Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Activyl
indoxacarb


FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Activyl soluzzjoni spot-on għal klieb


1 L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI


Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ: Intervet International BV

Wim de Körverstraat 35

5831AN Boxmeer

In-Netherlands


Manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq: Intervet Productions S.A.

Rue de Lyons 27460 Igoville Franza


  1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Activyl 100 mg soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar ħafna Activyl 150 mg soluzzjoni spot-on għal klieb żgħar Activyl 300 mg soluzzjoni spot-on għal klieb medji Activyl 600 mg soluzzjoni spot-on għal klieb kbar Activyl 900 mg soluzzjoni spot-on għal klieb kbar ħafna indoxacarb


  2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Sustanza Attiva:

    1 ml fiha 195 mg indoxacarb.

    Pipetta waħda ta’ Activyl tagħti:


    Volum (ml)

    Indoxacarb (mg)

    Activyl għal klieb żgħar ħafna (1.5 – 6.5 kg)

    0.51

    100

    Activyl għal klieb żgħar (6.6 – 10 kg)

    0.77

    150

    Activyl għal klieb medji (10.1 – 20 kg)

    1.54

    300

    Activyl għal klieb kbar (20.1 – 40 kg)

    3.08

    600

    Activyl għal klieb kbar ħafna (40.1 – 60 kg)

    4.62

    900


    Fih ukoll alkoħol isopropyl 354 mg/ml Soluzzjoni ċara, mingħajr kulur li tkanġi fl-isfar.


  3. INDIKAZZJONI (JIET)


    Trattament u prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet bil-briegħed (Ctenocephalides felis). L-effikaċja kontra infestazzjonijiet ġodda ta’ briegħed tippersisti għal 4 ġimgħat wara applikazzjoni waħda.

    Briegħed fi stadji ta’ żvilupp li jkunu fl-ambjent immedjat tal-annimal imutu hekk kif jiġu f’kuntatt ma’ annimali li jkunu ġew ittrattati b’Activyl.


  4. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Xejn


  5. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    F’każijiet rari ħafna, jekk l-annimal jilgħaq iż-żona fejn ġie applikat il-prodott immedjatament wara t- trattament ikun hemm perjodu qasir ta’ produzzjoni eċċessiva ta’ bżieq (tbeżliq). Dan mhuwiex sinjal ta’ avvelenament u jisparixxi fi ftit minuti mingħajr il-bżonn ta’ kura. Applikazzjoni korretta (ara sezzjoni 9) tnaqqas iċ-ċans li l-annimal jilgħaq iż-żona tal-applikazzjoni.


    F’każijiet rari ħafna, jista’ jkun hemm ħakk li jgħaddi, eritema (ħmura tal-ġilda), alopexja (telf ta’ pil) jew dermatite (imfjammazzjoni tal-ġilda) fiż-żona tal-applikazzjoni. Normalment dawn l-effetti jgħaddu weħidhom mingħajr il-bżonn ta’ kura.


    L-applikazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju tista’ tagħti dehra żejtnija temporanja u lokalizzata u l-pil isir iwaħħal fiż-żona tal-applikazzjoni. Tista’ titfaċċa lega niexfa ta’ trab abjad. Din hija ħaġa normali u titlaq fi ftit tal-ġranet wara li jiġi applikat il-prodott. Dawn il-bidliet ma jaffettwawx is- sigurtà jew l-effett tal-prodott veterinarju.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ trattament wieħed)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett ta’ tagħrif, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  6. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb


  7. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu bħala spot-on. Għal applikazzjoni biss fuq il-ġilda tal-kelb.


    Id-doża rakkomandata hija ta’ 15 mg indoxacarb/kg piż, ekwivalenti għal 0.077 ml/kg piż tal-ġisem.

    It-tabella li ġejja turi d-daqs ta’ pipetta li għandha tintuża skont il-piż tal-kelb:


    Piż tal-kelb (kg)

    Daqs tal-pipetta li għandha tintuża

    1.5 - 6.5

    Activyl għal klieb żgħar ħafna

    6.6 - 10

    Activyl għal klieb żgħar

    10.1 - 20

    Activyl għal klieb medji

    20.1 - 40

    Activyl għal klieb kbar

    40.1 - 60

    Activyl għal klieb kbar ħafna


    Piż tal-kelb (kg)

    Daqs tal-pipetta li għandha tintuża

    > 60

    Għandha tintuża taħlita xierqa ta’ tubi


  8. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Iftaħ strixxa waħda u oħroġ il-pipetta.


    L-ewwel: Il-kelb għandu jkun bilwieqfa biex l-applikazzjoni tkun aktar faċli. Żomm il- pipetta wieqfa l-bogħod minn wiċċek. Aqsam il-ponta billi tgħawwiġha u titwiha fuqha stess.


    It-tieni: Ofroq il-pil sakemm tidher il-ġilda. Qiegħed il-ponta tal-pipetta tmiss mal- ġilda bejn l-għadam tal-ispalel. Agħfas il-pipetta bis-saħħa u applika il-kontenut kollu direttament fuq il-ġilda.


    image


    Fi klieb akbar, il-kontenut kollu tal-pipetta(i) għandu jiġi applikat f’2-4 żoni tul id-dahar mill-ispalel sal-bażi tad-denb. Tapplikax ammont kbir ta’ soluzzjoni f’post wieħed biex tevita li l-prodott iċarċar.

    image


  9. PERJODU TA’ TIŻMIM


Mhux applikabbli


11 PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen il-pipetti fil-pakkett oriġinali sabiex ikunu protetti mill-umdità.

Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq il-pakkett, il-folja u l-pipetta wara “JIS”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata tax-xahar.


  1. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speci għal xiex huwa indikat: Xejn.

    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Il-prodott m’għandux jintuża fi klieb iżgħar minn 8 ġimgħat billi s-sigurtà tal-prodott ma ġietx stabbilita f’dawn il-klieb.


    Il-prodott m’għandux jintuża fi klieb li jiżnu anqas minn 1.5 kg billi s-sigurtà tal-prodott ma ġietx stabbilita f’dawn il-klieb..


    Assigura li d-dożaġġ (pipetta) jikkorrispondi għall-piż tal-kelb ittrattat (ara sezzjoni 8).


    Applika l-prodott biss fuq il-wiċċ tal-ġilda u fuq ġilda intatta. Applika d-doża f’żona fejn il-kelb ma jistax jilgħaqha u assigura li l-annimali ma jilagħqux lil xulxin wara t-trattament. Żomm l-annimali kkurati separati sakemm il-post tal-applikazzjoni jinxef.


    Dan il-prodott huwa biss għal applikazzjoni fuq il-ġilda tal-klieb. Tagħtix oralment jew permezz ta’ kwalunkwe rotta oħra. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li il-prodott jiġi f’kuntatt mal- għajnejn tal-kelb. Il-prodott jibqa’ attiv wara trattament b’xampu, dħul fl-ilma (għawm u ħasil) u meta espost għad-dawl tax-xemx. Madankollu, il-klieb m’għandhomx jitħallew jgħumu jew jiġu ttrattati b’xampu sa 48 siegħa wara t-trattament.


    Il-klieb kollha fil-dar għandhom jiġu trattati bi prodott xieraq għall-briegħed.

    Trattament xieraq tal-ambjent tal-annimal b’miżuri kimiċi jew fiżiċi addizzjonali huwa rakkomandat. Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali:

    Żomm il-pipetti fil-pakkett oriġinali sakemm ikunu lesti għall-użu. Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li qed tuża l-prodott mediċinali veterinarju.


    1. istrixxa hija reżistenti għat-tfal. Biex tevita li tfal ikollhom aċċess dirett għall-prodott ħallih fl- istrixxa sakemm tkun se tużah. Pipetti użati għandhom jintremew immedjatament.


      Persuni li jafu li huma ipersensittivi għall-indoxacarb għandhom jevitaw il-kuntatt ma’ dan il-prodott. Reazzjonijiet lokali u/jew sistemiċi ġew osservati f’xi nies wara l-espożizzjoni. Biex jiġu evitati reazzjonijiet mhux mixtieqa:

      • amministra l-prodott f'żona b'ventilazzjoni tajba;

      • annimali ttrattati riċentement m’għandhomx jintmissu sakemm iż-żona tal-applikazzjoni tkun niexfa;

      • fil-jum tat-trattament, it-tfal m'għandhomx imissu annimali trattati u l-annimali m'għandhomx

        jitħallew jorqdu mal-proprjetarji tagħhom, speċjalment tfal;

      • aħsel idejk fil-pront wara l-użu u aħsel immedjetament bis-sapun u ilma xi prodott li ġie f'kuntatt mal-ġilda;

      • billi l-prodott jista’ jikkawża irritazzjoni moderata fl-għajnejn, evita l-kuntatt mal-għajnejn.

    Jekk dan iseħħ, laħlaħ bil-mod bl-ilma.


    Jekk ikun hemm sintomi, fittex parir mediku u uri l-fuljett ta’ tagħrif lit-tabib tiegħek.


    Dan il-prodott jieħu n-nar malajr. Żomm il-bogħod mis-sħana, xrar tan-nar, fjammi jew affarijiet oħra li jistgħu jqabbdu n-nar.


    Tqala u Fertiltà:

    Tużax fi klieb tqal u klieb għat-tgħammir.


    Treddigħ:

    Tużax fi klieb li qed ireddgħu

    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Fi studju kliniċi, Activyl ġie amministrat flimkien ma’ kullari tad-deltamethrin b’saħħa sa 4% deltamethrin mingħajr evidenza ta’ effetti mhux mixtieqa assoċjati.


    Ikkonsulta l-veterinarju jekk biħsiebek tuża l-prodott fuq il-klieb flimkien ma’ prodotti jew kura oħra.


  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Activyl m’għandux imur man-nixxigħat tal-ilma minħabba li indoxacarb jista’ jkun ta’ periklu għall-ħut jew ħlejqiet oħra akkwatici.

    Staqsi lil veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  3. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal- Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (/).


  4. TAGĦRIF IEĦOR


    Kaxxa tal-kartun b’qartas 1, 4 jew 6; kull qartas fih pipetta b’doża waħda. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

    Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tas-sid tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċ.


    België/Belgique/Belgien:

    VIRBAC BELGIUM NV,

    Esperantolaan 4,

    BE-3001 Leuven,

    Tél/Tel: + 32 (0) 16 38 72 60

    Lietuva:

    OÜ ZOOVETVARU,

    Uusaru 5,

    76505 Saue/Harjumaa, Estija,

    Tel: + 372 6 709 006


    Република България: Ергон-Миланова ЕООД, Р България, гр.София, ж.к.Люлин 10, бл.145, ergon-m@mbox.contact.bg

    Luxembourg/Luxemburg:

    VIRBAC BELGIUM NV,

    Esperantolaan 4,

    BE-3001 Leuven,

    Tél/Tel: + 32 (0) 16 38 72 60


    Česká republika:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

    FR-06516 Carros, Francie,

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

    Magyarország:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Franciaország,

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


    Danmark:

    VIRBAC Danmark A/S,

    Malta:

    VIRBAC,

    Profilvej 1,

    DK-6000 Kolding, Tlf: + 45 7552 1244

    1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

    FR-06516 Carros, Franza,

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


    Deutschland:

    VIRBAC Tierarzneimittel GmbH, Rögen 20,

    DE-22843 Bad Oldesloe, Tel: + 49 (4531) 805 111

    Nederland:

    VIRBAC NEDERLAND BV,

    Hermesweg 15,

    NL-3771 ND Barneveld, Tel: + 31 (0) 342 427 127


    Eesti:

    OÜ ZOOVETVARU,

    Uusaru 5,

    EE-76505 Saue/Harjumaa, Tel: + 372 6 709 006

    Norge:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Frankrike,

    Tlf: + 33 (0) 4 92 08 73 00


    Ελλάδα:

    VIRBAC HELLAS A.E.,

    13ο χλμ. Εθνικής Οδού Αθηνών-Λαμίας,

    EL-144 52 Μεταμόρφωση, Αθήνα-ΕΛΛΑΔΑ,

    Τηλ: + 30 210 6219520,

    info@virbac.gr

    Österreich:

    VIRBAC Österreich GmbH, Hildebrandgasse 27,

    A-1180 Wien,

    Tel: + 43 (0) 1 21 834 260


    España:

    VIRBAC ESPAÑA S.A.,

    Angel Guimerá 179-181,

    ES-8950 Esplugues de Llobregat,

    infocliente@virbac.es

    Polska:

    VIRBAC SP. Z O.O.,

    Ul. Pulawska 314,

    PL-02 819 Warszawa,

    Tel.: + 48 22 855 40 46


    France:

    VIRBAC France,

    13ème rue – L.I.D. – BP 27,

    FR-06517 Carros,

    service-conso@virbac.fr

    Portugal:

    VIRBAC DE PORTUGAL, LABORATÓRIOS LDA,

    R.do Centro Empresarial, Ed13-Piso 1- Esc.3, Quinta da Beloura,

    PT-2710-693 Sintra, Tel: + 351 219 245 020


    Hrvatska:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Francuska,

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

    România:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

    FR-06516 Carros, Franţa,

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


    Ireland:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

    FR-06516 Carros, France

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

    Slovenija:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

    FR-06516 Carros, Francija,

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


    Ísland: Slovenská republika:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Frakkland,

    Sími: + 33 (0) 4 92 08 73 00

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Francúzsko,

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


    Italia:

    VIRBAC SRL,

    Via Ettore Bugatti, 15,

    IT-20142 Milano,

    Tel: + 39 02 40 92 47 1

    Suomi/Finland:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Ranska/Frankrike,

    Puh/Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


    Κύπρος:

    VIRBAC HELLAS A.E.,

    13ο χλμ. Εθνικής Οδού Αθηνών-Λαμίας,

    EL-144 52 Μεταμόρφωση, Αθήνα-ΕΛΛΑΔΑ,

    Τηλ: + 30 210 6219520,

    info@virbac.gr

    Sverige:

    VIRBAC,

    1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Frankrike,

    Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


    Latvija:

    OÜ ZOOVETVARU,

    Uusaru 5,

    76505 Saue/Harjumaa, Igaunija,

    Tel: + 372 6 709 006

    United Kingdom:

    VIRBAC Ltd,

    Suffolk IP30 9 UP – UK, Tel: + 44 (0) 1359 243243

    FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT

    Activyl soluzzjoni spot-on għal qtates


    1 L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjoni tal-Kummerċ: Intervet International BV

    Wim de Körverstraat 35

    5831 AN Boxmeer

    In-Netherlands


    Manifattur li jħalli l-konsenja tmur fis-suq: Intervet Productions S.A.

    Rue de Lyons 27460 Igoville Franza


    1. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


      Activyl 100 mg soluzzjoni spot-on għal qtates żgħar Activyl 200 mg soluzzjoni spot-on għal qtates kbar indoxacarb


    2. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


      Sustanza Attiva:

      1 ml fih 195 mg indoxacarb.

      Pipetta waħda ta’ Activyl tagħti:


      Volum (ml)

      Indoxacarb (mg)

      Activyl għal qtates żgħar (≤ 4 kg)

      0.51

      100

      Activyl għal qtates kbar (> 4 kg)

      1.03

      200


      Fih ukoll alkoħol isopropyl 354 mg/ml. Soluzzjoni ċara, mingħajr kulur li tkanġi fl-isfar


    3. INDIKAZZJONI (JIET)


      Trattament u prevenzjoni ta’ infestazzjonijiet bil-briegħed (Ctenocephalides felis). L-effikaċja kontra infestazzjonijiet ġodda bil-briegħed tippersisti għal 4 ġimgħat wara applikazzjoni waħda.

      Il-prodott mediċinali veterinarju jista’ jintuża bħala parti minn strateġija tat-trattament għall-kontroll tad-dermatite allerġika mill-briegħed (FAD).

      Briegħed fi stadji ta’ żvilupp li jkunu fl-ambjent immedjat tal-annimal imutu hekk kif jiġu f’kuntatt ma’ annimali li jkunu ġew ittrattati b’Activyl.


    4. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


      Xejn

    5. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


      F’każijiet rari, ġew osservati sinjali newroloġiċi bħal sko-ordinazzjoni, rogħda, atassja (movimenti mhux sodi), eċċessjonijiet, midrijasi (ftuħ tal-pupilla) u vista mfixkla. Sinjali oħra osservati jinkludu remettar f’każijiet rari jew anoressija (tnaqqis t’aptit), telqa, iperattività u vokalizazzjoni f’każijiet rari ħafna. Ġeneralment is-sinjali kollha huma riversibbli wara trattament ta’ support.


      F’każijiet rari ħafna, ikun hemm perjodu qasir ta’ produzzjoni eċċessiva ta’ bżieq (tbeżliq) jekk il- qattus jilgħaq iż-żona fejn ġie applikat il-prodott immedjatament wara t-trattament. Dan mhuwiex sinjal ta’ avvelenament u jisparixxi fi ftit minuti mingħajr il-bżonn ta’ kura. Applikazzjoni korretta (ara sezzjoni 9) tnaqqas iċ-ċans li l-annimal jilgħaq iż-żona tal-applikazzjoni.


      F’każijiet rari jistgħu jseħħu reazzjonijiet fiż-żona tal-applikazzjoni bħal ħakk li jgħaddi, eritema (ħmura tal-ġilda), alopexja (telf ta’ pil) jew dermatite (imfjammazzjoni tal-ġilda). Normalment dawn l-effetti jgħaddu weħidhom mingħajr il-bżonn ta’ kura.


      L-applikazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju tista’ tagħti dehra żejtnija temporanja u lokalizzata u l-pil isir iwaħħal fiż-żona tal-applikazzjoni. Tista’ titfaċċa lega niexfa ta’ trab abjad. Din hija ħaġa normali u titlaq fi ftit tal-ġranet wara li jiġi applikat il-prodott. Dawn il-bidliet ma jaffettwawx is- sigurtà jew l-effett tal-prodott veterinarju.


      Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

      • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ trattament wieħed)

      • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

      • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

      • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

      • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


      Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett ta’ tagħrif, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


    6. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


      Qtates


    7. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


      Użu bħala spot-on. Għal applikazzjoni biss fuq il-ġilda tal-qattus.


      Id-doża rakkomandata hija ta’ 25 mg indoxacarb/kg piż, ekwivalenti għal 0.128 ml/kg piż. It-tabella li ġejja turi d-daqs ta’ pipetta li għandha tintuża skont il-piż tal-qattus:


      Piż tal-qattus (kg)

      Daqs tal-pipetta li għandha tintuża

      ≤ 4

      Activyl għal qtates żgħar

      > 4

      Activyl għal qtates kbar


    8. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


      Iftaħ strixxa waħda u oħroġ il-pipetta.

      L-ewwel: Il-qattus għandu jkun bilwieqfa biex l-applikazzjoni tkun aktar faċli. Żomm il-pipetta wieqfa l-bogħod minn wiċċek. Aqsam il-ponta billi tgħawwiġha u titwiha fuqha stess.


      image

      It-tieni: Ofroq il-pil sakemm tidher il-ġilda. Qiegħed il-ponta tal-pipetta tmiss mal- ġilda fil-bażi tar-ras fejn il-qattus ma jistax jilagħqu. Agħfas il-pipetta bis-saħħa u applika l-kontenut kollu direttament fuq il-ġilda.


      image

      image


    9. PERJODU TA’ TIŻMIM


Mhux applikabbli


11 PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen il-pipetti fil-pakkett oriġinali sabiex ikunu protetti mill-umdità.

Tużax wara d-data tal-iskadenza fuq il-pakkett, il-folja u l-pipetta wara “JIS”. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata tax-xahar.


  1. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speci għal xiex huwa indikat:

    Is-sigurtà tal-prodott ma ġietx stabbilita fi qtates età iżgħar minn 8 ġimgħat.

    Is-sigurtà tal-prodott ma ġietx stabbilita fi qtates li jiżnu anqas minn 0.6 kg.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Assigura li d-dożaġġ (pipetta) jikkorrispondi għall-piż tal-qattus ittrattat (ara sezzjoni 8).


    Applika l-prodott biss fuq il-wiċċ tal-ġilda u fuq ġilda intatta. Applika f’żona fejn il-qattus ma jistax jilgħaqha u assigura li l-annimali ma jilagħqux lil xulxin immedjatament wara t-trattament. Żomm l- annimali kkurati separati sakemm il-post tal-applikazzjoni jinxef.


    Dan il-prodott huwa biss għal applikazzjoni fuq il-ġilda tal-qtates. Tagħtix oralment jew permezz ta’ kwalunkwe rotta oħra. Għandha tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li l-prodott jiġi f’kuntatt mal-għajnejn tal-qattus


    Il-prodott jibqa’ attiv wara trattament b’xampu, dħul fl-ilma (għawm u ħasil) u meta espost għad-dawl tax-xemx. Madankollu, il-qtates m’għandhomx jitħallew jgħumu jew jiġu ttrattati b’xampu sa 48 siegħa wara t-trattament.


    Il-qtates kollha fil-dar għandhom jiġu trattati bi prodott xieraq għall-briegħed.


    Trattament xieraq tal-ambjent tal-annimal b’miżuri kimiċi jew fiżiċi addizzjonali huwa rakkomandat.

    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Żomm il-pipetti fil-pakkett oriġinali sakemm ikunu lesti għall-użu.

    Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li qed tuża l-prodott mediċinali veterinarju.


    1. istrixxa hija reżistenti għat-tfal. Biex tevita li tfal ikollhom aċċess dirett għall-prodott ħallih fl- istrixxa sakemm tkun se tużah. Pipetti użati għandhom jintremew immedjatament.

      Persuni li jafu li huma ipersensittivi għall-indoxacarb għandhom jevitaw il-kuntatt ma’ dan il-prodott. Reazzjonijiet lokali u/jew sistemiċi ġew osservati f’xi nies wara l-espożizzjoni. Biex jiġu evitati

      reazzjonijiet mhux mixtieqa:

      • amministra l-prodott f'żona b'ventilazzjoni tajba;

      • annimali ttrattati riċentement m’għandhomx jintmissu sakemm iż-żona tal-applikazzjoni tkun niexfa;

      • fil-jum tat-trattament, it-tfal m'għandhomx imissu annimali trattati u l-annimali m'għandhomx

        jitħallew jorqdu mal-proprjetarji tagħhom, speċjalment tfal;

      • aħsel idejk fil-pront wara l-użu u aħsel immedjetament bis-sapun u ilma xi prodott li ġie f'kuntatt mal-ġilda;

      • billi l-prodott jista’ jikkawża irritazzjoni moderata fl-għajnejn, evita l-kuntatt mal-għajnejn. Jekk dan iseħħ, laħlaħ bil-mod bl-ilma.


    Jekk ikun hemm sintomi, fittex parir mediku u uri l-fuljett ta’ tagħrif lit-tabib tiegħek.


    Dan il-prodott jieħu n-nar malajr. Żomm il-bogħod mis-sħana, xrar tan-nar, fjammi jew affarijiet oħra li jistgħu jqabbdu n-nar.


    Tqala u Fertiltà:

    Tużax fi klieb tqal u klieb għat-tgħammir.


    Treddigħ:

    Tużax fi klieb li qed ireddgħu


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

    Ikkonsulta l-veterinarju jekk biħsiebek tuża l-prodott fuq il-qtates flimkien ma’ prodotti jew kura oħra.


  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Activyl m’għandux imur man-nixxigħat tal-ilma minħabba li indoxacarb jista’ jkun ta’ periklu għall-ħut jew ħlejqiet oħra akkwatici.

    Staqsi lil veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  3. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    għall-Mediċini (EMA) (/).

  4. TAGĦRIF IEĦOR


Kaxxa tal-kartun b’qartas wieħed, erbgħa jew sitta; kull qartas fih pipetta b’doża waħda. Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tas-sid tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċ.


België/Belgique/Belgien:

VIRBAC BELGIUM NV,

Esperantolaan 4,

BE-3001 Leuven,

Tél/Tel: + 32 (0) 16 38 72 60

Lietuva:

OÜ ZOOVETVARU,

Uusaru 5,

76505 Saue/Harjumaa, Estija,

Tel: + 372 6 709 006


Република България: Ергон-Миланова ЕООД, Р България, гр.София, ж.к.Люлин 10, бл.145, ergon-m@mbox.contact.bg

Luxembourg/Luxemburg:

VIRBAC BELGIUM NV,

Esperantolaan 4,

BE-3001 Leuven,

Tél/Tel: + 32 (0) 16 38 72 60


Česká republika:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

FR-06516 Carros, Francie,

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Magyarország:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Franciaország,

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Danmark:

VIRBAC Danmark A/S, Profilvej 1,

DK-6000 Kolding, Tlf: + 45 7552 1244

Malta:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

FR-06516 Carros, Franza,

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Deutschland:

VIRBAC Tierarzneimittel GmbH, Rögen 20,

DE-22843 Bad Oldesloe, Tel: + 49 (4531) 805 111

Nederland:

VIRBAC NEDERLAND BV,

Hermesweg 15,

NL-3771 ND Barneveld, Tel: + 31 (0) 342 427 127


Eesti:

OÜ ZOOVETVARU,

Uusaru 5,

EE-76505 Saue/Harjumaa, Tel: + 372 6 709 006

Norge:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Frankrike,

Tlf: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Ελλάδα:

VIRBAC HELLAS A.E.,

13ο χλμ. Εθνικής Οδού Αθηνών-Λαμίας,

EL-144 52 Μεταμόρφωση, Αθήνα-ΕΛΛΑΔΑ,

Τηλ: + 30 210 6219520,

info@virbac.gr

Österreich:

VIRBAC Österreich GmbH, Hildebrandgasse 27,

A-1180 Wien,

Tel: + 43 (0) 1 21 834 260

España:

VIRBAC ESPAÑA S.A.,

Angel Guimerá 179-181,

ES-8950 Esplugues de Llobregat,

infocliente@virbac.es

Polska:

VIRBAC SP. Z O.O.,

Ul. Pulawska 314,

PL-02 819 Warszawa,

Tel.: + 48 22 855 40 46


France:

VIRBAC France,

13ème rue – L.I.D. – BP 27,

FR-06517 Carros,

service-conso@virbac.fr

Portugal:

VIRBAC DE PORTUGAL, LABORATÓRIOS LDA,

R.do Centro Empresarial, Ed13-Piso 1- Esc.3, Quinta da Beloura,

PT-2710-693 Sintra, Tel: + 351 219 245 020


Hrvatska:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Francuska,

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

România:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

FR-06516 Carros, Franţa,

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Ireland:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

FR-06516 Carros, France

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Slovenija:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D.,

FR-06516 Carros, Francija,

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Ísland:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Frakkland,

Sími: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Slovenská republika:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Francúzsko,

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Italia:

VIRBAC SRL,

Via Ettore Bugatti, 15,

IT-20142 Milano,

Tel: + 39 02 40 92 47 1

Suomi/Finland:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Ranska/Frankrike,

Puh/Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Κύπρος:

VIRBAC HELLAS A.E.,

13ο χλμ. Εθνικής Οδού Αθηνών-Λαμίας,

EL-144 52 Μεταμόρφωση, Αθήνα-ΕΛΛΑΔΑ,

Τηλ: + 30 210 6219520,

info@virbac.gr

Sverige:

VIRBAC,

1ère avenue 2065 m – L.I.D., FR-06516 Carros, Frankrike,

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Latvija:

OÜ ZOOVETVARU,

Uusaru 5,

76505 Saue/Harjumaa,

United Kingdom:

VIRBAC Ltd,

Suffolk IP30 9 UP – UK, Tel: + 44 (0) 1359 243243

Igaunija,

Tel: + 372 6 709 006