Opatanol
olopatadine
olopatadine
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Opatanol u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tuża Opatanol
Kif għandek tuża Opatanol
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Opatanol
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
M’għandekx tuża Opatanol jekk qed tredda’.
Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tuża Opatanol.
Għandek tneħħi l-lentijiet tal-kuntatt li għandek f’għajnejk qabel tuża Opatanol.
OPATANOL m’għandux jintuża fit-tfal taħt l-eta’ ta 3 snin. M’għandekx tagħti din il-mediċina lil tfal b’età inqas minn 3 snin peress li m’hemmx dejta li tindika li huwa sikur u li jaħdem fi tfal taħt 3 snin.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.
Jekk qed tuża mediċini oħra f’għamla ta’ qtar għall-għajnejn jew ingwent għall-għajnejn, ħalli mill- inqas 5 minuti bejn kull mediċina. Ingwenti għall-għajnejn għandhom jingħataw l-aħħar.
M’għandekx tuża Opatanol jekk qed tredda’, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tuża din il- mediċina.
Jista’ jkun li għal ftit ħin wara li tuża Opatanol, il-vista tiegħek tiċċajpar xi ftit. Issuqx jew tużax magni sakemm il-vista tiegħek terġa’ lura għan-normal
Din il-mediċina fiha 0.5 mg ta’ benzalkonium chloride f’kull 5 ml li hu ekwivalenti għal 0.1 mg/ml. Il-preservattiv f’Opatanol, benzalkonium chloride, jista’ jigi assorbit mil-lentijiet tal-kuntatt rotob u
jista ibiddel il-kulur tal-lentijiet tal-kuntatt. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt qabel tuża din il-mediċina u
erġa’ ilbishom wara kwarta.
Benzalkonium chloride jista’ jikkawża irritazzjoni fl-għajn speċjalment jekk għandek għajnejn xotti jew disturbi fil-kornea (strat ċar quddiem l-għajn). Jekk tħoss sensazzjoni anormali tal-għajnejn, tingiż jew uġigħ fl-għajn wara li tuża din il-mediċina, kellem it-tabib tiegħek.
Din il-mediċina fiha 16.72 mg fosfati (f’63.05 mg ta’ disodium phosphate dodecahydrate) f’kull flixkun ta’ 5 ml, li hu ekwivalenti għal 3.34 mg/ml.
Jekk inti tbati minn ħsara severa fis-saff ċar li qiegħed fuq quddiem tal-għajn (il-kornea), il-fosfati jistgħu, f’każi rari ħafna, jikkawżaw irqajja mċajpra fuq il-kornea minħabba li jkun akkumula l-kalċju matul il-kura.
Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Id-doża rakkomandata hija qatra waħda fl-għajn jew għajnejn, darbtejn kuljum – filgħodu u filgħaxija. Uża din il-kwantita’ sakemm ma jigħdlekx mod ieħor it-tabib tiegħek. Għandek tuża Opatanol
f’għajnejk it-tnejn jekk jgħidlek it-tabib biss. Uża għaż-żmien li qallek it-tabib. Opatanol għandu jintuża bħala qtar għall-għajnejn biss.
AQLEB IL-PAĠNA GĦAL AKTAR TAGĦRIF.
Aqleb issa>
1 2
Kemm għandek tuża
< ara naħa 1
Aqbad il-flixkun ta’ Opatanol u mera.
Aħsel idejk.
Aqbad il-flixkun u neħħilu t-tapp.
Wara li jitneħħa l-għatu, jekk iċ-ċirku li juri li għadu ssiġillat u li jinqata’ jkun maħlul, neħħieħ qabel tuża l-prodott.
Żomm il-flixkun wiċċu ‘l isfel bejn subgħajk il-kbir u subgħajk tan-nofs.
Itfa rasek naqra lura. B’seba’ nadif, niżżel il-parti t’isfel tat-tebqa ta’ għajnejk sakemm
jiformma speċi ta’ but bejn it-tebqa t’għajnejk u l-għajn. Il-qatra ser tidħol hawn ġew (stampa 1)
Ġib il-flixkun viċin tal-għajn. Uża l-mera jekk taħseb li tgħinek aktar.
M'għandekx tmiss għajnejk jew il-kappell t’għajnejk, jew xi parti qrib t’għajnejk jew xi superfiċji oħra bil-qattara tal-flixkun. Dan jista jniġġes il-qtar li jkun fadal fil-flixkun.
Imbotta bil-ġentilezza il-qih tal-flixkun biex tqattar Opatanol taqtira taqtira.
M'għandekx tagħfas il-flixkun. Il-flixkun huwa magħmul biex meta tinbotta il-qih tniżżel taqtira waħda (stampa 2).
Jekk qed tuża l-qtar f’għajnejk it-tnejn, erġa rrepetti il-proċeduri hawn fuq imsemijja għall- għajnejk l-oħra.
Għalaq il-flixkun sewwa kif tieqaf tqattar. Jekk qatra ma’ tidħolx f’għajnejk, erġa pprova.
Laħalħu kollu l-barra b’ilma sħun. Terġax tqattar sakemm jasallek il-ħin tad-doża li jmiss.
Uża qatra waħda malli tiftakkar, imbagħad erġa’ lura għar-rutina ta’ dożaġġ bħas-soltu. Madankollu, jekk ikun kważi l-ħin għad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li tkun insejt qabel tkompli bir-rutina ta’ dożaġġ tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.
Tiqafx tuża din il-mediċina qabel ma tkellem lit-tabib tiegħek.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Bhal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, ghalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
L-effetti sekondarji li ġejjin kienu osservati b’Opatanol
Effetti fl-għ ajn:
Uġigħ fl-għajn, irritazzjoni fl-għajn, għajn xotta, sensazzjoni mhux normali fl-għajn, skomdu fl-għajn.
Effettti seko nd arji ġ enerali
Uġigħ ta’ ras, għeja, nixfa fl-imnieħer, togħma ħażina.
Effetti fl-għ ajn
Vista mċajpra, mnaqqsa jew mhux normali, disturbi fil-korneja, infjammazzjoni tas-superfiċje tal- għajn flimkien ma jew mingħajr ħsara fis-superfiċje, infjammazzjoni jew infezzjoni tal-konġuntiva, tnixxija ta’ l-għajn, allerġija ta’ l-għajn, sensittività għad-dawl, żieda fid-dmugħ, ħakk fl-għajn, hmura fl-għajn, il-kappell tal-għajn mhux normali; ħakk, ħmura, nefħa, jew qxur fuq il-kappell tal-għajn.
Effettti seko nd arji ġ enerali
Sensazzjoni mnaqqsa jew mhux normali, sturdament, tnixxija mill-imnieħer, ġilda xotta, infjammazzjoni tal-ġilda.
Effetti fl-għ ajn
Nefħa fl-għajn, nefħa fil-kornea, tibdil fid-daqs tal-ħabba tal-għajn.
Effettti seko nd arji ġ enerali
Qtugħ ta’ nifs, żieda fis-sintomi ta’ l-allerġija, nefħa tal-wiċċ, ħedla, dgħjufija ġenerali, tqalligħ, rimettar, infezzjoni tas-sinu, ħmura tal-ġilda u ħakk.
F’każijiet rari ħafna, xi pazjenti bi ħsara severa fis-saff ċar ta’ quddiem l-għajn (il-kornea) żviluppaw żoni imċajjpra fil-korneja minħabba akkumulazzjoni ta’ kalċju waqt il-kura.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u fuq il-kaxxa wara ‘EXP’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ta’ ħażna speċjali.
Għandek tarmi l-flixkun erba’ ġimgħat wara li tkun ftaħtu l-ewwel darba biex b’hekk tilqa mill- infezzjonijiet, u tuża flixkun ġdid. Ikteb id-data ta’ meta ftaħt il-flixkun fl-ispazju pprovdut lilek fuq it- tikketta ta’ kull flixkun u kaxxa.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi olopatadine. Kull mL ta’ soluzzjoni fih 1mg of olopatadine (bħala hydrochloride).
Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma benzalkonium chloride, sodium chloride, disodium phosphate dodecahydrate (E339), hydrochloric acid (E507) u/jew sodium hydroxide (E524) u ilma purifikat.
Opatanol huwa likwidu ċar u bla kulur (soluzzjoni) li jiġi f’pakkett li fih flixkun wieħed ta' 5 ml jew tliet flixken tal-plastik, kollha b’tapp tal-kamin. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Novartis Europharm Limited Vista Building
Elm Park, Merrion Road Dublin 4
L-Irlanda
Novartis Farmacéutica, S.A.
Gran Via de les Corts Catalanes, 764 08013 Barcelona
Spanja
S.A. Alcon-Couvreur N.V. Rijksweg 14
B-2870 Puurs Il-Belġju
Novartis Pharma GmbH Roonstraße 25
D-90429 Nürnberg Il-Ġermanja
Siegfried El Masnou, S.A. Camil Fabra 58
El Masnou 08320 Barcelona Spanja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50
Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 489 98 28
Novartis s.r.o.
Tel: +420 225 775 111
Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872
Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0
Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111
SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810
Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00
Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12
Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570
Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00
Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888
Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00
Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600
Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220
Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01
Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1
Novartis Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200
Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690
Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00
SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070
Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370