Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Docetaxel Mylan
docetaxel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

docetaxel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’ dan il-fuljett:

  1. X’inhu Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml u għal xiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml

  3. Kif għandek tuża Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml u għal xiex jintuża


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Docetaxel hija sustanza derivata mill-weraq, f’għamla ta’ labar, tas-siġar tat-tassu. Docetaxel jappartjeni għall-klassi ta’ mediċini kontra l-kanċer li jissejħu taxoids.

    Docetaxel Mylan kien preskritt mit-tabib tiegħek għat-trattament tal-kanċer tas-sider, xi tipi speċjali ta’ kanċer tal-pulmun (kanċer tal-pulmun li mhux mikroċitoma), kanċer tal-prostata, kanċer tal-istonku jew kanċer tar-ras u tal-għonq:

    − Għat-trattament ta’ kanċer avvanżat tas-sider, docetaxel jista’ jingħata jew waħdu jew flimkien ma’ doxorubicin jew trastuzumab jew capecitabine.

    − Għat-trattament ta’ kanċer bikri tas-sider bi jew mingħajr glandoli limfatiċi, docetaxel jista’ jingħata flimkien ma’ doxorubicin u cyclophosphamide.

    − Għat-trattament tal-kanċer tal-pulmun, docetaxel jista’ jingħata jew waħdu jew flimkien ma cisplatin.

    − Għat-trattament ta’ kanċer tal-prostata, docetaxel jingħata flimkien ma’ prednisone jew prednisolone.

    − Għat-trattament ta’ kanċer metastatiku tal-istonku, docetaxel jingħata flimkien ma’ cisplatin u 5- fluorouracil.

    − Għat-trattament ta’ kanċer tar-ras u l-għonq, docetaxel jingħata flimkien ma’ cisplatin u 5- fluorouracil.


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml Inti m’għandekx tingħata Docetaxel Mylan

    • jekk inti allerġiku għal docetaxel jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6)..

    • jekk l-għadd taċ-ċelluli bojod fid-demm huwa baxx wisq.

    • jekk għandek mard serju tal-fwied.


      Twissijiet u prekawzjonijiet


      Qabel kull trattament b’Docetaxel Mylan ikollok tagħmel testijiet tad-demm biex tiċċekja jekk għandekx biżejjed ċelluli fid-demm u funzjoni adegwata tal-fwied biex tkun tista’ tieħu Docetaxel Mylan.Fil-każ li

      jkun hemm abnormalitajiet fiċ-ċelluli bojod tad-demm, jista’ jkollok id-deni jew infezzjonijiet assoċjati magħhom.


      Tkellem mat-tabib, mal-ispiżjar tal-isptar jew mal-infermier tiegħek jekk għandek problemi fil-vista. F’każ ta’ problemi fil-vista, b’mod partikulari vista mċajpra, għandek minnufih tagħmel eżaminazzjoni tal-għajnejn u tal-vista.


      Jekk fil-pulmuni tiegħek jiżviluppaw xi problemi akuti jew dawn imorru għall-agħar (deni, qtugħ ta’ nifs jew sogħla), jekk jogħġbok minnufih għid lit-tabib, lill-ispiżjar tal-isptar jew lill-infermier tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jwaqqaflek il-kura immedjatament.


      Ser jgħidulek biex tieħu l-premedikazzjoni li tikkonsisti f’corticosteroid orali bħal dexamethasone, jum qabel tieħu Docetaxel Mylan u trid tkompli hekk għal jum wieħed jew jumejn wara, biex tnaqqas ċertu effetti mhux mixtieqa li jista’ jkollok wara l-infużjoni ta’Docetaxel Mylan, speċjalment reazzjonijiet allerġiċi u żamma ta’ fluwidu (nefħa tal-idejn, saqajn, riġlejn jew żieda fil-piż).

      Waqt it-trattament, tista’ tingħata xi mediċini oħra biex jinżamm l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek. Docetaxel Mylan fih l-alkoħol. Iddiskuti mat-tabib tiegħek jekk inti tbati minn dipendenza fuq l-alkoħol jew indeboliment tal-fwied. Ara wkoll is-sezzjoni “Docetaxel Mylan fih l-ethanol” hawn isfel.


      Mediċini oħra u Docetaxel Mylan


      Jekk joghġbok, għid lit-tabib jew lis-spiżjar fl-isptar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta. Dan għaliex Docetaxel Mylan jew il-mediċina l-oħra jistgħu ma jaħdmux tajjeb daqs dak mistenni u jista’ jkun aktar probabbli li tiżviluppa xi effetti sekondarji


      Fertilità, tqala u treddigħ:


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Staqsi lit-tabib tiegħek dwar pariri qabel ma tingħata xi mediċina


      Docetaxel Mylan MA JISTAX jittieħed jekk inti tqila sakemm ma jiġix indikat b’mod ċar mit-tabib tiegħek.


      Inti m’għandekx tinqabad tqila waqt it-trattament b’din il-mediċina u għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt il-kura peress li Docetaxel Mylan jista’ jkun ta’ ħsara għat-tarbija mhix mwielda. Jekk toħroġ tqila waqt it-trattament, għandek tgħid lit-tabib tiegħek immedjatament.


      M’għandekx tredda’ waqt li qiegħed fuq il-kura b’Docetaxel Mylan.


      Jekk inti raġel li qed tiġi kkurat b’Docetaxel Mylan huwa rakkomandat li inti m’għandekx ssir missier ta’ tarbija waqt u sa 6 xhur wara t-trattament u għandek tfittex parir dwar il-konservazzjoni tal-isperma qabel it-trattament qabel it-trattament minħabba li docetaxel jista’ jaffettwa l-fertilità tar-raġel.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni:


      Ma sarux studji biex jaraw l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem l-inġenji.


      Docetaxel Mylan fih l-ethanol


      Dan il-prodott mediċinali fih 50 vol % ta’ ethanol (alkoħol), i.e sa 0.395 g kull kunjett, ekwivalenti għal 10 ml ta’ birra jew 4 ml ta’ inbid kull kunjett.


      image

      Jista’ jikkaguna ħsara lil dawk li jbatu bl-alkoħoliżmu.

      Dan għandu jittieħed inkonsiderazzjoni f’nisa tqal jew li jreddgħu, tfal u gruppi f’riskju kbir bħal f’pazjenti b’mard tal-fwied, jew epilessija.

      L-ammont ta’ alkoħol f’dan il-prodott mediku jista’ jindel l-effetti ta’ prodotti mediċinali oħra.

      L-ammont ta’ alkoħol f’dan il-prodott mediċinali jista’ jxekkel il-ħila tal-pazjenti fis-sewqan jew fl-użu ta’ magni.

  3. Kif għandek tieħu Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml


    Docetaxel Mylan sejjer jingħatalek minn professjonist fil-qasam tas-saħħa.


    Doża normali


    Id-doża tiddependi fuq il-piż tiegħek u l-qagħda ġenerali li tinsab fiha. It-tabib tiegħek sejjer jikkalkula l-erja tas-superfiċi ta’ ġismek f’metri kwadri (m²) u b’hekk ser ikun jista’ jikkalkula d-doża li għandek tieħu.


    Il-metodu u l-mod ta’ kif jingħata


    Docetaxel Mylan sejjer jingħatalek permezz t’infużjoni f’waħda mill-vini tiegħek (użu ġol-vina). L- infużjoni iddum madwar siegħa u waqt din il-proċedura inti ser tkun l-isptar.


    Kemm jingħata spiss


    Għandek normalment tirċievi l-infużjoni tiegħek darba kull 3 ġimgħat.


    It-tabib tiegħek jista’ jibdillek id-doża u l-frekwenza tad-dożi skont ir-riżultati tad-demm, il-qagħda ġenerali tiegħek u r-rispons għal Docetaxel Mylan. Partikulament, jekk joghġbok, għid lit-tabib tiegħek jekk speċjalment tiżviluppa id-dijarea, selħiet fil-ħalq, sensazzjoni ta’ tnemnim jew xi parti imtarrxa tal- ġisem jew deni u għidlu/ghidilha bir-riżultati tat-testijiet tiegħek tad-demm. B’din l-informazzjoni tippermetti lilhu/lilha biex jiddeċiedi/tiddeċiedi jekk id-dożżaġġ għandu jiġi mnaqqas.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek fl- isptar.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċini oħra il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. It-tabib tiegħek sejjer jiddiskuti dawn miegħek u jispjegalek ir-riskju u l-benefiċji potenzjali tat- trattament.


    Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar komunement irrapportati ta’ Docetaxel Mylan waħdu huma: tnaqqis fl- għadd taċ-ċelluli ħomor u bojod tad-demm, twaqqiegħ tax-xagħar, tqalligħ, rimettar, selħiet tal-ħalq, dijarea u għeja.


    Is-severità ta’ każijiet avversi b’ Docetaxel Mylan jistgħu jiżdiedu meta Docetaxel Mylan jingħata flimkien ma’ sustanzi kimoterapewtiċi oħra.


    Waqt l-infużjoni fl-isptar jistgħu jiġru dawn ir-reazzjonijiet allerġiċi (li jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’kull 10):

    • fwawar, reazzjonijiet fil-ġilda, ħakk,

    • rass tas-sider, tbatija fin-nifs,

    • deni jew tkexkix tal-bard,

    • uġigħ fid-dahar,

    • pressjoni baxxa

      Reazzjonijiet aktar severi jistgħu jiġru.


      L-istaff tal-isptar ser jimmoniterjawlek il-kundizzjoni tiegħek mill-qrib waqt it-trattament. Għidilhom immedjatament jekk tinduna b’waħda minn dawn l-effetti.

      Bejn infużjoni u oħra ta’ Docetaxel Mylan jista’ jkollu dawn l-effetti, u l-frekwenza tagħhom tista’ tvarja skont it-taħlita ta’ mediċini li qed tieħu:


      Komuni ħafna (li jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 f’kull 10 )

    • infezzjonijiet, tnaqqis fl-għadd taċ-ċelluli ħomor tad-demm (anemija), jew dak taċ-ċelluli bojod (li huma importanti fit-taqbida kontra l-infezzjoni) u l-plejtlits,

    • deni: jekk dan jiżviluppalek għandek tgħid lit-tabib tiegħek immedjatament

    • reazzjonijiet allerġiċi kif deskritti hawn fuq

    • nuqqas t’aptit (anoreskja)

    • nuqqas ta’ rqad

    • sensazzjoni li xi parti imtarrxa ta’ ġismek jew tnemnim, jew uġigh fil-ġogi jew muskoli

    • uġigħ ta’ ras

    • tibdil fis-sens tat-tegħim

    • infjammazzjoni tal-għajn jew tidmigħ tal-għajnejn

    • nefħa dovuta għal difett fil-funzjoni tas-sistema limfatika

    • qtugħ ta’ nifs

    • tnixxija tal-imnieħer; infjammazjoni tal-gerżuma u l-imnieħer; sogħla

    • tinfaraġ

    • selħiet fil-ħalq

    • taqlib tal-istonku inklużi t-tqalligħ, rimettar u d-Dijarea, stitikezza

    • uġigħ addominali

    • indiġistjoni

    • waqgħa tax-xagħar (fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ix-xagħar għandu normalent jerġa’ jikber)

    • ħmura u nefħa tal-pali t’idejk jew il-qigħan ta’saqajk li jistgħu jikkaġunaw li l-ġilda titqaxxar (din tista’ tiġri ukoll fid-dirgħajn, il-wiċċ u l-ġisem)

    • bidla fil-kulur tad-dwiefer tieghek, li jistgħu jinqalgħu

    • uġigħ fil-muskoli, uġigħ tad-dahar u uġigħ fl-ghadam

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • bidla fil-mestrwazzjoni jew in-nuqqas tagħha

    • nefħa tal-idejn, saqajn u riġlejn

    • għeja jew tħossok qiesek bl-influwenza

    • żieda jew tnaqqis fil-piż


      Komuni (li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 10 )

    • infezzjoni bil-moffa fil-ħalq (kandidijasi orali)

    • deidrazzjoni

    • sturdament

    • tnaqqis tas-smigħ

    • waqgħa tal-pressjoni tad-demm; polz irregolari jew il-qalb tħabbat mgħaġġla

    • insuffiċjenza tal-qalb

    • esofaġite

    • ħalq xott

    • diffikultà jew ugigħ meta tibla’

    • emorraġija

    • l-enżimi għoljin tal-fwied (għalhekk, meħtieġa it-testijiet regolari tad-demm)


      Mhux komuni (li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’kull 100)

    • ħass ħażin

    • fis-sit tal-injezzjoni, reazzjonijiet fil-ġilda, flebite (infjammazzjoni tal-vina) few nefħa

    • infjammazzjoni tal-musrana l-kbira u tal-musrana z-zgħira, perforament tal-imsaren

    • emboli tad-demm


      Frekwenza mhux magħrufa:

    • mard interstizjali tal-pulmun (infjammazzjoni fil-pulmuni li tikkawża soghla u diffikultà biex tieħu n-nifs.Infjammazzjoni tal-pulmuni tista’ wkoll tiżviluppa meta t-terapija b’docetaxel tintuża mar-radjuterapija)

    • pnewmonja (infezzjoni fil-pulmuni)

    • fibrożi tal-pulmuni (titrabba bħal qoxra u r-rita tal-pulmun tiħxien b’konsegwenza li jkun hemm qtugħ ta’ nifs).

    • vista mċajpra minħabba nefħa tar-retina ġewwa l-għajn (edima makulari ċistojde)

    • tnaqqis fil-livell tas-sodium fid-demm tiegħek


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar tal-isptar jew l-infermier tiegħek fl-isptar. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi

      tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din

      il-mediċina.


  5. Kif taħżen Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra u fuq it-tikketta tal- kunjett wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.


    Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25C

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.


    Uża l-kunjett hekk kif jinfetaħ. Jekk ma jintużax minnufih, iż-żminijiet ta’ ħażna u l-kundizzjonijiet huma r-responsabilità tal-utent.


    Mil-lat mikrobijoloġiku, id-dilwazzjoni trid isir f’kundizzjonijiet kontrollati u asettiċi.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Uża l-mediċina minnufih hekk kif żżidha mal-borża tal-infużjoni li mhux PVC. Jekk ma tużax minnufih, iż-żminijiet u l-kundizzjonijiet ta’ ħażna huma r-responsabilità tal-utent u m’għandhomx ikunu aktar minn 6 sigħat f’temperatura taħt 25°C li jinkludu infużjoni li ddum sejra siegħa.


    L-istabilità fiżika u kimika tas-soluzzjoni għall-infużjoni preparati skont ir-rakkomandazzjonijiet ġiet murija li f’boroż mhux tal-PVC tibqa’ tajba għal 48 siegħa meta miżmuma f’temperatura ta’ bejn 2°Ċ u t-8° Ċ.


    L-infużjoni ta’ docetaxel hija supersaturata, għalhekk tista’ tikkristalizza maż-żmien. Jekk il-kristalli jidhru, is- soluzzjoni m’għandhiex tintuża aktar u għandha tintrema.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku . Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml

Is-sustanza attiva hi docetaxel. Kull ml ta’ konċentrat ta’ għal soluzzjoni għall-infużjoni fih 20 mg docetaxel (anidru).

Kunjett wieħed fih 20 mg ta’ docetaxel.

Is-sustanzi l-oħra huma polysorbate 80, ethanol anhydrous u citric acid.


Kif jidher Docetaxel Mylan 20 mg/1 ml u l-kontenut tal-pakkett


Docetaxel Mylan konċentrat għal soluzzjoni għall-infuzjoni hija soluzzjoni safranija ċara li tagħti għal fl- isfar u l-kannella.

Il-konċentrat huwa fornut f’kunjett tal-ħġieġ ċar u mingħajr kulur b’tapp tal-lastiku u għatu li jinqala’ bis-saba’.

Kull kunjett fih 1 ml ta’ konċentrat. Kull kaxxa fiha kunjett 1 jew 5 kunjetti.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni ghat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Mylan S.A.S

117 allée des parcs 69800 Saint Priest Franza


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 0032 2 658 61 00

Lietuva

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)


България

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Luxembourg/Luxemburg

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 0032 2 658 61 00 (Belgium)


Ceská republika MylanPharmaceuticals s.r.o. Tel: +420 274 770 201

Magyarország

Mylan Kft

Tel: 36 1 8026993


Danmark

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Mylan ApS

Tlf: + 45 3694 4568

Malta

George Borg Barthet Ltd Tel: +356 21244205


Deutschland

Mylan dura GmbH

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Nederland

Mylan B.V

Tel: + 31 (0)33 2997080


Eesti

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Norge

Mylan AB

Tlf: + 46 8-555 227 50 (Sverige)


Ελλάδα

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ Τηλ: +30 210 9936410

Österreich

Arcana Arzneimittel GmbH Tel: +43 1 416 24 18


España

Mylan Pharmaceuticals, S.L tel: + 34 93 3786400

Polska

Mylan Sp.z.o.o

Tel: +48 22 5466400


France

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00

Portugal

Mylan, Lda.

Phone: + 00351 21 412 7200


Hrvatska

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

România

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Ireland

Mc Dermott Laboratories Ltd Tel: + 1800 272 272

Allphar +353 1 4041600

Slovenija

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)


Ísland

Mylan AB

Tel: + 46 8-555 227 50

Slovenská republika

Mylan sr.o

Tel: +421 2 32 604 901


Italia

Mylan S.p.A

Tel: + +39/02-61246921

Suomi/Finland

Mylan OY

Puh/Tel: + 358 9-46 60 03


Κύπρος

Pharmaceutical Trading Co Ltd Τηλ: +35 7 24656165

Sverige

Mylan AB

Tel: + 46 8-555 227 50


Latvija

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

United Kingdom

Generics [UK] Ltd t/a Mylan Tel: +44 1707 853000


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’XX/SSSS.

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

/.


-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

L-informazzjoni li ġejja hija intenzjonata biss għall-persuni professjonali jew tal-kura tas-saħħa.


GWIDA TA’ TAGĦRIF FUQ IL-PREPARAZZJONI GHALL-UŻU B’DOCETAXEL MYLAN KONĊENTRAT GĦAL SOLUZZJONI GĦALL-INFUŻJONI


Huwa importanti li taqra l-kontenut sħiħ ta’ din il-gwida qabel ma tipprepara s-soluzzjoni għall- infużjoni ta’ Docetaxel Mylan.


Rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġar bil-galbu

Docetaxel hija sustanza għall-użu kontra t-tumuri u, bħal kull sustanza potenzjalment tossika, trid tkun eżerċitata l-kawtela fl-immaniġġar u fil-preparazzjoni tat-taħlitiet. L-użu tal-ingwanti huwa

rakkomandat.

Jekk il-konċentrat ta’Docetaxel Mylan, jew is-soluzzjoni tal-infużjoni tiġi f’kuntatt mal-ġilda, aħsel immedjatament u sew bis-sapun u l-ilma. Jekk il-konċentrat jiġi f’kuntatt mar-riti mukożi, aħsel immedjatament u sew bl-ilma.


Preparazzjoni għall-għoti ġol-vina

Preparazzjoni tas-soluzzjoni tal-infużjoni

M’GĦANDEKX tuża prodotti mediċinali oħra ta’ docetaxel li jikkonsistu minn 2 kunjetti (konċentrat u solvent) ma’ dan il-prodott mediċinali. (Docetaxel Mylan konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni, li fih kunjett 1 biss).


Docetaxel Mylan konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni MA JEĦTIEĠ ebda dilwazzjoni minn qabel b’solvent u huwa lest biex jiġi magħdud mas-soluzzjoni għall-infużjoni.

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

jintremew.


Rimi:

Il-materjali kollha li ntużaw għas-soluzzjoni u għall-infużjoni għandhom jintremew kif jixraq skont il- proċeduri irrakkomandati. Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.