ riproduzzjoni assistita jew ta’ stimulazzjoni tal-ovarji biex tipproduċi l-bajd, inti tkun iżjed probabbli li jkollok korriment mill-medja fin-nisa.


      Tqala ektopika

      Nisa bi storja medika ta’ mard fit-tubi, huma f’riskju ta’ tqala ektopika (tqala fejn l-embriju jkun impjantat ’il barra mill-utru), kemm jekk it-tqala sseħħ permezz ta’ konċepiment spontanju kif ukoll permezz ta’ kuri tal-fertilità.


      Problemi ta’ tagħqid tad-demm (każijiet tromboemboliċi)

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tuża Luveris jekk inti jew membru tal-familja tiegħek qatt kellkom emboli fir-riġlejn jew fil-pulmun, jew attakk tal-qalb jew puplesija. Jista’ jkun li jkollok riskju akbar ta’ emboli serji jew li emboli li diġà għandek jiggravaw bil-kura b’Luveris.


      Tumuri tal-organi sesswali

      Kien hemm rapporti ta’ tumuri fl-ovarji u ta’ organi sesswali oħrajn, kemm beninni kif ukoll malinni, f’nisa li kienu ħadu korsijiet multipli ta’ mediċina għall-kura tal-infertilità.

      Difetti tat-twelid

      Difetti tat-twelid wara teknoloġiji ta’ riproduzzjoni assistita jistgħu jkunu ftit ogħla milli wara konċepimenti spontanji. Dan jista’ jkun minħabba differenzi f’fatturi tal-ġenituri bħall-età tal-omm, il- ġenetika, kif ukoll il-proċeduri tat-teknoloġija ta’ riproduzzjoni assistita u tqala multipla.


      Tfal u adolexxenti

      Luveris mhuwiex qiegħed għall-użu fit-tfal u adolexxenti b’età ta’ inqas minn 18-il sena.


      Mediċini oħra u Luveris

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Tużax Luveris bħala taħlita fl-istess injezzjoni ma’ mediċini oħra, ħlief follitropin alfa, jekk tingħatalek mit-tabib tiegħek.


      Tqala u treddigħ

      Tużax Luveris jekk int tqila jew qed tredda’.

      Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu kwalunkwe mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Luveris m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.


      Luveris fih sodium

      Luveris fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment “ħieles mis- sodium”.


  3. Kif għandek tuża Luveris


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kif tuża din il-mediċina

    It-tabib tiegħek se jiddeċiedi d-doża li għandek tieħu u kif għandek tieħu dan il-prodott, skont kif inhu l-aktar adattat għalik matul din il-kura.


    Prodotti li huma iżjed adattati għall-pazjenti li jinjettaw lilhom infushom d-dar huma disponibbli. Ikkonsulta lit-tabib tiegħek biex tiskopri jekk prodott iżjed adattat jista’ jkun disponibbli għalik.


    Kemm għandek tuża

    Ġeneralment Luveris jintuża kuljum flimkien ma’ injezzjonijiet ta’ FSH għal massimu ta’ tliet ġimgħat.

    • Id-doża normali tal-bidu hi ta’ 75 IU (1 kunjett) ta’ Luveris flimkien ma’ 75 IU jew 150 IU ta’ FSH.

    • Skond ir-rispons tiegħek, it-tabib jista’ jżidlek id-doża ta’ FSH preferibbilment bi 37.5-75 IU f’intervalli ta’ 7 sa 14-il ġurnata.


      It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jtawwallek il-kura sa 5 ġimgħat.


      Meta jintlaħaq l-aħjar effett, injezzjoni waħda ta’ hCG tingħata 24 sa 48 siegħa wara l-aħħar injezzjonijiet ta’ Luveris u FSH. Hu rakkomandat li jkollok x’taqsam mas-sieħeb tiegħek dakinhar u l- għada li tkun ħadt l-hCG. Jew inkella, tista’ ssir Inseminazzjoni fl-Utru (IUI).


      Jekk l-effett ikun aktar milli mixtieq kemm il-kura kif ukoll l-hCG għandhom jitwaqqfu (ara

      sezzjoni 4 taħt “Sindromu tal-istimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji”). Għaċ-ċiklu li jmiss, it-tabib tiegħek jagħtik doża ta’ FSH aktar baxxa minn dik taċ-ċiklu preċedenti.

      Metodu ta’ kif għandu jingħata

      Luveris hu intenzjonat għall-użu għal taħt il-ġilda jiġifieri jittieħed permezz ta’ injezzjoni għal taħt il- ġilda. Kull kunjett għandu jintuża darba waħda biss.


      Jekk tieħu Luveris waħdek, jekk jogħġbok aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjin:

    • Aħsel idejk. Hu importanti li idejk u l-oġġetti li tuża jkunu nodfa kemm jista’ jkun.


    • Iġbor dak kollu li għandek bżonn. Sib post nadif u ifrex kollox:

      • kunjett ta’ Luveris,

      • ampulla ta’ solvent,

      • żewġ msiħ tal-alkoħol,

      • siringa,

      • labra li ser tintuża biex tħallat u tħoll t-trab fis-solvent,

      • labra fina għall-injezzjoni taħt il-ġilda,

      • kontenitur tal-ixfafar għar-rimi sigur tal-ħġieġ u l-labar.


    • Iftaħ l-ampulla tas-solvent: Fuq ir-ras tal-ampulla tas-solvent se tara tikka żgħira kkulurita.

      image

      Eżatt taħtha hemm l-għonq tal-ampulla li jinkiser faċilment. Taptap bil-mod fuq il-parti ta’ fuq tal-ampulla biex kull likwidu li jinsab fl-għonq tal-ampulla jinżel fil- parti t’isfel. Issa agħfas sew l-għonq tal-ampulla u ikser l- ampulla ’l bogħod mit-tikka kkulurita. B’attenzjoni poġġi l–ampulla bil-wieqfa fuq il-bank fejn qed taħdem.


    • Iġbed is-solvent ’il fuq: Waħħal il-labra li ser tuża biex tħallat mas-siringa. Bis-siringa f’id

      image

      waħda, aqbad l-ampulla miftuħa, daħħal il-labra u iġbed ’il fuq is-solvent kollu.


      B’attenzjoni niżżel is-siringa mal-wiċċ fejn qed taħdem, u oqgħod attent li ma tolqotx il-labra.


    • Ipprepara s-soluzzjoni għall-injezzjoni: Neħħi l-għatu protettiv tal-kunjett tat-trab tal-

      image

      Luveris, aqbad is-siringa u injetta bil-mod is-solvent fil- kunjett ta’ Luveris. Dawwar il-kunjett bil-mod mingħajr ma tneħħi is-siringa. Tħawwadx bis-saħħa.


    • Meta jinħall it-trab (li normalment tiġri immedjatament), ivverifika li s-soluzzjoni hi ċara u ma

      image

      fihiex frak. Aqleb il-kunjett rasu ’l isfel u iġbed is- soluzzjoni bil-mod lura fis-siringa.

      Tista’ wkoll tħallat Luveris ma’ follitropin alfa minflok ma tinjetta ż-żewġ prodotti separatament. Meta t-trab ta’ Luveris jinħall, iġbed is-soluzzjoni lura fis-siringa u erġa’ injettaha fil-kontenitur bit- trab tal-follitropin alfa. Meta jinħall it-trab, erġa’ iġbed lura s-soluzzjoni fis-siringa. Bħal qabel, erġa’ ara hemmx xi frak, u tużax is-soluzzjoni jekk din mhix ċara.


      Sa 3 kontenituri ta’ trab jistgħu jinħallu f’1 mL ta’ solvent.


    • Ibdel il-labra għal-labra fina għat-titqib u neħħi xi bżieżaq ta’ l-arja: Jekk tara xi bżieżaq ta’

      image

      l-arja fis-siringa, żomm is-siringa bil-labra tipponta ’l fuq u bil-mod taptap fuq s-siringa sakemm l-arja kollha tinġabar fuq. Bil-mod ibbotta l-parti t’isfel tal-planġer sakemm il-bżieżaq tal-arja jitilqu.


    • Injetta s-soluzzjoni immedjatament: It-tabib jew l-infirmiera tiegħek ikunu diġà issuġġerewlek

      image

      fejn għandek tinjetta (eż żaqq, naħa ta’ quddiem tal- koxxa). Imsaħ il-parti magħżula għall-injezzjoni b’msiħ bl-alkoħol. Oqros il-ġilda u daħħal il-labra f’anglu ta’ 45° sa 90° qisek qed twaddab dart. Injetta taħt il-ġilda, kif kont mgħallma. Tinjettax direttament ġo vina. Injetta s- soluzzjoni billi timbotta bil-mod il-planġer. Dum kemm hemm bżonn sakemm tinjetta s-soluzzjoni kollha. Neħħi

      l-labra mill-ewwel u naddaf il-ġilda billi timsaħha b’moviment ċirkolari b’msiħ mxarrba bl-alkoħol.


    • Armi l-oġġetti kollha li tkun użajt: Hekk kif tkun lestejt l-injezzjoni tiegħek, armi l-labar u l- kontenituri tal-ħġieġ vojta fil-kontenitur tal-ixfafar ipprovdut. Kull fdal tas-soluzzjoni mhux użat għandu jintrema.


      Jekk tuża Luveris aktar milli suppost

      L-effetti ta’ doża eċċessiva ta’ Luveris mhumiex magħrufa, madankollu hemm il-possibbiltà li jirriżulta s-sindromu ta’ iperstimulazzjoni tal-ovarji (ara sezzjoni 4). Madankollu, dan jiġri biss jekk jittieħed l-hCG (ara s-sezzjoni 2 taħt “Twissijiet u prekawzjonijiet”).


      Jekk tinsa tuża Luveris

      M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li nsejt tieħu. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Effetti sekondarji serji


    Kellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel jekk tinnota xi effetti sekondarji elenkati hawn taħt. It-tabib jista’ jgħidlek biex twaqqaf l-użu ta’ Luveris.

    Reazzjoni allerġika

    Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx, ġilda ħamra, ħorriqija, nefħa fil-wiċċ b’diffikultà biex tieħu n-nifs jistgħu xi kultant ikunu serji. Dan l-effett sekondarju huwa rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10 000).


    Sindromu tal-istimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji (OHSS)

    • Uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq flimkien ma’ dardir jew rimettar jistgħu jkunu s-sintomi tas- sindromu tal-istimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji (OHSS). L-ovarji tiegħek jista’ jkun li kellhom reazzjoni eċċessiva għall-kura u ffurmaw bżieżaq kbar mimlijin fluwidu jew ċisti (ara sezzjoni 2 taħt “Sindromu tal-istimulazzjoni eċċessiva tal-ovarji”). Dan l-effett sekondarju huwa komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10). Jekk dan iseħħ, it-tabib tiegħek ikollu jeżaminak mill-aktar fis possibbli.

    • Kumplikazzjonijiet serji ta’ tagħqid tad-demm (każijiet tromboemboliċi) ġeneralment b’OHSS sever jinstabu b’mod rari ħafna. Dan jista’ jikkawża wġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs, puplesija jew attakk tal-qalb (ara sezzjoni 2 taħt “Problemi ta’ tagħqid tad-demm”).


      Effetti sekondarji komuni oħra

    • Uġigħ ta’ ras

    • Tħossok imdardra, rimettar, dijarea, skonfort addominali jew uġigħ addominali

    • Bżieżaq mimlijin fluwidu ġo l-ovarji (ċisti fl-ovarji), uġigħ fis-sider u wġigħ fil-pelvis

    • Reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni, bħal uġigħ, ħakk, tbenġil, nefħa jew irritazzjoni


      Tidwir ta’ l-ovarju u fsada fl-addome ma kienux irrappurtat meta ttieħed Luveris iżda dawn dehru f’każijiet meta ngħatat kura bil-gonadotropina umana tal-menopawsa (hMG), mediċina derivata mill- awrina li fiha LH.


      Tqala ektopika (embriju impjantat barra il-ġuf) tista’ tirriżulta speċjalment f’nisa bi storja preċedenti ta’ mard fit-tubi.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

      sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Luveris


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-kunjetti wara EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25°C. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi sinjali viżibbli ta’ deterjorament, bħal meta t-trab jitlef il-kulur jew hemm ħsara lil-kontenitur.


    Il-mediċina għandha tittieħed immedjatament wara li jinħall it-trab.


    Is-soluzzjoni m’għandhiex tittieħed jekk ikun fiha xi frak jew ma tkunx ċara.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Luveris


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Merck Europe B.V. Gustav Mahlerplein 102

1082 MA Amsterdam L-Olanda


Manifattur

Merck Serono S.p.A. Via delle Magnolie 15 70026 Modugno (Bari) L-Italja


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS.


.