Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Viramune
nevirapine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Viramune 200 mg pilloli nevirapine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Viramune u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Viramune

  3. Kif għandek tieħu Viramune

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Viramune

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Viramune u għalxiex jintuża


    Viramune jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jissejħu antiretrovirali, użati fit-trattament ta’ infezzjonijiet ikkaġunati mill-Vajrus ta’ Immunodefiċjenza Umana (HIV-1).


    Is-sustanza attiva tal-mediċina tiegħek tissejjaħ nevirapine. Nevirapine jappartjeni għal kategorija ta’ mediċini li jaħdmu kontra l-HIV imsejħa non-nucleoside reverse transcriptase (NNRTIs). Reverse transcriptase hi enzima li l-HIV jeħtieġ biex jimmultiplika. Meta jwaqqaf reverse transcriptase milli jaħdem, Viramune jgħin biex jikkontrolla l-infezzjoni ta’ HIV-1.


    Viramune hu indikat għat-trattament ta’ adulti, adolexxenti, u tfal ta’ kull età infettati bl-HIV-1. Inti għandek tieħu Viramune flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra. It-tabib tiegħek ser jirrakomanda l-aħjar mediċini għalik.


    Jekk Viramune ġie preskritt lit-tifel/tifla tiegħek, jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni kollha f’dan il-fuljett hi indirizzata għat-tifel/tifla tiegħek (jekk jogħġbok aqra “it-tifel/tifla tiegħek” minflok “inti”).


  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Viramune Tiħux Viramune

    • jekk inti allerġiku għal nevirapine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

    • jekk kont tieħu Viramune u kellek twaqqaf it-trattament minħabba li kien ikollok:

      • raxx tal-ġilda sever

      • raxx tal-ġilda u sintomi oħra bħal pereżempju

        • deni

        • infafet

        • postumetti

        • infjammazzjoni tal-għajnejn

        • nefħa fil-wiċċ

        • nefħa ġenerali

        • qtugħ ta’ nifs

        • uġigħ muskolari jew tal-ġogi

        • tħoss li ma’ tiflaħx b’mod ġenerali

        • uġigħ addominali

          • reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva (allerġija)

          • infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

    • jekk għandek marda fil-fwied severa

    • jekk kellek twaqqaf it-trattament b’Viramune fil-passat minħabba bidliet fil-funzjoni tal-fwied tiegħek

    • jekk qed tieħu mediċina li fiha s-sustanza mill-ħxejjex ta’ St.John’s Wort (Hypericum perforatum). Din is-sustanza mill-ħxejjex tista’ timpedixxi ’l Viramune milli jaħdem sew.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Viramune.

      image

      Fl-ewwel 18-il ġimgħa ta' trattament b'Viramune huwa importanti ħafna li inti u t-tabib tiegħek toqgħodu attenti ħafna sabiex jintgħarfu sinjali ta’ reazzjonijiet tal-fwied jew tal-ġilda. Dawn jistgħu jaggravaw u jkunu ta’ periklu għal ħajja. L-akbar riskju għalik għal reazzjoni bħal din hu fl-ewwel 6 ġimgħat ta’ trattament.


      Jekk tesperjenza raxx sever jew sensittività eċċessiva (reazzjonijiet allerġiċi li jistgħu jidhru f’forma ta’ raxx) akkumpanjat minn effetti sekondarji oħra bħal:

    • deni

    • nfafet

    • ġrieħi fil-ħalq

    • infjammazzjoni ta’ l-għajnejn

    • nefħa fil-wiċċ

    • nefħa ġenerali

    • qtugħ ta’ nifs

    • uġigħ fil-muskoli jew fil-ġogi

    • tħoss li ma tiflaħx b’mod ġenerali

    • jew uġigħ addominali

      GĦANDEK TIEQAF TIEĦU VIRAMUNE U GĦANDEK TIKKUNTATTJA lit-tabib tiegħek

      MINNUFIH peress li reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħajja jew iwasslu għal mewt. Jekk qatt ikollok xi sintomi ħfief ta’ raxx mingħajr reazzjoni oħra jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih, li ser jagħtik parir jekk għandekx tieqaf tieħu Viramune


      Jekk tħoss sintomi li jistgħu jissuġerixxu ħsara lill-fwied, bħal

    • nuqqas t’aptit,

    • tħossok ma tiflaħx (dardir),

    • remettar,

    • ġilda safranija (suffejra)

    • uġigħ addominali

      għandek tieqaf tieħu Viramune u għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih.


      Jekk tiżviluppa reazzjonijiet severi tal-fwied jew tal-ġilda severi, jew ta’ sensittività eċċessiva waqt li qed tieħu Viramune, M’GĦANDEK QATT TIEĦU VIRAMUNE DARB’OĦRA mingħajr ma tirreferi lit-tabib tiegħek.

      Għandek tieħu d-doża ta’ Viramune li kitiblek fuq ir-riċetta t-tabib tiegħek. Dan hu importanti speċjalment fl-ewwel 14-il jum ta’ trattament (ara aktar informazzjoni f’ “Kif għandek tieħu Viramune”).


      Il-pazjenti li ġejjin jinsabu f’riskju ogħla li jiżviluppaw problemi tal-fwied:

    • nisa

    • persuni infettati b’epatite B jew Ċ

    • testijiet abnormali ta’ kif qed jaħdem il-fwied

    • pazjenti li qatt ma rċivew trattament fil-passat b’għadd ogħla ta’ ċelloli CD4 fil-bidu tat-terapija b’Viramune (nisa aktar minn 250 ċellola/mm³, irġiel aktar minn 400 ċellola/mm³)

    • pazjenti ttrattati fil-passat li jkollhom ammont virali ta’ HIV-1 fil-plażma u għadd ta’ ċelluli

      CD4 ogħla fil-bidu tat-terapija b’Viramune (nisa: aktar minn 250 ċellula/mm³, irġiel: aktar minn 400 ċellula/mm³)


      F'xi pazjenti li għandhom infezzjoni avvanzata ta' HIV (AIDS) u storja ta' reazzjonijiet opportunistiċi (mard mfisser bħala AIDS), is-sinjali u s-sintomi ta' infjammazzjoni minn infezzjonijiet li kellhom qabel jistgħu jerġgħu jitfaċċaw wara li jinbeda mill-ġdid it-trattament kontra l-HIV. Hu maħsub li dawn is-sintomi huma dovuti għal titjib fis-sistema immunitarja tal-ġisem, li jippermetti lil ġisem jiġġieled l-infezzjonijiet li setgħu kienu preżenti mingħajr sintomi ovvji. Jekk tinnota xi sintomi ta' infezzjoni, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek minnufih.


      Flimkien ma’ infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut tal-ġisem b’saħħtu) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għat- trattament tal-infezzjoni bl-HIV tiegħek. Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tat-trattament. Jekk tinnota kwalunkwe sintomi ta’ infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil- muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li timxi ’l fuq sat-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew iperattività, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex it- trattament meħtieġ.


      Bidliet fix-xaħam tal-ġisem jistgħu jseħħu f'pazjenti li jkunu fuq terapija antiretrovirali kombinata. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tinduna f'xi bidliet fix-xaħam tal-ġisem tiegħek (ara sezzjoni 4, “Effetti sekondarji possibbli”).


      Xi pazjenti li qed jieħdu terapija antiretrovirali kombinata jistgħu jiżviluppaw marda tal-għadam li tissejjaħ osteonekrosi (mewt ta' tessut tal-għadam li tiġi kkaġunata minn nuqqas ta’ ċirkolazzjoni

      tad-demm fl-għadam). It-tul tat-terapija antiretrovirali kombinata, l-użu ta' kortikosterojdi, il-konsum ta' alkoħol, debolezza tas-sistema immuni severa u indiċi ogħla fil-piż tal-ġisem, fost oħrajn, jistgħu jkunu xi wħud mill-ħafna fatturi li jippredisponu l-iżvilupp ta' din il-marda. Sinjali ta' osteonekrosi huma ebusija fil-ġogi, uġigħ (speċjalment fil-ġenbejn, l-irkoppa u l-ispallejn) u diffikultà biex tiċċaqlaq. Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.


      Jekk qed tieħu nevirapine u zidovudine fl-istess ħin, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek għax jista' jkun li jkollu bżonn jiċċekkja ċ-ċelluli tad-demm bojod tiegħek.

      Tiħux Viramune wara li tkun ġejt espost għall-HIV ħlief jekk tkun ġejt iddijanjostikat bl-HIV u

      ngħatajt parir biex tagħmel hekk mit-tabib tiegħek. Viramune mhux trattament għall-infezzjoni ta’ HIV. Għalhekk, jista’ jkun li int tkompli tiżviluppa infezzjonijiet jew mard ieħor assoċjat ma’ l- infezzjoni ta’ HIV. Għalhekk inti għandek tibqa’ f’kuntatt regolari mat-tabib tiegħek. Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra.


      Prednisone m’għandux jintuża biex jittratta raxx relatat ma’ Viramune.


      Jekk qed tieħu kontraċettivi orali (eż. il-“pillola”) jew metodu oħra ta’ kontraċezzjoni ormonali waqt it-trattament b’Viramune, għandek tuża kontraċezzjoni li tostakola (eż. kondom) b’mod addizzjonali, sabiex tevita li toħroġ tqila u biex ma xxerridx aktar l-HIV.

      Jekk qed tirċievi terapija bl-ormoni ta’ wara l-menopawsa, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel tieħu din il-mediċina.


      Jekk qed tieħu jew ingħatajt riċetta għal rifampicin biex tittratta t-tuberkulożi, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina ma’ Viramune.

      Tfal u adolexxenti

      Il-pilloli Viramune jistgħu jittieħdu minn:

    • tfal li għandhom 16-il sena jew aktar

    • tfal taħt is-16-il sena li:

      • jiżnu 50 kg jew aktar

      • li għandhom erja superfiċjali ’l fuq minn 1.25 metri kwadri. Għal tfal iżgħar hemm suspensjoni likwida li tittieħed mill-ħalq.

        Mediċini oħra u Viramune

        Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Informa t-tabib dwar kull mediċina oħra li tkun qed tieħu qabel ma tibda tieħu Viramune. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jissorvelja jekk il-mediċini l-oħra tiegħek humiex jaħdmu u sabiex jagħmel l-aġġustamenti meħtieġa tad-doża. Aqra sew il-fuljett ta’ tagħrif tal-prodotti mediċinali l-oħra kollha ta’ l-HIV li inti qed tieħu flimkien ma’ Viramune.


        Huwa partikolarment importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar:


    • St. John’s Wort (Hypericum perforatum, mediċina li tittratta d-dipressjoni)

    • rifampicin (mediċina li tittratta t-tuberkolosi)

    • rifabutin (mediċina li tittratta t-tuberkolosi)

    • makrolidi (eż. clarithromycin) (mediċina li tittratta l-infezzjonijiet batteriċi)

    • fluconazole (mediċina kontra l-infezzjonijiet fungali)

    • ketoconazole (mediċina li tittratta l-infezzjonijiet fungali)

    • itraconazole (mediċina li tittratta l-infezzjonijiet fungali)

    • methadone (mediċina użata biex tittratta ’l persuni viżjati bil-loppji)

    • warfarin (mediċina li tnaqqas il-formazzjoni ta’ emboli tad-demm)

    • kontraċettivi ormonali (eż. il-“pill”)

    • atazanavir (mediċina oħra li tittratta l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • lopinavir/ritonavir (mediċina oħra li tittratta l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • fosamprenavir (mediċina oħra li tittratta l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • efavirenz (mediċina oħra li tittratta l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • etravirine (mediċina oħra li tittratta l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • rilpivirine (mediċina oħra li tittratta l-infezzjonijiet tal-HIV)

    • zidovudine (mediċina oħra għat-trattament ta’ infezzjoni bl-HIV)

    • elvitegravir/cobicistat (mediċina oħra li tittratta infezzjoni bl-HIV)


      It-tabib tiegħek ser jissorvelja mill-qrib l-effett ta’ Viramune u kwalunkwe wieħed minn dawn il-mediċini jekk qed teħodhom flimkien.


      Jekk qed ikollok dijaliżi tal-kliewi, it-tabib tiegħek jista’ jikkonsidra li jaġġusta d-doża ta’ Viramune. Dan peress li Viramune jista’ jiġi eliminat mid-demm tiegħek bid-dijalizi.


      Viramune ma’ ikel u xorb

      M'hemm l-ebda restrizzjoni fuq it-teħid ta' pilloli Viramune ma' l-ikel u x-xorb.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Għandek tieqaf tredda’ jekk qed tieħu l-pilloli Viramune. Hija rakkomandazzjoni ġenerali li m’għandekx tredda’ jekk int infettata b’HIV għax hu possibbli li t-tarbija tiegħek tista’ tiġi infettata b’HIV permezz tal-ħalib tal-omm.

      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Tista’ tħossok għajjien meta tieħu Viramune. Uża l-kawtela meta tipparteċipa f’attivitajiet bħal sewqan, u l-użu ta’ kwalunkwe għodda jew magni. Jekk tħossok għajjien, għandek tevita xogħol potenzjalment perikoluż bħal sewqan jew li tuża kwalunkwe għodda jew magni.


      Viramune fih lactose u sodium

      Il-pilloli Viramune fihom lactose (zokkor tal-ħalib).

      Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

      Il-pilloli Viramune fihom anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment

      ‘ħielsa mis-sodium’.


  3. Kif gћandek tieћu Viramune


    Inti qatt m’għandek tieħu Viramune waħdu. Dejjem għandek tieħdu mill-anqas ma’ żewġ mediċini antiretrovirali oħra. It-tabib tiegħek ser jirrakomanda l-aħjar mediċini għalik.


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Doża:


    image

    Id-doża li tingħata hija ta’ pillola waħda ta' 200 mg kuljum għall-ewwel 14-il jum ta' trattament (perjodu “inizjali”. Wara 14-il jum, id-doża li ġeneralment tittieħed hi ta’ pillola waħda ta’ 200 mg darbtejn kuljum.


    Huwa importanti ħafna li tieħu pillola waħda ta’ Viramune kuljum għall-ewwel 14-il jum (il-perijodu “inizjali”). Jekk ikollok xi raxx f’dan il-perijodu, iżżidx id-doża imma kkonsulta t-tabib tiegħek.


    Il-perijodu “inizjali” ta’ 14-il jum intwera li jnaqqas ir-riskju ta’ raxx fuq il-ġilda.


    Peress li Viramune għandu dejjem jittieħed ma’ mediċini antiretrovirali oħra tal-HIV, inti għandek issegwi l-istruzzjonijiet għal mediċini l-oħra b’attenzjoni. Dawn huma mogħtija fil-fuljetti ta’ tagħrif għal dawk il-mediċini.


    Viramune huwa disponibbli wkoll f'għamla likwida bħala suspensjoni likwida. Dan hu partikolarment adattat jekk:

    • għandek problemi biex tibla l-pilloli

    • jew inti tifel/tifla li tiżen anqas minn 50 kg

    • jew inti tifel/a li għandek erja superfiċjali ta’ inqas minn 1.25 metri kwadri (it-tabib tiegħek ser jara kemm hi l-erja superfiċjali tiegħek).


      Għandek tibqa' tieħu l-pilloli Viramune sakemm ikun qallek biex tagħmel it-tabib tiegħek.


      Kif spjegat fit-taqsima ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’, hawn fuq, it-tabib tiegħek għandu jissorvelja t- testijiet tal-fwied tiegħek jew jara għal xi effetti mhux mixtieqa bħal raxx. Skond ir-riżultati, it-tabib tiegħek jista' jiddeċiedi jekk għandux iwaqqaf it-trattament tiegħek ta’ Viramune. It-tabib tiegħek għandu mnejn jiddeċiedi li jibdik mill-ġdid fuq doża aktar baxxa.


      Ħu l-pilloli Viramune mill-ħalq biss. M’għandekx tomgħod il-pilloli tiegħek. Tista’ tieħu Viramune fuq l-ikel jew fuq stonku vojt.

      Jekk tieħu Viramune aktar milli suppost

      M'għandekx taqbeż id-doża ta’ Viramune li t-tabib tiegħek ikun kitiblek u mfissra f'dan il-fuljett. Attwalment, hemm biss ftit tagħrif fuq l-effetti ta' doża eċċessiva b'Viramune. Ikkonsulta mat-tabib tiegħek jekk tieħu Viramune aktar milli suppost.


      Jekk tinsa tieħu Viramune

      Ipprova titlifx milli tieħu doża. Jekk tinduna li ma ħadtx d-doża li suppost ħadt fi żmien 8 sigħat minn meta suppost ħadtha, ħu d-doża li tkun insejt tieħu kemm jista’ jkun malajr. Jekk ikunu għaddew iktar minn 8 sigħat mill-ħin li fih suppost ħadt id-doża, ħu biss id-doża li jmissek tieħu fil-ħin skedat.


      Jekk tieqaf tieħu Viramune

      Intwera li jekk tieħu d-dożi kollha fil-ħinijiet xierqa:

    • tiżdied l-effettività tal-kombinazzjoni ta’ mediċini antiretrovirali tiegħek

    • tnaqqas iċ-ċansijiet li l-infezzjoni tal-HIV tiegħek ssir reżistenti għal mediċini antiretrovirali.


      Huwa importanti li tkompli tieħu Viramune b'mod korrett, kif imfisser hawn fuq, sakemm it-tabib tiegħek ma jagħtikx struzzjonijiet biex tieqaf.


      Jekk tieqaf tieħu Viramune għal aktar minn 7 ijiem it-tabib tiegħek għandu jagħtik parir biex tibda bil- perijodu ta' 14-il jum 'tal-bidu' (mfissra hawn fuq) mill-ġdid, qabel tibda bid-doża ta' żewġ pilloli kuljum.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Matul terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan hu parzjalment marbuta ma’ saħħa li terġa’ lura għan-normal u l-istil tal-ħajja, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm, xi kultant mal-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestjak għal dawn it- tibdiliet.


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Kif imsemmi fit-taqsima ‘Twissijiet u prekawzjonijiet’, hawn fuq, l-effetti sekondarji l-aktar importanti ta’ Viramune huma reazzjonijiet tal-ġilda u ħsara fil-fwied li jistgħu jkunu severi u ta’ periklu għal ħajja. Dawn ir-reazzjonijiet iseħħu prinċipalment fl-ewwel 18-il ġimgħa ta' trattament b'Viramune. Huwa għalhekk perijodu importanti li jinħtieġ monitoraġġ mill-qrib mit-tabib tiegħek.


    Jekk tosserva xi sintomi ta’ raxx, informa lit-tabib tiegħek minnufih.


    Meta jiżviluppa r-raxx dan hu normalment minn ħafif sa moderat. Madankollu, f'xi pazjenti raxx, li jidher bħala nfafet fuq il-ġilda jista' jkun serju u ta' periklu għal ħajja (sindromu ta' Stevens-Johnson u nekroliżi epidermali tossika) u kien hemm anke imwiet li ġew irreġistrati. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet kemm ta' raxx serju u raxx ħafif/moderat jseħħu fl-ewwel sitt ġimgħat ta' trattament.


    Jekk tinnota xi sintomi ta' raxx u tħossok ukoll ma tiflaħx, għandek twaqqaf it-trattament u żżur lit- tabib minnufih.

    Reazzjonijiet ta' sensittività eċċessiva (allerġiji) jistgħu jseħħu. Dawn

    ir-reazzjonijiet jistgħu jidhru fil-forma ta' anafilassi (forma ta’ reazzjoni allerġika severa) b’sintomi bħal:

    • raxx

    • nefħa fil-wiċċ

    • diffikutà biex tieħu n-nifs (spażmu bronkjali)

    • xokk anafilattiku


      Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva jistgħu jseħħu wkoll bħala raxx ma’ effetti sekondarji oħra bħal:

    • deni

    • infafet fuq il-ġilda

    • pustumetti

    • infjammazzjoni tal-għajnejn

    • nefħa tal-wiċċ

    • nefħa ġenerali

    • qtugħ ta’ nifs

    • uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi

    • tnaqqis fl-għadd ta' ċelluli bojod tad-demm (granuloċitopenija)

    • wieħed iħossu marid b'mod ġenerali

    • problemi serji bil-fwied jew kliewi (insuffiċjenza tal-fwied jew tal-kliewi).


      Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi raxx jew xi effett kollaterali ieħor ta' reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva (allerġija). Reazzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu ta' periklu għal ħajja.


      Funzjoni anormali tal-fwied ġiet rrapportata bit-teħid ta' Viramune. Din tinkludi xi każijiet ta' infjammazzjoni tal-fwied (epatite), li tista’ tkun f’daqqa u intensa (epatite fulminanti) u insuffiċjenza tal-fwied li t-tnejn li huma jistgħu jkunu fatali.


      Għarraf lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi wieħed mis-sintomi kliniċi li ġejjin jindikaw xi ħsara fil-fwied:

    • nuqqas t’aptit

    • tħossok ma tiflaħx (tqalligħ)

    • rimettar

    • ġilda safra (suffejra)

    • uġigħ addominali

      L-effetti sekondarji deskritti hawn taħt inħassu minn pazjenti li ngħataw Viramune: Komuniħafna(jistgħujaffettwawaktarminn1minnkull10persuni):

    • raxx


      Komuni(jistgħujaffettwawsa1minnkull10persuni):

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli bojod (granuloċitopenija)

    • reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva)

    • uġigħ ta’ ras

    • tħossok ma tiflaħx (nawsea)

    • remettar

    • uġigħ addominali

    • ippurgar artab (dijarea)

    • infjammazzjoni tal-fwied (epatite)

    • tħossok għajjien(għeja kbira)

    • deni

    • testijiet tal-funzjoni tal-fwied mhux normali

      Mhuxkomuni(jistgħujaffettwawsa1minnkull100persuna):

    • reazzjoni allerġika kkaratterizzata minn raxx, nefħa tal-wiċċ, diffikultà biex tieħu n-nifs (spażmi tal-bronki) jew xokk anafilattiku

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli ħomor tad-demm (anemija)

    • ġilda safranija (suffejra)

    • raxxijiet severi u li jistgħu jkunu ta’ periklu għal ħajja (is-sindromu ta’ Stevens Johnson/nekrolisi epidermali tossika)

    • ħorriqija (urtikarja)

    • fluwidu taħt il-ġilda (anġjoedema)

    • uġigħ fil-ġogi (artralġja)

    • uġigħ fil-muskoli (mijalġja)

    • tnaqqis tal-phosphorus fid-demm

    • żieda fil-pressjoni tad-demm


      Rari(jistgħujaffettwawsa1minnkull1000persuna):

    • infjammazzjoni tal-fwied f’daqqa u intensa (epatite fulminanti)

    • reazzjoni minħabba l-mediċina b’sintomi sistemiċi (reazzjoni minħabba l-mediċina b’eosinofilija u sintomi sistemiċi)


      Il-każijiet li ġejjin ġew rapportati wkoll meta Viramune ġie użat f'kombinazzjoni ma' mediċini antiretrovirali oħrajn:

    • tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli l-ħomor tad-demm jew plejtlets

    • infjammazzjoni tal-frixa

    • tnaqqis jew sensazzjonijiet abnoramli tal-ġilda.

      Dawn il-każijiet huma assoċjati b’mod komuni ma’ mediċini anti-retrovirali oħrajn u jista' jkun li jseħħu meta Viramune jiġi użat flimkien ma' mediċini oħra; madankollu huwa x'aktarx improbabbli li dawn il-każijiet iseħħu minħabba trattament b’Viramune.


      Effetti sekondarji oħra fit-tfal u l-adolexxenti

      Jista’ jkun hemm tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli bojod tad-demm (granuloċitopenija), li hu aktar komuni fit-tfal. Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli ħomor tad-demm (anemija) li jista’ jkun relatat ma’ trattament ta’ nevirapine, huwa wkoll osservat aktar komunament fit-tfal. Bħal fil-każ ta’ sintomi tar-raxx, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek minnufih ta’ xi effetti sekondarji.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett

      image

      sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Viramune


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara “JIS”. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Viramune


Kif jidher Viramune u l-kontenut tal-pakkett


Pilloli bojod, ovali u mżaqqa. Naħa waħda hi mmarkata bil-kodiċi “54 193”, b’sinjal wieħed li jissepara n-numri “54” u “193”. In-naħa l-oħra tal-pillola hija mmarkata bl-arma tal-kumpanija. Is- sinjal imnaqqax mhuwiex intiż biex tinqasam il-pillola.


Il-pilloli Viramune jiġu f’folji, b’14, 60 jew 120 pillola f’kull kartuna. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Viramune jiġi wkoll bħala suspensjoni orali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Boehringer Ingelheim International GmbH Binger Strasse 173

55216 Ingelheim am Rhein Il-Ġermanja


Manifattur


Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Binger Strasse 173

55216 Ingelheim am Rhein

Il-Ġermanja


jew


Boehringer Ingelheim Hellas Single Member S.A. 5th km Paiania – Markopoulo

Koropi Attiki, 19441 Il-Greċja


image

image

jew


Boehringer Ingelheim France 100-104 avenue de France 75013 Paris

Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V Tél/Tel: +32 2 773 33 11


България

Бьорингер Ингелхайм РЦВ ГмбХ и Ко КГ - клон България

Тел: +359 2 958 79 98

Lietuva

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Lietuvos filialas

Tel.: +370 5 2595942

Luxembourg/Luxemburg

SCS Boehringer Ingelheim Comm.V

Tél/Tel: +32 2 773 33 11


Česká republika

Boehringer Ingelheim spol. s r.o. Tel: +420 234 655 111

Magyarország

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Magyarországi Fióktelepe

Tel.: +36 1 299 8900


Danmark

Boehringer Ingelheim Danmark A/S Tlf: +45 39 15 88 88

Malta

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +35 31 295 9620


Deutschland

Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Tel: +49 (0) 800 77 90 900

Nederland

Boehringer Ingelheim b.v. Tel: +31 (0) 800 22 55 889


Eesti

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Eesti filiaal

Tel: +372 612 8000

Norge

Boehringer Ingelheim Norway KS Tlf: +47 66 76 13 00


Ελλάδα

Boehringer Ingelheim Ελλάς Μονοπρόσωπη Α.Ε. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

Österreich

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Tel: +43 1 80 105-7870


España

Boehringer Ingelheim España, S.A. Tel: +34 93 404 51 00

Polska

Boehringer Ingelheim Sp. z o.o. Tel.: +48 22 699 0 699


France

Boehringer Ingelheim France S.A.S. Tél: +33 3 26 50 45 33

Portugal

Boehringer Ingelheim Portugal, Lda. Tel: +351 21 313 53 00


Hrvatska

Boehringer Ingelheim Zagreb d.o.o. Tel: +385 1 2444 600

România

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Viena - Sucursala Bucuresti

Tel: +40 21 302 2800


Ireland

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +353 1 295 9620

Slovenija

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Podružnica Ljubljana

Tel: +386 1 586 40 00

Ísland

Vistor hf.

Tel: +354 535 7000

Slovenská republika

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG organizačná zložka

Tel: +421 2 5810 1211


Italia

Boehringer Ingelheim Italia S.p.A. Tel: +39 02 5355 1

Suomi/Finland

Boehringer Ingelheim Finland Ky Puh/Tel: +358 10 3102 800


Κύπρος

Boehringer Ingelheim Ελλάς Μονοπρόσωπη Α.Ε. Tηλ: +30 2 10 89 06 300

Sverige

Boehringer Ingelheim AB Tel: +46 8 721 21 00


Latvija

Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Latvijas filiāle

Tel: +371 67 240 011

United Kingdom (Northern Ireland)

Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +353 1 295 9620


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}