Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Draxxin
tulathromycin


FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Draxxin 100 mg/ml soluzzjoni għal injezzjoni għal baqar, majjali u nagħaġ


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve Il-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: FAREVA AMBOISE

    Zone Industrielle,

    29 route des Industries 37530 Pocé-sur-Cisse FRANZA


    jew


    Zoetis Manufacturing & Research Spain, S.L. Ctra. de Camprodón, s/n°

    Finca La Riba Vall de Bianya Gerona 17813 SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Draxxin 100 mg/ml soluzzjoni għal injezzjoni għal baqar, majjali u nagħaġ.

    Tulathromycin


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Tulathromycin 100 mg/ml

    Monothioglycerol 5 mg/ml


    Soluzzjoni ċara bla kulur għal ftit fl-isfar.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Baqar

    Trattament u metafilassi tal-marda respiratorja tal-baqar (BRD) assoċjata ma’ Mannheimia, Pasteurella multocida, Histophilus somni u Mycoplasma bovis suxxettibbli għal tulathromycin. Il- preżenza tal-marda fil-grupp għandha tiġi stabbilita qabel jintuża l-prodott.


    Trattament ta’ keratokonġunktivite bovina infettiva (IBK) assoċjata ma’ Moraxella bovis suxxettibbli

    ghat-tulathromycin.


    Majjali

    Trattament u metafilassi tal-marda respiratorja tal-majjali assoċjata ma’ Actinobacillus pleuropneumoniae, Pasteurella multocida, Mycoplasma hyopneumoniae. Haemophilus parasuis u

    Bordetella bronchiseptica suxxettibbli għal tulathromycin. Il-preżenza tal-marda fil-merħla għandha tiġi stabbilita qabel jintuża l-prodott. Il-prodott mediċinali veterinarju għandu jintuża biss jekk hu mistenni li l-majjali ser jiżviluppaw il-marda fi żmien 2-3 ijiem.


    Nagħaġ

    Trattament tal-istadji bikrin ta’ pododermatite infettiva (foot rot) assoċjata ma’ Dichelobacter nodosus virulenti li għandha bżonn trattament sistemiku.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’każijiet ta’ sensitività eċċessiva għal antibijotiċi tal-grupp tal-makrolidi jew ingredjenti oħra.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Amministrazzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju taħt il-ġilda fil-baqar ta’ spiss iwassal għal reazzjonijiet ta’ wġigħ li jgħaddi u nefħiet lokalizzati fil-post tal-injezzjoni li jistgħu jibqgħu sa 30 ġurnata. Reazzjonijiet bħal dawn ma ġewx innutati fil-majjali u nagħaġ wara amministrazzjoni fil- muskolu. Reazzjonijiet patomorfoloġiċi (li jinkludu bidliet riversibbli ta’ konġestjoni, edema, fibrożi u emmoraġija) huma komuni ħafna fil-post tal-injezzjoni bejn wieħed u ieħor għal 30 ġurnata wara l- injezzjoni fil-baqar u majjali.


    Fin-nagħaġ, sinjali ta’ skumdità li jgħaddu (xengil tar-ras, ħakk tal-post tal-injezzjoni, tiġbid b’lura) huma komuni ħafna wara injezzjoni fil-muskolu. Dawn is-sinjali jitilqu wara ftit minuti.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f10,000 annimal)

    - rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Baqar, majjali u nagħaġ

    image


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Baqar

    2.5 mg tulathromycin/kg piż (ekwivalenti għal 1 ml/40 kg piż)


    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda. Għal trattament ta’ baqar ’il fuq minn 300 kg, aqsam id-doża biex f’kull post tal-injezzjoni ma jingħatawx aktar minn 7.5 ml.


    Majjali

    2.5 mg tulathromycin/kg piż (ekwivalenti għal 1 ml/40 kg piż)

    Injezzjoni waħda fil-muskolu tal-għonq. Għal trattament ta’ majjali ’l fuq minn 80 kg piż, aqsam id- doża biex f’kull post tal-injezzjoni ma jingħatawx aktar minn 2 ml.


    Nagħaġ:

    2.5 mg tulathromycin/kg piż (ekwivalenti għal 1 ml/40 kg piż). Injezzjoni waħda fil-muskolu fl-għonq.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Għal kull marda respiratorja huwa rakkomandat li t-trattament jibda fi stadji kmieni tal-mard u l-effett tat-trattament għandu jiġi evalwat fi żmien 48 siegħa mill-injezzjoni. Jekk is-sinjali kliniċi ta’ mard respiratorju jibqgħu jidhru jew jiżdiedu, jew il-mard jerga’ jfiġġ, il-trattament għandu jinbidel, b’użu ta’ antibijotiku ieħor, u jibqa’ sejjer sakemm is-sinjali kliniċi jmorru.


    Sabiex tassigura dożaġġ tajjeb, il-piż tal-bhima għandu jittieħed kemm jista’ jkun sewwa sabiex tevita li jingħata dożaġġ baxx. Meta ttaqqab il-kunjett bosta drabi, hu rakkomandat li tuża labra li tħalliha fil-kunjett jew siringa li tesa’ aktar minn doża waħda sabiex tevita li tagħmel ħafna toqob fit-tapp.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Baqar (laħam u interjuri): 22 ġurnata. Majjal (laħam u interjuri): 13-il ġurnata. Nagħaġ (laħam u interjuri): 16-il ġurnata.

    Mhux a awtorizzat l-użu f’annimali li qed jaħilbu u li l-ħalib tagħhom qed imur għal konsum tan-nies. Tużax f’annimali tqal, li hu maħsub li ser jagħtu ħalib għal konsum tan-nies, sa xahrejn qabel iwelldu.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    M’hemmx prekawzjonijiet speċjali sabiex taħżen dan il-prodott mediċinali veterinarju.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data tal-iskadenza murija fuq it-tikketta wara EXP. Żmien li l-prodott jibqa’ tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur: 28 ġurnata


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott:

    Reżistenza inkroċjata sseħħ ma’ makrolidi oħra. Tagħtix fl-istess ħin ma’ antimikrobiċi li jaħdmu bl- istess mod, bħalma huma makrolidi oħra jew linkosamidi.

    Nagħaġ:


    L-effikaċja ta’ trattament talfoot rot bl-antimikobiċi tista’ tiġi mnaqqsa b’fatturi oħra, bħalma huma kundizzjonijiet ambjentali mxarrba, kif ukoll maniġġjar ħażin tar-razzett. Għalhekk it-trattament tal- foot rot għandu jsir flimkien ma’ mmaniġġjar tajjeb tal-merħla bħal ma hu ambjent xott.

    Mhuwiex xieraq li ssir kura bl- antibijotiċi ta’ foot rot benin. Tulathromycin wriet effikaċja limitata f’nagħaġ b’sinjali kliniċi serji jew foot rot kronika u għalhekk għandu jintuża’ biss fl-istadji bikrin tal- foot rot.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali;

    L-użu tal-prodott għandu jkun ibbażat fuq testijiet tas-suxxettibilità fuq mikrobi iżolati mill-annimal. Jekk dan ma jkunx possibbli, it-terapija għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni epidemjoloġika lokali (reġjonali, livell tar-razzett) dwar is-suxxettibilità tal-batterji li wieħed irid jolqot.

    Meta jintuża l-prodott għandha tkun ikkunsidrata l-politika uffiċjali nazzjonali u reġjonali dwar l-użu tal-antibijotiċi. L-użu tal-prodott li jiddevja mill-istruzzjonijiet mogħtija fis-SKP jista’ jkabbar il- prevalenza għal reżistenza tal-batteri għat-tulathromycin u jista’ jnaqqas l-effikaċja tat-trattament b’makrolidi oħra, linkosamidi u streptogramins tal–grupp B, minħabba fil-potenzjal ta’ resistenza nkroċjata.

    Jekk isseħħ reazzjoni ta’ ipersensittività, għandha tingħata kura xierqa minnufih. Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali:

    Tulathromycin tirrita l-għajnejn. F’każ aċċidentali li fih jintlaqtu l-għajnejn, laħlaħ fil-pront b’ilma nadif.

    Tulathromycin tista’ tikkawża sensittività tal-ġilda permezz ta’ kuntatt mal-ġilda li tirriżulta f’pereżempju ħmur tal-ġilda (eritema) u/jew dermatite. F’każ aċċidentali li fih tintlaqat il-ġilda, aħsel

    fil-pront bis-sapun u bl-ilma.


    Aħsel idejk wara li tużah.


    F’każ li tinjetta lilek innifsek b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    Jekk ikun hemm suspett ta’ reazzjoni ta’ sensitività eċċessiva wara esponiment aċċidentali (rikonoxxuta minn pereżempju ħakk, diffikultà fit-teħid tan-nifs, ħorriqija, nefħa fuq il-wiċċ, nawsja, rimettar), għandu jingħata trattament xieraq. Fittex parir mediku mal-ewwel u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddigħ:

    Studji fil-laboratorju fuq ġrieden u fniek ma rriżultawx f’evidenza ta’ effetti teratoġeniċi, jew effetti li jagħmlu ħsara lill-fetu jew lill-omm. Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib. Uża biss skont il-valutazzjoni tal-benefiċċju u r-riskju tal-veterinarju responsabbli.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni: Xejn magħruf.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    B’dożi ta’ tlieta, ħamsa jew għaxar darbiet aktar mid-doża rakkomandata fil-baqar, kien hemm sinjali li jgħaddu kawża ta’ skumdità, fil-post tal-injezzjoni li wassal biex l-annimali ma jkollhomx kwiet, ixenglu rashom, jagħtu b’saqajhom mal-art u jnaqqsu mill-ikel għal ftit taż-żmien. Kienet osservata

    deġenerazzjoni ħafifa tal-muskolu tal-qalb f’dawk il-baqar li ngħataw ħames jew sitt darbiet aktar mid- doża rakkomandata.


    F’majjali żgħar ta’ xi 10 kg li ingħataw dożi ta’ tlieta jew ħames darbiet aktar mid-doża rakkomandata, kien hemm sinjali li jgħaddu minħabba skumdità fil-post tal-injezzjoni li wassal għal twerżiq eċċessiv u nuqqas ta’ serħan. Meta l-injezzjoni ngħatat fis-sieq ta’ wara, l-annimali dehru jzappu.


    Fil-ħrief (bejn wieħed u ieħor ta’ 6 ġimgħat), f’dożaġġ ta’ tlett jew ħames darbiet aktar mid-doża rakkomandata, ġew osservati sinjali li jgħaddu attribwiti għal skumdità fil-post tal-injezzjoni u li jinkludu mixi b’lura, xengil tar-ras, ħakk tal-post tal-injezzjoni, jimteddu u jerġgħu iqumu, għajjat.

    Inkompatibilitajiet:

    Billi m’hemmx studji ta’ inkompatibilitajiet, dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF



  15. TAGĦRIF IEĦOR


Tulathromycin hija sustanza makrolida semi-sintetika għal kontra l-mikrobi, li toriġina minn prodott ta’ fermentazzjoni. Hija differenti minn ħafna makrolidi oħra billi l-effett tagħha huwa twil, dan minħabba l-fatt li għandha tliet gruppi amini, u għalhekk ġiet imqiegħda fis-sotto-klassi ta’ denominazzjoni kimika ta’ triamilide.


Il-makrolidi huma antibijotiċi batterjostatiċi u jimblokkaw il-bijosintesi ta’ proteini essenzjali billi b’mod selettiv jeħlu mar-ribosomal RNA tal-mikrobi. Huma jaħdmu billi jistimulaw il-qasma tal- peptidyl-tRNA minn mar-ribożoma waqt il-proċess ta’ traslokazzjoni.


Tulathromycin għandha attività in vitro kontra Mannheimia haemolytica, Pasteurella multocida, Histophilus somni u Mycoplasma bovis, u Actinobacillus pleuropneumoniae, Pasteurella multocida, Mycoplasma hyopneumoniae, Haemophilus parasuis u Bordetella bronchiseptica il-mikrobi patoġeniċi li huma l-aktar assoċjati ma’ mard respiratorju tal-baqar u tal-majjali, rispettivament. Instabu livelli aktar għoljin fil-konċentrazzjoni inibitorja minima (MIC) f’xi iżolati batterjoloġiċi ta’ Histophilus somni u Actinobacillus pleuropneumonia. Ġiet iddimostrata attività in vitro kontra Dichelobacter nodosus (vir), il-mikrobu patoġeniku l-aktar assoċjat ma’ pododermatite infettiva (foot rot) fin-nagħag.


Tulathromycin għandu wkoll attività in vitro kontra Moraxella bovis, il-mikrobu assoċjat l-aktar ma’ keratokonġunktivite bovina infettiva (IBK).


L-Istitut tal-Istandards Kliniċi u ta-Laboratorju (CLSI) waqqaf breakpoints kliniċi għal tulathromycin kontra M. haemolytica, P. multocida, u H. somni ta’ origini respiratorja bovina u P. multocida u B. bronchiseptica ta’ oriġini respiratorja suina bħala ≤16 μg/ml suxxettibbli u ≥64 μg/ml reżistenti. Għal A. pleuropneumoniae ta’ oriġini respiratorja suina il-breakpoint tas-suxxettibiltà huwa ≤64 µg/ml. Il-CLSI ippubblikat ukoll breakpoints kliniċi għal tulathromycin ibbażati fuq metodu ta’ disk diffusion (dokument CLSI VET08, ir-raba’ ed, 2018). M’hemmx breakpoints kliniċi għal H. parasuis. La l-

EUCAST u l-anqs il-CLSI ma żviluppaw metodi standard biex jiġu ttestjati sustanzi għal kontra l-batterji kontra speċi veterinarji ta’ Mycoplasma u għalhekk ma twaqqfux kriterji interpretattivi.


Ir-reżistenza għal makrolidi tista’ tiżviluppa permezz ta’ mutazzjonijiet fil-genes li jġorru l-kodiċi ta’ ribosomal RNA (rRNA) jew ta’ xi proteini tar-ribozoma; b’modifikazzjoni enżimatika tat-23S rRNA target site, li ġeneralment iwassal għal reżistenza inkroċjata mal-linkosamidi u streptogramini tal- grupp B (reżistenza MLSB); bit-twaqqif fl-attività permezz tal-enżimi; jew bi ħruġ ta’ makrolidi. Ir- reżistenza MLSB tista’ tkun kostituttiva jew induċibbli. Ir-reżistenza tista’ tkun kromosomali jew plasmid-encoded u tista’ tkun trasferibbli jekk tkun assoċjata ma’ transposons, plażmidi, elementi

intergrattivi u konġuntivi. Barra minn hekk, il-plastiċità ġenomika ta’ Mycoplasma tissaħħaħ bit- trasferiment oriżontali ta’ biċċiet kbar ta’ kromożomi.


Flimkien mal-kwalitajiet anitmikrobiċi tulathromycin kellha azzjonijiet ta’ tibdil immunoloġiku u anti- imfjammatorju fi studji sperimentali. F’polymorphonuclear cells (PMNs; neutrophils) kemm tal-baqar kif ukoll tal-majjali, tulathromycin ħeġġet l-apoptożi (mewt ipprogrammat taċ-ċelloli) u t- tneħħija taċ- ċelloli apoptotiċi permezz tal-makrofaġi. Tnaqqas il-produzzjoni tal-medjaturi leukotriene B4 u

CXCL-8 li jwasslu għall-imfjammazzjoni u twassal għall-produzzjoni ta’ anti-inflammatory u pro- resolving lipid lipoxin A4.


Fil-baqar, il-profil farmakokinetiku ta’ tulathromycin meta tingħata f’doża waħda taħt il-ġilda ta’ 2.5 mg/kg piż, kien ikkaratterizzat minn assorbiment estensiv u ta’ malajr segwit minn distribuzzjoni għolja u eliminazzjoni bil-mod. L-għola livell (Cmax) fil-plażma kien bejn wieħed u ieħor ta’ 0.5 μg/ml; dan intlaħaq bejn wieħed u ieħor 30 minuta wara li ngħatat id-doża (Tmax). Il-livelli ta’ tulathromycin f’ħomoġinat tal-pulmun kienu konsiderevolment għola minn dawk fil-plażma. Hemm evidenza ċara li jkun hemm ħażna ta’ tulathromycin fin-newtrofili u makrofaġi tal-alvejoli. Madankollu, il-livelli ta’ tulathromycin in vivo fil-post ta’ infezzjoni fil-pulmun, mhumiex magħrufa. Wara li ntlaħqu l-ogħla livelli kien hemm tnaqqis bil-mod ta’ preżenza fis-sistema, b’half life ta’ eliminazzjoni (t1/2) mill- plażma li jidher li hu ta’ 90 siegħa. L-ammont abbinat mal-proteini tal-plażma huwa baxx, u bejn wieħed u ieħor huwa ta’ 40%. Il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat stabbli (Vss) iddeterminat wara amministrazzjoni fil-vina kien ta’ 11 l/kg. Il-bijodisponibiltà ta’ tulathromycin wara amministrazzjoni taħt il-ġilda fil-baqar kienet bejn wieħed u ieħor ta’ 90%.


Fil-majjali, il-profil farmakokinetiku ta’ tulathromycin meta tingħata f’doża waħda ta’ 2.5 mg/kg piż, fil-muskolu, kien ukoll ikkaratteriżat minn assorbiment estensiv u ta’ malajr segwit minn distribuzzjoni għolja u eliminazzjoni bil-mod. L-għola livell (Cmax) fil-plażma kien bejn wieħed u ieħor ta’ 0.6 μg/ml; dan intlaħaq bejn wieħed u ieħor 30 minuta wara li ingħatat id-doża (Tmax). Il- livelli ta’ tulathromycin f’omoġinat tal-pulmun kienu konsiderevolment għola minn dawk fil-plażma. Hemm evidenza ċara li jkun hemm ħażna ta’ tulathromycin fin-newtrofili u makrofaġi ta’ l-alvejoli. Madankollu, il-livelli ta’ tulathromycin in vivo fil-post ta’ infezzjoni fil-pulmun, mhumiex magħrufa. Wara li ntlaħqu l-ogħla livelli kien hemm tnaqqis bil-mod ta’ Tulathromycin fis-sistema, b’half life ta’ eliminazzjoni (t1/2) mil-plażma li jidher li hu ta’ 91 siegħa. L-ammont abbinat mal-proteini tal-plażma huwa baxx, u bejn wieħed u ieħor huwa ta’ 40%. Il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat stabbli (Vss) ddeterminat wara amministrazzjoni fil-vina, kien ta’ 13.2 L/kg. Il-bijodisponibiltà ta’ tulathromycin wara amministrazzjoni fil-muskolu fil-majjali kienet bejn wieħed u ieħor ta’ 88%.


Fin-nagħaġ, il-profil farmakokinetiku ta’ tulathromycin meta tiġi amministrata f’doża waħda ta’ 2.5 mg/kg piż fil-muskolu, wassal għall-għola livell (Cmax) fil-plażma ta’ 1.19 µg/ml wara bejn wieħed u

ieħor 15-il minuta (Tmax) mid-doża u half life ta’ eliminazzjoni (t


1/2

) ta’ 69.7 siegħa. L-ammont abbinat

mal-proteini tal-plażma kien bejn wieħed u ieħor 60-75%. Il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat stabbli (Vss) iddeterminat wara amministrazzjoni fil-vina, kien ta’ 31.7 l/kg. Il-bijodisponibiltà ta’

tulathromycin wara amministrazzjoni fil-muskolu fin-nagħaġ kienet ta’ 100%.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.


Il-kunjetti ta’ 500 ml m’għandhomx jintużaw fil-majjali u fin-nagħaġ.

FULJETT TA’ TAGĦRIF:

Draxxin 25 mg/ml soluzzjoni għal injezzjoni għal majjali


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve Il-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott: Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve Il-BELĠJU


    jew


    Zoetis Manufacturing & Research Spain, S.L. Ctra. de Camprodón, s/n°

    Finca La Riba Vall de Bianya Gerona 17813 SPANJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Draxxin 25 mg/ml soluzzjoni għal injezzjoni għal majjali.

    Tulathromycin


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Tulathromycin 25 mg/ml

    Monothioglycerol 5 mg/ml


    Soluzzjoni ċara bla kulur għal ftit fl-isfar.


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Trattament u metafilassi tal-marda respiratorja tal-majjali assoċjata ma’ Actinobacillus pleuropneumoniae, Pasteurella multocida, Mycoplasma hyopneumoniae, Haemophilus parasuis u Bordetella bronchiseptica suxxettibbli għal tulathromycin. Il-preżenza tal-marda fil-grupp għanda tiġi stabbilita qabel jintuża l-prodott. Il-prodott mediċinali veterinarju għandu jintuża biss jekk hu mistenni li l-majjali ser jiżviluppaw il-marda fi żmien 2-3-ijiem.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività eċċessiva għal antibijotiċi tal-grupp tal-makrolidi jew ingredjenti oħra.

  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet patomorfoloġiċi (li jinkludu bidliet riversibbli ta’ konġestjoni, edema, fibrożi u emmoraġija) jidhru fil-post tal-injezzjoni bejn wieħed u ieħor għal 30 ġurnata wara l-injezzjoni.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Majjali


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Injezzjoni waħda fil-muskolu tal-għonq ta’ 2.5 mg tulathromycin/kg piż (ekwivalenti għal 1 ml/40 kg piż)


    Għal trattament ta’ majjali ’l fuq minn 40 kg piż, aqsam id-doża biex f’kull post tal-injezzjoni ma jingħatawx aktar minn 4 ml.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Għal kull marda respiratorja huwa rakkomandat li t-trattament jibda fi stadji kmieni tal-mard u l-effett tat-trattament għandu jigi evalwat fi żmien 48 siegħa mill-injezzjoni. Jekk is-sinjali kliniċi ta’ mard respiratorju jibqgħu jidhru jew jiżdiedu, jew il-mard jerga’ jfiġġ, il-trattament għandu jinbidel, b’użu ta’ antibijotiku ieħor, u jibqa’ sejjer sakemm is-sinjali kliniċi jmorru.


    Sabiex tassigura dożaġġ tajjeb, il-piż tal-bhima għandu jittieħed kemm jista’ jkun sewwa sabiex tevita li jingħata dożaġġ baxx. Meta ttaqqab il-kunjett bosta drabi, hu rakkomandat li tuża labra li tħalliha fil-kunjett jew siringa li tesa aktar minn doża waħda sabiex tevita li tagħmel ħafna toqob fit-tapp.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Laħam u interjuri: 13-il ġurnata.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    M’hemmx prekawzjonijiet speċjali sabiex taħżen dan il-prodott mediċinali veterinarju.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data tal-iskadenza murija fuq it-tikketta wara EXP. Żmien li l-prodott jibqa’ tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur: 28 ġurnata

  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijiet speċjali għal kull speċi li għaliha hu indikat il-prodott:

    Reżistenza inkroċjata sseħħ ma’ makrolidi oħra. Tagħtix fl-istess ħin ma’ antimikrobiċi li jaħdmu bl- istess mod, bħalma huma makrolidi oħra jew linkosamidi.


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    L-użu tal-prodott għandu jkun ibbażat fuq testijiet tas-suxxettibilità fuq mikrobi iżolati mill-annimal. Jekk dan ma jkunx possibbli, it-terapija għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni epidemjoloġika lokali (reġjonali, livell tar-razzett) dwar is-suxxettibilità tal-batterji li wieħed irid jolqot. Meta jintuża

    l-prodott għandha tkun ikkunsidrata l-politika uffiċjali nazzjonali u reġjonali dwar l-użu tal-

    antibijotiċi.


    L-użu tal-prodott li jiddevja mill-istruzzjonijiet mogħtija fis-SKP jista’ jkabbar il-prevalenza għal reżistenza tal-batteri għat-tulathromycin u jista’ jnaqqas l-effikaċja tat-trattament b’makrolidi oħra, linkosamidi u streptogramins tal–grupp B, minħabba fil-potenzjal ta’ resistenza nkroċjata.

    Jekk isseħħ reazzjoni ta’ ipersensittività, għandha tingħata kura xierqa minnufih. Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali:

    Tulathromycin tirrita l-għajnejn. F’każ aċċidentali li fih jintlaqtu l-għajnejn, laħlaħ fil-pront b’ilma nadif.


    Tulathromycin tista’ tikkawża sensittività tal-ġilda permezz ta’ kuntatt mal-ġilda li tirriżulta f’pereżempju ħmura tal-ġilda (eritema) u/jew dermatite. F’każ aċċidentali li fih tintlaqat il-ġilda, aħsel fil-pront bis-sapun u bl-ilma.


    Aħsel idejk wara li tużah.


    F’każ li tinjetta lilek innifsek b’mod aċċidentali, fittex parir mediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    Jekk ikun hemm suspett ta’ reazzjoni ta’ sensittività eċċessiva wara esponiment aċċidentali (rikonoxxuta minn pereżempju ħakk, diffikultà fit-teħid tan-nifs, ħorriqija, nefħa fuq il-wiċċ, nawsja, rimettar), għandu jingħata trattament xieraq. Fittex parir mediku mal-ewwel u uri l-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddigħ:

    Studji fil-laboratorju fuq ġrieden u fniek ma rriżultawx f’evidenza ta’ effetti teratoġeniċi, jew effetti li jagħmlu ħsara lill-fetu jew lill-omm. Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u fi żmien il-ħalib. Uża biss skont il-valutazzjoni tal-benefiċċju u r-riskju tal-veterinarju

    responsabbli.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni: Xejn magħruf.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

    F’majjali żgħar ta’ xi 10 kg li ngħataw dożi ta’ tlieta jew ħames darbiet aktar mid-doża terapewtika, kien hemm sinjali li jgħaddu minħabba skumdità fil-post tal-injezzjoni li wassal għal twerżiq eċċessiv u nuqqas ta’ serħan. Meta l-injezzjoni ngħatat fis-sieq ta’ wara, l-annimali dehru jzappu.


    Inkompatibilitajiet:

    Billi m’hemmx studji ta’ inkompatibilitajiet, dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Staqsi lill-kirurgu veterinarju jew lill-ispiżjar tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF



  15. TAGĦRIF IEĦOR


Tulathromycin hija sustanza makrolida semi-sintetika għal kontra l-mikrobi, li toriġina minn prodott ta’ fermentazzjoni. Hija differenti minn ħafna makrolidi oħra billi l-effett tagħha huwa twil, dan minħabba l-fatt li għandha tliet gruppi amini, u għalhekk ġiet imqiegħda fis-sotto-klassi ta’ denominazzjoni kimika ta’ triamilide.


Il-makrolidi huma antibijotiċi batterjostatiċi u jimblokkaw il-bijosintesi ta’ proteini essenzjali billi b’mod selettiv jeħlu mar-ribosomal RNA tal-mikrobi. Huma jaħdmu billi jistimulaw il-qasma tal- peptidyl-tRNA minn mar-ribożoma waqt il-proċess ta’ traslokazzjoni.


Tulathromycin għandha attività in vitro kontra Actinobacillus pleuropneumoniae, Pasteurella multocida, Mycoplasma hyopneumoniae, Haemophilus parasuis u Bordetella bronchiseptica il- mikrobi patoġeniċi li huma l-aktar assoċjati ma’ mard respiratorju tal -majjali. Instabu livelli aktar għoljin fil-konċentrazzjoni inibitorja minima (MIC) f’xi iżolati batterjoloġiċi ta’ Actinobacillus pleuropneumonia.


L-Istitut tal-Istandards Kliniċi u ta-Laboratorju (CLSI) waqqaf breakpoints kliniċi għal tulathromycin kontra P. multocida u B. bronchiseptica ta’ oriġini respiratorja suina bħala ≤16 μg/ml suxxettibbli u ≥64 μg/ml reżistenti. Għal A. pleuropneumoniae ta’ oriġini respiratorja suina il-breakpoint tas-suxxettibiltà huwa ≤64 µg/ml. Il-CLSI ippubblikat ukoll breakpoints kliniċi għal tulathromycin ibbażati fuq metodu ta’ disk diffusion (dokument CLSI VET08, ir-raba’ ed, 2018). M’hemmx breakpoints kliniċi għal H. parasuis. La l-EUCAST u l-anqs il-CLSI ma żviluppaw metodi standard biex jiġu ttestjati sustanzi għal kontra l-batterji kontra speċi veterinarji ta’ Mycoplasma u għalhekk ma twaqqfux kriterji interpretattivi.


Ir-reżistenza għal makrolidi tista’ tiżviluppa permezz ta’ mutazzjonijiet fil-genes li jġorru l-kodiċi ta’ ribosomal RNA (rRNA) jew ta’ xi proteini tar-ribosome; b’modifikazzjoni enżimatiku fit-23S rRNA target site, li ġeneralment iwassal għal reżistenza inkroċjata mal-linkosamidi u streptogramins tal- grupp B (reżistenza MLSB); bit-twaqqif fl-attività permezz tal-enżimi; jew bi ħruġ ta’ makrolidi. Ir- reżistenza MLSB tista’ tkun kostituttiva jew induċibbli. Ir-reżistenza tista’ tkun kromosomali jew plasmid-encoded u tista’ tkun trasferibbli jekk tkun assoċjata ma’ transposons, plażmidi, elementi intergrattivi u konġuntivi. Barra minn hekk, il-plastiċità ġenomika ta’ Mycoplasma tissaħħaħ bit- trasferiment oriżontali ta’ biċċiet kbar ta’ kromożomi.


Flimkien mal-kwalitajiet anitmikrobiċi tulathromycin kellha azzjonijiet ta’ tibdil immunoloġiku u anti- imfjammatorju fi studji sperimentali. F’polymorphonuclear cells (PMNs; neutrophils) tal-majjali, tulathromycin ħeġġet l-apoptożi (mewt ipprogrammat taċ-ċelloli) u t- tneħħija taċ-ċelloli apoptotiċi permezz tal-makrofaġi. Tnaqqas il-produzzjoni tal-medjaturi leukotriene B4 u CXCL-8 li jwasslu

għall-imfjammazzjoni u twassal għall-produzzjoni ta’ anti-inflammatory u pro-resolving lipid lipoxin A4.

Fil-majjali, il-profil farmakokinetiku ta’ tulathromycin meta tingħata f’doża waħda ta’ 2.5 mg/kg piż, fil-muskolu, kien ukoll ikkaratterizzat minn assorbiment estensiv u ta’ malajr segwit minn distribuzzjoni għolja u eliminazzjoni bil-mod. L-għola livell (Cmax) fil-plażma kien bejn wieħed u ieħor ta’ 0.6 μg/ml; dan intlaħaq bejn wieħed u ieħor 30 minuta wara li ingħatat id-doża (Tmax). Il- livelli ta’ tulathromycin f’omoġinat tal-pulmun kienu konsiderevolment għola minn dawk fil-plażma. Hemm evidenza ċara li jkun hemm ħażna ta’ tulathromycin fin-newtrofili u makrofaġi tal-alvejoli. Madankollu, il-livelli ta’ tulathromycin in vivo fil-post ta’ infezzjoni fil-pulmun, mhumiex magħrufa. Wara li ntlaħqu l-ogħla livelli kien hemm tnaqqis bil-mod ta’ Tulathromycin fis-sistema, b’half life ta’ eliminazzjoni (t1/2) mil-plażma li jidher li hu ta’ 91 siegħa. L-ammont abbinat mal-proteini tal-plażma huwa baxx, u bejn wieħed u ieħor huwa ta’ 40%. Il-volum ta’ distribuzzjoni fi stat stabbli (Vss) iddeterminat wara amministrazzjoni fil-vina, kien ta’ 13.2 L/kg. Il-bijodisponibiltà ta’ tulathromycin wara amministrazzjoni fil-muskolu fil-majjali kienet bejn wieħed u ieħor ta’ 88%.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.