Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Thalidomide Celgene (previously Thalidomide Pharmion)
thalidomide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Thalidomide BMS 50 mg kapsuli ibsin

image

thalidomide


TWISSIJA

Thalidomide jikkaġuna mankamenti fit-twelid u mewt tal-fetu. Tiħux thalidomide jekk int tqila

jew tista’ toħroġ tqila. Għandek issegwi l-parir dwar il-kontraċezzjoni li jagħtik it-tabib tiegħek.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Thalidomide BMS u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide BMS

  3. Kif għandek tieħu Thalidomide BMS

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Thalidomide BMS

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Thalidomide BMS u għalxiex jintuża X’inhu Thalidomide BMS

    Thalidomide BMS fih sustanza attiva msejħa thalidomide. Din tappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jaffettwaw kif taħdem is-sistema immuni tiegħek.


    Għalxiex jintuża Thalidomide BMS:

    Thalidomide BMS jintuża ma’ żewġ mediċini oħrajn imsejħa ‘melphalan’ u ‘prednisone’ biex jittratta adulti, b’tip ta’ kanċer imsejjaħ majeloma multipla. Jintuża f’nies li ġew iddijanjostikati dan l-aħħar u li fil-passat qatt ma ngħataw riċetta għal mediċina oħra għal majeloma multipla tagħhom li jkollhom

    65 sena u aktar, jew li jkollhom inqas minn 65 sena li ma jistgħux jiġu kkurati b’doża qawwija ta’ kimoterapija, li tista’ tkun diffiċli ħafna għall-ġisem biex jimmaniġġjaha.


    X’inhi majeloma multipla?

    Il-majeloma multipla hi tip ta’ kanċer li taffettwa ċertu tip ta’ ċellula bajda tad-demm imsejħa ċ-ċellula tal-plażma. Dawn iċ-ċelluli jinġabru fil-mudullun u jiddividu bla kontroll. Dan jista’ jagħmel ħsara

    lill-għadam u lill-kliewi. Il-majeloma multipla ġeneralment ma tistax tiġi kkurata. Madankollu, is-sinjali

    u s-sintomi jistgħu jitnaqqsu bil-kbir jew jgħibu għal perjodu ta’ żmien. Dan jissejjaħ ‘trażżin tal-marda’.


    Kif jaħdem Thalidomide BMS

    Thalidomide BMS jaħdem billi jgħin lis-sistema immuni tal-ġisem u jattakka direttament lill-kanċer. Jaħdem b’numru ta’ modi differenti:

    • billi jwaqqaf liċ-ċelluli tal-kanċer milli jiżviluppaw

    • billi jwaqqaf il-vini milli jikbru ġol-kanċer

    • billi jistimula parti tas-sistema immuni biex tattakka liċ-ċelluli tal-kanċer.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide BMS


    Inti tkun ingħatajt istruzzjonijiet speċifiċi mit-tabib tiegħek, b’mod partikolari dwar l-effetti ta’ thalidomide fuq trabi li għadhom ma twieldux (miġbura fil-qosor fil-Programm ta’ Prevenzjoni ta’ Tqala ta’ Thalidomide BMS).


    Suppost li inti ngħatajt fuljett edukattiv għall-pazjent mit-tabib tiegħek. Aqrah bir-reqqa u imxi mal-istruzzjoni relatati.


    Jekk ma tifhimx sew dawn l-istruzzjonijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jispjegaħhomlok mill-ġdid qabel tieħu thalidomide. Ara wkoll tagħrif aktar f’din is-sezzjoni taħt “Twissijiet u prekawzjonijiet” u “Tqala u treddigħ”.


    Tiħux Thalidomide BMS:

    • jekk int tqila jew taħseb li inti tqila jew qed taħseb biex tinqabad tqila, peress li Thalidomide BMS jikkawża difetti tat-twelid u mewt tal-fetu.

    • jekk tista' tinqabad tqila, ħlief jekk inti tista’ ssegwi jew tkun konformi mal-miżuri kontraċettivi meħtieġa biex ma jħallukx toħroġ tqila (ara sezzjoni 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet” u “Tqala u treddigħ”).

    • jekk tista’ toħroġ tqila, it-tabib tiegħek se jikteb ma’ kull riċetta li l-miżuri neċessarji ttieħdu, u se jagħtik din il-konferma.

    • jekk inti allerġiku għal thalidomide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina mniżżla fis-sezzjoni 6 “Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra”.


      Tiħux Thalidomide BMS jekk xi wieħed minn dawn ta’ fuq japplika għalik. Jekk m’intiex ċert/a, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Thalidomide BMS.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tibda tieħu din il-mediċina fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:


      Għan-nisa li jieħdu Thalidomide BMS

      Qabel tibda t-trattament, inti għandek tistaqsi lit-tabib tiegħek jekk inti tistax tinqabad tqila, anke jekk dan ikun improbabbli. Anki jekk ma jkollokx demm menstrwali wara terapija kontra l-kanċer, inti tista’ toħroġ tqila.

      Jekk inti tista’ tinqabad tqila:

    • It-tabib tiegħek ser jagħmel żgur li inti jkollok testijiet tat-tqala

      • qabel it-trattament

      • kull 4 ġimgħat waqt it-trattament

      • 4 ġimgħat wara li tispiċċa t-trattament

    • Għandek tuża metodu wieħed effettiv ta’ kontraċezzjoni: o għal mill-inqas 4 ġimgħat qabel tibda t-trattament o waqt it-trattament

      • sa mill-inqas 4 ġimgħat wara li twaqqaf it-trattament

        It-tabib tiegħek ser jgħidlek liema metodu ta’ kontraċezzjoni għandek tuża.


        Jekk inti tista’ tinqabad tqila, it-tabib tiegħek jista’ jirrekordja ma’ kull riċetta li l-miżuri meħtieġa hekk kif ġew spjegati fil-qosor hawn fuq, ikunu twettqu.


        Għall-irġiel li jieħdu Thalidomide BMS

        Thalidomide jgħaddi fis-semen. Għalhekk, ma tistax ikollok x'taqsam sesswalment ma' xi ħadd mingħajr protezzjoni, anki jekk tkun saritlek vasektomija.

    • It-tqala u kwalunkwe esponiment matul it-tqala jrid jiġi evitat. Dejjem uża kondom:

      • waqt it-trattament

      • għal mill-inqas 7 ijiem wara li twaqqaf it -trattament.

    • Inti m’għandekx tagħti semen:

      • waqt it-trattament

      • għal mill-inqas 7 ijiem wara li twaqqaf it-trattament


        Għall-pazjenti kollha

        Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Thalidomide BMS jekk:

    • ma tifhimx ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-kontraċezzjoni mogħtija lilek mit-tabib tiegħek jew jekk tħoss li ma tistax issegwi dan il-parir.

    • jekk qatt kellek attakk tal-qalb, jekk fil-passat qatt kellek emboli (biċċiet) ta’ demm magħqud, jew jekk tpejjep, għandek pressjoni tad-demm għolja jew livelli għoljin ta’ kolesterol. Matul il-kura b’Thalidomide BMS ikollok żieda fir-riskju li tiżviluppa emboli tad-demm fil-vini u fl-arterji (ara wkoll sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

    • jekk xi darba kellek jew għandek newropatija, i.e. ħsara fin- nervituri li tikkawża tnemnim, koordinazzjoni mhux normali jew uġigħ f’idejk jew f’saqajk (ara wkoll sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

    • jekk xi darba kellek jew għandek rata ta’ taħbit ta’ qalb bil-mod (din tista’ tkun sintomu ta’ bradikardija).

    • għandek pressjoni tad-demm għolja fl-arterji tal-pulmun (ara wkoll sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

    • għandek tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli tad-demm bojod (newtropenija) akkumpanjat minn deni u infezzjoni.

    • għandek tnaqqis fin-numru tal-plejtlits. Inti se tkun aktar suxxettibbli għal ħruġ ta’ demm u tbenġil.

    • għandek jew kellek ħsara fil-fwied (disturbi tal-fwied) li jinkludu testijiet tal-fwied b’riżultat i mhux normali.

    • għandek jew fil-passat kellek reazzjonijiet tal-ġilda severi msejħa s-sindrome ta’

      Stevens-Johnson, nekrolisi epidermali tossika, jew reazzjoni għall-mediċina b’eosinofilja u sintomi sistemiċi (li hija magħrufa wkoll bħala DRESS jew sindrome ta’ sensittività eċċessiva

      għall-mediċina). (Għal deskrizzjoni tas-sintomi ara sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

    • kellek reazzjoni allerġika waqt li kont qed tieħu Thalidomide BMS, bħal raxx, ħakk, nefħa, sturdament jew problemi biex tieħu n-nifs.

    • qabdek tħeddil.

    • kellek deni, tertir ta’ bard u rogħda severa, u possibbilment dawn kienu kkumplikati minn pressjoni tad-demm baxxa u konfużjoni (dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjonijiet severi).

    • għandek jew qatt kellek infezzjoni virali fil-passat, partikularment varicella zoster, infezzjoni

      bl-epatite B, jew HIV. Jekk ikollok xi dubju, kellem lit-tabib tiegħek. It-trattament b’Thalidomide BMS jista’ jikkawża li l-virus jerġa’ jsir attiv f’pazjenti li jġorru l-virus, u dan jirriżulta

      f’rikorrenza tal-infezzjoni. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja jekk qatt kellek infezzjoni bl-epatite B.

    • għandek problemi tal-kliewi jew fil-fwied (ara wkoll sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).


      Il-funzjoni tat-tirojde tiegħek tista’ tiġi ċċekkjata qabel ma’ tieħu thalidomide u mmonitorjata matul it-trattament.


      Fi kwalunkwe ħin waqt jew wara t-trattament tiegħek, għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih jekk tesperjenza: vista mċajpra, telf tal-vista jew vista doppja, diffikultà biex titkellem, dgħufija fi driegħ jew f’riġel, tibdil fil-mod kif timxi jew problemi bil-bilanċ tiegħek, tnemnim persistenti, sensazzjoni mnaqqsa jew telf ta’ sensazzjoni, telf ta’ memorja jew konfużjoni. Dawn kollha jistgħu jkunu sintomi ta’ kundizzjoni serja u potenzjalment fatali tal-moħħ magħrufa bħala lewkoenċefalopatija multifokali progressiva (PML). Jekk kellek dawn is-sintomi qabel it-trattament b’Thalidomide BMS, għid lit-tabib tiegħek dwar kwalunkwe tibdil f’dawn is-sintomi.


      It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja jekk għandekx ammont totali għoli ta’ tumur ġo ġismek kollu, li jinkludi l-mudullun. Dan jista’ jwassal għal kundizzjoni fejn it-tumuri jitkissru u jikkawżaw livelli mhux

      tas-soltu ta’ kimiċi fil-ġisem li jistgħu jwasslu għal insuffiċjenza tal-kliewi (din il-kundizzjoni tissejjaħ

      Sindrome tal-Lisi tat-Tumur) (ara wkoll sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).

      It-tabib tiegħek għandu jevalwa jekk tiżviluppa tipi addizzjonali ta’ tumuri malinni ematoloġiċi (imsejħa lewkimja majelojde akuta u sindromi majelodisplastiċi) waqt it-trattament tiegħek b’Thalidomide BMS (ara wkoll sezzjoni 4 “Effetti sekondarji possibbli”).


      Inti m’għandekx tagħti d-demm waqt it-trattament b’Thalidomide BMS u għal mill-inqas 7 ijiem wara li tkun waqaft mit-trattament.


      Jekk inti m’intiex żgur jekk xi wieħed minn dak imsemmi hawn fuq japplikax għalik, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Thalidomide BMS.


      Tfal u adolexxenti

      Thalidomide BMS mhux rakkomandat għall-użu fi tfal u żgħażagħ li m’għalqux it-18-il sena.


      Mediċini oħra u Thalidomide BMS

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini miksuba mingħajr riċetta, li jinkludu mediċini magħmulin mill-ħaxix.


      Ara li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu kwalunkwe mediċini li:

    • jikkawżaw ħedla peress li thalidomide jista’ jħarrax l-effetti tagħhom. Dawn jinkludu sedattivi (bħal anxiolytics, mediċini ipnotiċi, mediċini antipsikotiċi, antistamini H1, derivattivi ta’ opiate u barbiturates).

    • ibaxxu r-rata ta’ taħbit tal-qalb (bradikardija indotta, bħal anti-cholinesterases u imblokkaturi beta).

    • jintużaw għal problemi tal-qalb u kumplikazzjonijiet (bħal digoxin), jew għat-traqqiq tad-demm (bħal warfarin).

    • jkunu assoċjati ma’ newropatija bħal trattamenti oħrajn għal kanċer.

    • jintużaw għal kontraċezzjoni.


      Thalidomide BMS ma’ ikel, xorb u alkoħol

      M’għandekx tieħu alkoħol meta qed tieħu Thalidomide BMS. Dan minħabba li alkoħol jista’ iħeddlek u Thalidomide BMS jista’ jagħmlek aktar bi ngħas.


      Tqala u treddigħ

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Tqala

      Thalidomide jikkaġuna mankamenti severi jew mewt fit-tarbija mhix mwielda.

    • Saħansitra kapsula waħda meħuda minn mara tqila tista’ tikkaġuna mankamenti serji fuq it-tarbija.

    • Dawn il-mankamenti jistgħu jinkludu driegħ jew riġlejn mqassra, idejn jew riġlejn malformati, difetti fl-għajnejn jew fil-widnejn u problemi bl-organi interni

      Jekk inti tqila inti m’għandekx tieħu Thalidomide BMS. Barraminhekk, inti m’għandekx tinqabad tqila

      waqt li qed tieħu Thalidomide BMS.


      Għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni jekk inti mara li tista’ tinqabad tqila (ara sezzjoni 2, “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide BMS”).


      Għandek twaqqaf it-trattament u tinforma lit-tabib minnufih jekk:

    • Taqbeż jew taħseb li qbiżt pirjid jew jekk għandek demm menstrwali mhux tas-soltu, jew qed tissuspetta li inti tqila.

    • Inti jkollok x’taqsam ma’ persuna tas-sess oppost mingħajr ma tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni.

      Jekk toħroġ tqila matul it-trattament b’thalidomide, int trid twaqqaf it-trattament u tavża lit-tabib tiegħek minnufih.

      Għall-irġiel li jieħdu Thalidomide BMS li għandhom partner mara li tista’ tinqabad tqila, jekk jogħġbok ara sezzjoni 2 “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide BMS”. Jekk is-sieħba tiegħek toħroġ tqila waqt li int qed tieħu thalidomide, int għandek tavża lit-tabib tiegħek minnufih.


      Tre ddi għ

      Treddax waqt li tkun qed tieħu Thalidomide BMS għax mhux magħruf jekk thalidomide jgħaddix fil-ħalib tas-sider uman.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      M’għandekx issuq jew tuża kwalunke għodda jew inġenji jekk tħoss xi effetti kollaterali, bħal stordament, għeja, ngħas jew vista mċajpra.


  3. Kif għandek tieħu Thalidomide BMS


    Dejjem għandek tieħu Thalidomide BMS skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Kemm għandek tieħu

    Id-doża rakkomandata hija ta’ 200 mg (4 kapsuli x 50 mg) kuljum għal adulti li jkollhom 75 sena u anqas jew 100 mg (2 x 50 mg kapsuli) kuljum għal adulti li jkollhom iktar minn 75 sena. Madankollu

    t-tabib tiegħek ser jagħżillek id-doża, jimmonitorja l-progress tiegħek u għandu mnejn jaġġusta d-doża

    tiegħek. It-tabib tiegħek ser jgħidlek kif tieħu Thalidomide BMS u għal kemm żmien trid tibqa’ tieħdu (ara sezzjoni 2, “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide BMS”).


    Thalidomide BMS jittieħed kuljum f’ċikli ta’ trattament, kull ċiklu jdum 6 ġimgħat, flimkien ma' melphalan u prednisone li jittieħdu fil-ġranet 1 sa 4 ta' kull ċiklu ta' sitt ġimgħat.


    Kif għandek tieħu din il-mediċina

    • Tkissirx, tiftaħx u tomgħodx il-kapsuli. Jekk it-trab minn kapsula miksura ta’ Thalidomide BMS imiss mal-ġilda, aħsel il-ġilda immedjatament u bir-reqqa bis-sapun u bl-ilma.

    • Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, il-persuni li jieħdu ħsieb il-pazjenti, u l-familjari għandhom jilbsu ingwanti li jintremew meta jmissu l-folja jew il-kapsula. L-ingwanti mbagħad għandhom jitneħħew b’attenzjoni biex jiġi evitat li tiġi esposta l-ġilda, jitpoġġew f’borża tal-plastik

      tal-polyethylene li tista’ tiġi ssiġillata u jintremew skont il-liġijiet lokali. Imbagħad għandhom

      jaħslu idejhom sew bis-sapun u l-ilma. Nisa tqal jew li jissusspettaw li huma tqal m’għandhomx

      imissu l-folja jew il-kapsula

    • Ħu din il-medċina mill-ħalq

    • Ibla’ l-kapsula sħiħa b’tazza mimlija bl-ilma

    • Tkissirix jew tomgħodha

    • Ħu l-kapsuli bħala doża waħda qabel tmur fis-sodda. Dan jagħmilha anqas probabbli li tħossok bi ngħas f’ħinijiet oħra.


      Biex tneħħi l-kapsula mill-folja, agħfas ’il barra tarf wieħed biss tal-kapsula biex tgħaddiha minn ġol-fojl. Tagħfasx fuq iċ-ċentru tal-kapsula, għax dan jista’ jikkawża li din tinqasam.


      image

      Jekk tieħu aktar Thalidomide BMS milli suppost

      Jekk tieħu aktar Thalidomide BMS milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek jew mur l-isptar minnufih. Jekk hu possibbli, hu l-pakkett tal-mediċina u dan il-fuljett miegħek.


      Jekk tinsa tieħu Thalidomide BMS

      Jekk tinsa tieħu Thalidomide BMS, fil-ħin regolari tiegħek u

    • għaddew inqas minn 12-il siegħa: ħu l-kapsuli tiegħek minnufih.

    • għaddew aktar minn 12-il siegħa: tiħux il-kapsuli tiegħek. Ħu l-kapsuli tiegħek li jmiss fil-ħin tas-soltu fil-ġurnata ta’ wara.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’din il-mediċina:


    Tibqax tieħu Thalidomide BMS u ara tabib minnufih jekk tinduna b’ xi effetti sekondarji minn dawk li ġejjin – għandek mnejn ikollok bżonn trattament mediku urġenti:

    • Reazzjonijiet tal-ġilda intensi u serji ħafna. Ir-reazzjoni avversa tal-ġilda tista’ tidher bħala raxxijiet bi jew mingħajr infatet. Jistgħu jseħħu irritazzjoni tal-ġilda, feriti jew nefħa fil-ħalq, fil-gerżuma, fl-għajnejn, fl-imnieħer u madwar il-ġenitali, edema u deni u sintomi bħal

      tal-influwenza. Dawn is-sintomi jistgħu jkunu sinjali tar-reazzjonijiet tal-ġilda rari u serji, is-sindrome ta’ Stevens-Johnson, nekrolisi epidermali tossika jew is-sindrome DRESS.

    • Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx b’ħakk lokalizzat jew mal-ġisem kollu, anġjoedema u reazzjoni anafilattika (tipi serji ta’ reazzjoni allerġika li jistgħu jimmanifestaw irwieħhom bħala ħorriqija, raxx, nefħa fl-għajnejn, il-ħalq jew il-wiċċ, diffikultà biex tieħu n-nifs, jew ħakk).


      Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinduna b’xi wieħed mill-effeti sekondarji serji li ġejjin:


    • Tirżih, tnemnim, koordinazzjoni annormali jew uġigħ fl-idejn u s-saqajn.

      Dan jista’ jkun dovut għal ħsara fin-nervituri (li tissejjaħ ‘newropatija periferali’), li hu effett sekondarju komuni ħafna. Dan jista jsir sever ħafna, iweġġa’ u jikkawża diżabilità. Jekk ikollok

      sintomi bħal dawn, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament, billi hu jista' jnaqqas id-doża jew

      iwaqqaf il-kura. Dan l-effett sekondarju ġeneralment iseħħ jekk tkun ilek tieħu din il-mediċina għal diversi xhur imma tista’ tiġri aktar kmieni minn hekk. Din tista’ isseħħ f’xi waqt wara li jkun waqaf it-trattament. Jista’ ma jmurx jew imur bil-mod.

    • Uġigħ f’daqqa fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs.

      Dan jista’ jkun dovut għal emboli tad-demm fl-arterji li jwasslu għal pulmun (li tissejjaħ ‘emboliżmu pulmonari’), li hu effett sekondarju komuni. Dan jista’ jseħħ waqt it-trattment jew

      wara li t-trattment ikun intemm.

    • Uġigħ jew nefħa f’riġlejk, speċjalment fil-parti ta’ isfel ta’ saqajk jew fil-pexxun.

      Dan jista’ jkun dovut għal emboli tad-demm fil-vini ta’ riġlejk (trombożi profonda tal-vina) li huwa effett sekondarju komuni. Din tista’ sseħħ waqt it-trattament, jew wara li t-trattament ikun

      waqaf.

    • Uġigħ fis-sider li jinfirex lejn id-dirgħajn, l-għonq, ix-xedaq, id-dahar jew l-istonku, tħoss li għandek l-għaraq u tkun bla nifs, tħossok imdardar jew tirremetti.

      Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ attakk tal-qalb/infart mijokardijaku (li jista’ jkun minħabba emboli tad-demm fl-arterji ta’ qalbek).

    • Issibha bi tqila tara jew titkellem, li hi ħaġa temporanja.

      Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ aċċessjoni (li tista’ tkun ikkaġunata minn embolu f’arterja f’moħħok).

    • Deni, tertir ta’ bard, uġigħ fil-griżmejn, sogħla, ulċeri tal-ħalq jew kwalunkwe sintomi oħrajn ta’ infezzjoni.

    • Ħruġ ta’ demm jew tbenġil fl-assenza ta’ feriti. Effetti sekondarji oħra jinkludu:

      Hu importanti li tinnota li numru żgħir ta’ pazjenti b’majeloma multipla jistgħu jiżviluppaw tipi addizzjonali ta’ kanċer, speċjalment tumuri malinni ematoloġiċi, u hu possibbli li dan ir-riskju jista’ jiżdied bil-kura b’Thalidomide BMS; għalhekk it-tabib tiegħek għandu jevalwa bir-reqqa l-benefiċċju u r-riskju meta tingħata riċetta għal Thalidomide BMS.


      Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’10)

    • Stitikezza.

    • Tħossok stordut.

    • Ngħas, tħossok għajjien.

    • Rogħda (tkexkiex).

    • Tnaqqis fis-sensazzjoni jew sensazzjoni mhux normali (disastesija).

    • Nefħa fl-idejn u fis-saqajn.

    • Għadd baxx ta’ ċelloli fid-demm. Dan għandu mnejn ifisser li x’aktarx ser tiżviluppa infezzjonijiet. It-tabib tiegħek għandu mnejn jimmonitorja l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek matul it-trattament b’Thalidomide BMS.


      Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’10)

    • Indiġestjoni, tħossok ma tiflaħx (dardir), tħossok marid (remettar), ħalq xott.

    • Raxx, ġilda xotta.

    • Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod (newtropenija) flimkien ma’ deni u infezzjoni.

    • Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli tad-demm ħomor u bojod u plejtlits fl-istess ħin (panċitopenija).

    • Tħossok debboli, jaqbdek ħass ħażin jew ma tħossokx sod fuq saqajk, nuqqas ta’ enerġija jew saħħa, pressjoni baxxa tad-demm.

    • Deni, tħossok ma tiflaħx.

    • Konvulżjonijiet.

    • Rasek qed tħossha ddur madwarek, jagħmilha diffiċli li toqgħod bil-wieqfa u timxi b’mod normali.

    • Vista mċajpra.

    • Infezzjoni fis-sider (pnewmonja), mard tal-pulmun.

    • Il-qalb tħabbat bil-mod, insuffiċjenza tal-qalb.

    • Depressjoni, konfużjoni, bidliet fil-burdata, ansjetà.

    • Tnaqqis fis-smigħ jew tittarrax.

    • Mard tal-kliewi (insuffiċjenza renali).


      Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’100)

    • Infjammazzjoni u nefħa fit-tubi tal-pulmuni tiegħek (bronkite).

    • Infjammazzjoni taċ-ċelloli li jinsabu fir-riti tal-istonku.

    • Toqba f’parti mill-musrana l-kbira tiegħek (kolon) li tista’ tikkaġuna infezzjoni.

    • Imblukkar fl-imsaren.

    • Tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwieqfa, li tista’ twassal għal ħass ħażin.

    • Irregolaritajiet tat-taħbit tal-qalb (imblokk tal-qalb jew fibrillazzjoni atrijali), tħoss li se jħossok ħażin jew iħossok ħażin.


      Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima tal-frekwenza mid-data disponibbli):

    • Tajrojd li mhux attiv kemm suppost (ipotajrojdiżmu).

    • Nuqqas ta’ ħajra sesswali, pereżempju impotenza.

    • Infezzjoni severa tad-demm (sepsis) akkompanjata minn deni, tertir ta’ bard u rogħda severa u possibbilment ikkumplikata minn pressjoni tad-demm baxxa u konfużjoni (xokk settiku).

    • Sindrome tat-Tkissir tat-tumur - kumplikazzjonijiet metaboliċi li jistgħu jseħħu waqt il-kura tal-kanċer u xi kultant anki mingħajr il-kura. Dawn il-kumplikazzjonijiet huma kkawżati

      mill-prodotti li jifdal minn ċelluli tal-kanċer li jkunu qed imutu, u jistgħu jinkludu dawn li ġejjin: tibdil fil-kimika tad-demm; livell għoli ta’ potassju, fosfru, uric acid, u livell baxx ta’ kalċju, li

      konsegwentement iwassal għal tibdil fil-funzjoni tal-kliewi, tat-taħbit tal-qalb, puplesiji, u xi kultant il-mewt.

    • Ħsara fil-fwied (disturb tal-fwied) li tinkludi riżultati mhux normali tat-testijiet tal-fwied.

    • Ħruġ ta’ demm mill-istonku jew mill-imsaren (emorraġija gastrointestinali).

    • Aggravament tas-sintomi tal-marda ta’ Parkinson (bħal rogħda, dipressjoni jew konfużjoni).

    • Uġigħ fin-naħa ta’ fuq taż-żaqq u/jew fid-dahar, li jista’ jkun sever u li jippersisti għal ftit jiem, possibbilment akkompanjat minn dardir, rimettar, deni u rata mgħaġġla tal-polz − dawn

      is-sintomi jistgħu jkunu minħabba infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite).

    • Żieda fil-pressjoni tad-demm fil-vini/arterji li jfornu l-pulmun, li tista’ twassal għal qtugħ ta’ nifs, għeja, sturdament, uġigħ fis-sider, taħbit ta’ qalb aktar mgħaġġel, jew nefħa fis-saqajn jew

      fl-għekiesi (pressjoni għolja pulmonari).

    • Infezzjonijiet virali, li jinkludu herpes zoster (magħrufa wkoll bħala “ħruq ta’ Sant’Antnin”, marda virali li tikkawża raxx fil-ġilda bl-uġigħ u bl-infafet) u r-rikorrenza tal-infezzjoni bl-epatite B (li jistgħu jikkawżaw sfurija tal-ġilda u l-għajnejn, awrina ta’ kulur kannella skur, uġigħ

      fl-istonku fuq in-naħa tal-lemin, deni u li tħossok imdardar jew li tirremetti).

    • Kundizzjoni tal-moħħ b’sintomi li jinkludu tibdil fil-vista, uġigħ ta’ ras, aċċessjonijiet, u konfużjoni, bi jew mingħajr pressjoni għolja tad-demm (Sindrome ta’ Enċefalopatija Posterjuri Riversibbli jew PRES, Posterior Reversible Encephalopathy Syndrome).

    • Kundizzjoni li taffettwa l-ġilda kkawżata minn infjammazzjoni ta’ vini tad-demm żgħar, flimkien ma’ wġigħ fil-ġogi u deni (vaskulite lewkoċitoklastika).


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

      direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta

      l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Thalidomide BMS


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kard tal-kartiera u l-folja wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Tużax din il-mediċina jekk tinnota kwalunkwe ħsara jew sinjali ta’ tbagħbis. Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

    Fi tmiem it-trattament tiegħek inti trid tirritorna l-kapsuli mhux użati kollha għand l-ispiżjar jew it-tabib. Dawn il-miżuri ser jimpedixxu l-użu ħażin.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Thalidomide BMS

Kif jidher Thalidomide BMS u l-kontenut tal-pakkett

Thalidomide BMS huma kapsuli bojod iebsa mmarkati “Thalidomide BMS 50 mg”. Il-kapsuli jiġu f’kards tal-kartiera li fihom 28 kapsula (2 folji ta’ 14-il kapsula kull waħda).


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG Plaza 254

Blanchardstown Corporate Park 2 Dublin 15, D15 T867

L-Irlanda


Manifattur

Celgene Distribution B.V. Orteliuslaan 1000

3528 BD Utrecht

L-Olanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

għall-Mediċini: . Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.