Exforge
amlodipine, valsartan
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Exforge u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Exforge
Kif għandek tieħu Exforge
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Exforge
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Il-pilloli Exforge fihom żewġ sustanzi li jissejjħu amlodipine u valsartan. Dawn iż-żewġ sustanzi t- tnejn li huma jgħinu sabiex tkun kontrollata l-pressjoni għolja tad-demm.
Amlodipine huwa membru ta’ grupp ta’ sustanzi li jissejjħu “imblokkaturi tal-kanali ta’
calcium”. Amlodipine jwaqqaf lil calcium milli jidħol fill-ħajt ta’ ġewwa tal-vini u dan ma jħallix lill-vini tad-demm jingħafsu.
Valsartan huwa membru ta’ grupp ta’ sustanzi li jissejħu “antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin
II”. Angiotensin II jiġi iffurmat mill-ġisem u jġiegħel il-vini jingħafsu, u għalhekk jgħolli l- pressjoni tad-demm. Valsartan jaħdem billi jimblokka l-effett ta’ angiotensin II.
Dan ifisser li dawn iż-żewġ sustanzi jgħinu biex iwaqqfu lill-vini tad-demm milli jingħafsu. B’hekk, il-vini jintreħew u l-pressjoni tad-demm titbaxxa.
Exforge jintuża sabiex jikkura l-pressjoni għolja f’adulti li jkollhom il-pressjoni li ma tkunx qed tiġi kontrollata tajjeb biżżejjed b’amlodipine jew valsartan waħidhom.
jekk inti allerġiku għal amlodipine jew għal kwalunkwe imblukkatur tal-kanali tal-kalċju ieħor.
Dan jista’ jinvolvi ħakk, ħmura tal-ġilda jew tbatija biex tieħu n-nifs.
jekk inti allerġiku għal valsartan jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6). Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Exforge.
jekk għandek problemi severi tal-fwied jew problemi tal-bajl bħal ċirrożi tal-marrara jew
kolestażi.
jekk inti għandek aktar minn 3 xhur tqala. (Huwa aħjar ukoll li tevita Exforge fil-bidu tat-tqala, ara s-sezzjoni dwar it-Tqala).
jekk għandek pressjoni baxxa severa (ipotensjoni).
jekk għandek tidjiq tal-valvola tal-aorta (stenożi tal-aorta) jew xokk kardjoġeniku (kundizzjoni fejn il-qalb ma tkunx kapaċi tipprovdi demm biżżejjed lill-ġisem).
jekk tbati minn insuffiċjenza tal-qalb wara attakk tal-qalb.
jekk għandek id-dijabete jew funzjoni tal-kliewi indebolita u qed tiġi kkurat b’mediċina li tbaxxi l-pressjoni tad-demm li fiha aliskiren.
Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Exforge:
jekk kont ma’ tiflaħx (rimettar jew dijarea).
jekk għandek problemi tal-fwied jew tal-kliewi.
jekk kellek trapjant tal-kliewi jew jekk l-arterji tal-kliewi djiequlek.
jekk għandek problema tal-glandoli renali li tissejjaħ “iperaldosteroniżmu primarja”.
jekk kellek insuffiċjenza tal-qalb jew kellek attakk tal-qalb. Segwi bir-reqqa l-istruzzjoni tat- tabib tiegħek rigward id-doża tal-bidu. It-tabib tiegħek jista’ wkoll jivverifika l-funzjoni tal-
kliewi tiegħek.
jekk it-tabib qallek li l-valvoli ta’ qalbek djiequ (magħrufa bħala “stenożi tal-aorta” jew “mitrijali”) jew jekk il-ħxuna tal-muskolu ta’ qalbek kibret aktar minn-normal (magħrufa bħala
“kardjomijopatija ipertrofika ostruttiva”).
jekk ħassejt nefħa, b’mod partikolari tal-wiċċ u tal-griżmejn, meta ħadt mediċini oħra (inkluż inibituri tal-enzimi li jikkonvertu l-angiotensin). Jekk tħoss dawn is-sintomi, waqqaf Exforge u kkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih. Qatt ma għandek terġa’ tieħu Exforge.
jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad- demm għolja:
inibitur ta’ ACE (pereżempju enalapril, lisinopril, ramipril), b’mod partikulari jekk għandek problemi tal-kliewi relatati mad-dijabete.
aliskiren.
It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassju) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.
Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Exforge”.
L-użu ta’ Exforge fi tfal u adolexxenti mhuwiex rakkomandat (età taħt it-18-il sena).
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża tiegħek u/jew jieħu prekawzjonijiet oħrajn. F’xi każi
jista’ jkun li jkollok twaqqaf xi wieħed mill-mediċini. Dan jgħodd l-aktar għall-mediċini elenkati hawn taħt:
inibituri ta’ ACE jew aliskiren (ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestaturi “Tiħux Exforge” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”);
dijuretiċi (tip ta’ mediċina magħrufa bħala ukoll bħala “tal-pipì” li żżid l-ammont ta’ awrina li
tagħmel;
lithium (mediċina li tintuża biex tikkura d-dipressjoni);
dijuretiċi li jfaddlu potassju, supplimenti ta’ potassju, melħ tal-ikel għal min ibati bil-pressjoni li jkun fih potassju u sustanzi oħra li jistgħu iżidu l-livelli ta’ potassju;
ċertu tipi ta’ mediċini kontra l-uġigħ msejħa mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi
(NSAID’s) jew inibituri selettivi ta’ cyclooxygenase-2 (inibituri ta’ COX-2). It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja wkoll il-funzjoni tal-kliewi tiegħek;
pilloli kontra l-konvulżjonijiet (eż carbamazepine, phenobarbital, phenytoin, fosphenytoin, primidone);
St. John’s wort;
nitroglycerin u nitrati oħra, jew sustanzi oħra magħrufin bħala “vażodilaturi”;
mediċini li jintużaw għall-HIV/AIDS (eż. ritonavir, indinavir, nelfinavir);
mediċini li jintużaw għall-kura ta’ infezzjonijiet tal-moffa (eż ketoconazole, itraconazole);
mediċini li jintużaw għall-kura ta' infezzjonijiet batterjali (bħal rifampicin, erythromycin, clarithromycin, telithromycin);
verapamil, diltiazem (mediċini tal-qalb);
simvastatin (mediċina użata għall-kontroll ta' livelli għoljin ta' kolersterol);
dantrolene (infużjoni għal anormalitajiet severi fit-temperatura tal-ġisem);
mediċini użati għall-protezzjoni kontra rifjut ta' trapjant (ciclosporin).
Grejpfrut u meraq tal-grejpfrut ma għandhomx jiġu kkunsmati minn nies li jkunu qegħdin jieħdu
Exforge. Dan minħabba li l-grejpfrut u l-meraq tal-grejpfrut jistgħu jwasslu għal żieda tas-sustanza attiva amlodipine fil-livelli tad-demm, u dan jista' jikkawża żieda mhux imbassra fl-effett ta' Exforge ta' tbaxxija tal-pressjoni tad-demm.
Tqala
Għid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li jista’ jkun li ħriġt tqila (jew qed tippjana li toħrog tqila). It-tabib tieghek normalment javżak biex tieqaf tieħu Exforge qabel ma toħroġ tqila jew malli tkun taf li inti
tqila u se jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflokk Exforge. Exforge mhux irrakkomandat fil- bidu tat-tqala (l-ewwel 3 xhur), u m’għandux jittieħed meta jkollok aktar minn 3 xhur tqala, minħabba
li jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.
Treddigħ
Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew se tibda tredda’ dalwaqt. Amlodipine jgħaddix intwera li jgħaddi fil-ħalib tas-sider f’ammonti żgħar. Exforge mhuwiex irrakkomandat għal ommijiet li qed
ireddgħu u t-tabib jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk inti tixtieq tredda’, speċjalment meta t-tarbija tiegħek tkun għadha titwield, jew tkun twieldet qabel iż-żmien.
Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.
Din il-mediċina tista’ tisturdik. Dan jista’ jaffettwa kemm tikkonċentra tajjeb. Għalhekk, jekk m’intix
ċert kif din il-mediċina ser teffettwak, m’għandekx issuq, tuża magni, jew tagħmel attivitajiet li għandhom bżonn konċentrazzjoni.
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju. Dan ser jgħinek sabiex tikseb l-aqwa riżultati u tnaqqas ir-riskju ta’ effetti sekondarji.
Id-doża ta’ Exforge li ssoltu tingħata hija pillola waħda kuljum.
Ikun ippreferut li tieħu l-mediċina tiegħek fl-istess ħin kuljum.
Ibla’ l-pilloli b’tazza ilma.
Tista’ tieħu Exforge ma’ l-ikel jew mingħajr ikel. Tiħux Exforge ma' grejpfrut jew ma' meraq tal-grejpfrut.
Skond kif ikun ir-rispons tiegħek għall-kura, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerixxi doża ogħla jew aktar baxxa.
Taqbiżx id-doża li jordnawlek.
It-tabib għandu jkun kawtel meta jżid id-dożaġġ.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Jekk ħadt iżżejjed mill-pilloli Exforge, jew jekk xi ħadd ieħor ħa l-pilloli tiegħek, ħu parir tat-tabib
tiegħek mill-ewwel.
Jekk tinsa’ tieħu din il-mediċina, ħudha malli tiftakar. Mbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin tas-soltu.
Iżda, jekk ikun kważi wasal il-ħin tad-doża li jmiss, aqbeż id-doża li tkun insejt. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.
Li twaqqaf il-kura tiegħek b’Exforge jista’ jwassal biex il-marda tiegħek tmur għall-agħar. Tieqafx
tieħu l-mediċina tiegħek sakemm ma jgħidlekx biex tagħmel hekk it-tabib tiegħek
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.
Numru żgħir ta’ pazjenti kellhom dawn l-effetti sekondarji serji (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn
persuna 1 f’ 1,000). Jekk ikollok xi wieħed milli ġejjin, għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel: Reazzjoni allerġika b’sintomi bħal raxx, ħakk, nefħa tal-wiċċ jew xofftejn jew ilsien, tbatija biex tieħu n-nifs, pressjoni tad-demm baxxa (tħoss ħass ħażin ġej, rasek ħafifa).
Komuni (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’ 10): Influwenza (flu); imnieħer miżdud, uġigħ fil-grieżem u tbati biex tibla’; uġigħ ta’ ras; nefħa tad-driegħ, idejn, riġlejn, għekiesi jew saqajn; għeja; asthenia (debbulizza); ħmura u fawra tal-wiċċ u/jew tal-għonq.
Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’100): Sturdament; tqallih u uġigħ addominali; ħalq xott; tħeddil, tingiż jew jorqdulek idejk jew saqajk; vertigo; qalb tħabbat mgħaġġla
bil-palpitazzjonijiet; sturdament meta tqum bil-wieqfa; sogħla; dijarea; stitikezza; raxx tal-ġilda, ħmura tal-ġilda; nefħa tal-ġogi, uġigħ fid-dahar; uġigħ fil-ġogi.
Rari (jistgħu jaffettwaw mhux aktar minn persuna 1 f’1,000): Tħossok fuq ix-xwiek, tisfir fil-widnejn (żanżin tal-widnejn); jħossok ħażin; tgħaddi aktar awrina mis-soltu jew tħoss li għandek bżonn tgħaddi aktar awrina; ma jkunx jista’ jkollok jew iżomm erezzjoni; tħossok tqil; taqalek il-presjoni tad-demm b’sintomi bħal sturdament, rasek ħafifa; tgħereq b’mod eċċessiv; raxx tal-ġilda ma’ ġismek kollu; ħakk; spażmi fil-muskoli.
Amlodipine
Tħarħir għal għarrieda, uġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs jew diffikultà fit-teħid tan-nifs.
Nefħa fil-kpiepel tal-għajnejn, il-wiċċ jew ix-xofftejn.
Nefħa fl-ilsien u l-gerżuma li tikkawża diffikultà kbira biex tieħu n-nifs.
Reazzjonijiet severi tal-ġilda fosthom raxx qawwi fil-ġilda, ħorriqija, ħmura fil-ġilda fuq ġismek kollu, ħakk qawwi, infafet, tqaxxir u nefħa fil-ġilda, infjammazzjoni tal-membrani mukużi
(Sindrome ta’ Stevens Johnson, nekroliżi epidermali tossika) jew reazzjonijiet allerġiċi oħra.
Attakk tal-qalb, taħbita abnormali tal-qalb.
Infjammazzjoni fil-frixa li tista’ tikkawża wġigħ qawwi addominali u fid-dahar akkumpanjat b’sensazzjoni ta’ mard kbir.
Kienu rrappurtati l-effetti sekondarji li ġejjin. Jekk xi wieħed minnhom joħloqlok problemi jew jekk idumu għal iżjed minn ġimgħa, inti għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek.
Komuni (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’ 10): Sturdament, ngħas; palpitazzjonijiet (tħoss it-taħbita tal-qalb tiegħek); fwawar, nefħa fl-għekiesi (edema); uġigħ addominali, tħossok imdardar (nawsja).
Mhux komuni (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’ 100): Bidliet fil-burdata, ansjetà, dipressjoni, nuqqas ta’ rqad, rogħda, togħma abnormali, ħass ħażin, telf tas-sensazzjoni tal-uġigħ; disturbi viżwali, nuqqas ta’ vista, żanżin fil-widnejn; pressjoni baxxa tad-demm; għatis/imnieħer iqattar ikkawżati minn infjammazzjoni fir-rita tal-imnieħer (rinite); indiġestjoni, rimettar (tkun imdardar); twaqqigħ tax-xagħar, żieda fl-għaraq, ġilda tieklok, tidnis tal-ġilda; disturb biex tagħmel l- awrina, żieda fil-bżonn li tagħmel l-awrina billejl, żieda fin-numru ta’ drabi li tagħmel l-awrina; nuqqas ta’ kapaċità li jkollok erezzjoni, skonfort jew tkabbir tas-sider fl-irġiel, uġigħ, tħossok ma tiflaħx, uġigħ fil-muskoli, bugħawwieġ fil-muskoli; żieda jew tnaqqis fil-piż.
Rari (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’ 1,000): Konfużjoni.
Rari ħafna (jista’ jaffettwa mhux aktar minn persuna 1 f’ 10,000): Tnaqqis fin-numru ta’ ċelloli bojod tad-demm, tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm li jista’ jwassal għal tbenġil mhux tas-soltu jew
fsada malajr (ħsara fiċ-ċelloli ħomor tad-demm); zokkor żejjed fid-demm (ipergliċemija); nefħa fil- ħanek, nefħa addominali (gastrite); funzjoni abnormali tal-fwied, infjammazzjoni tal-fwied (epatite), sfura fil-ġilda (suffejra), żieda fl-enzimi tal-fwied li jista’ jkolIha effett fuq xi testijiet mediċi; żieda fit-
tensjoni tal-muskoli; infjammazzjoni fil-vini u l-arterji, ħafna drabi b’raxx fil-ġilda, sensittività għad- dawl; disturbi li jikkombinaw riġidità, rogħda, u/jew disturbi fil-moviment.
Valsartan
Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tkun stmata mid-data disponibbli): Tnaqqis ta’ ċelloli ħomor fid-demm, deni, uġigħ fil-gerżuma jew ulċeri fil-ħalq minħabba infezzjonijiet; fsada jew tbenġil spontanju; livell għoli ta’ potassju fid-demm; riżultati tat-testijiet tal-fwied mhux normali; funzjonijiet tal-kliewi mnaqqsa u funzjonijiet tal-kliewi mnaqqsa b’mod sever; nefħa l-aktar tal-wiċċ u l-gerżuma; uġigħ fil-muskoli; raxx, marki żgħar tondi ħomor jagħtu fil-vjola; deni; ħakk; reazzjoni allerġika; infafet fil-ġilda (sinjal ta’ kondizzjoni msejħa dermatite bl-infafet).
Jekk tħoss xi wieħed minn dawn, għid lit-tabib tiegħek mill-ewwel.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji
direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-
mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.
Tuża l-ebda pakkett ta’ Exforge li jkun danneġġat jew li juri sinjali ta’ tbagħbis.
Is-sustanzi attivi ta’ Exforge huma amlodipine (bħala amlodipine besylate) u valsartan. Kull pillola
fiha 5 mg amlodipine u 80 mg valsartan.
Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline; crospovidone (type A); silica, colloidal anhydrous; magnesium stearate; hypromellose (sostituzzjoni tip 2910 (3 mPa.s)); macrogol 4000; talc, titanium dioxide (E171); iron oxide, yellow (E172).
Is-sustanzi attivi ta’ Exforge huma amlodipine (bħala amlodipine besylate) u valsartan. Kull pillola
fiha 5 mg amlodipine u 160 mg valsartan.
Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline; crospovidone (type A); silica, colloidal anhydrous; magnesium stearate; hypromellose (sostituzzjoni tip 2910 (3 mPa.s)); macrogol 4000; talc, titanium dioxide (E171); iron oxide, yellow (E172).
Is-sustanzi attivi ta’ Exforge huma amlodipine(bħala amlodipine besylate) u valsartan. Kull pillola fiha 10 mg amlodipine u 160 mg valsartan.
Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline; crospovidone (type A); silica, colloidal anhydrous; magnesium stearate; hypromellose (sostituzzjoni tip 2910 (3 mPa.s)); macrogol 4000; talc, titanium dioxide (E171); iron oxide, yellow (E172), iron oxide, red (E172).
Exforge 5 mg/80 mg pilloli huma tondi u sofor skuri b’ “NVR” fuq naħa u “NV” fuq in-naħa l-oħra. Daqs approssimattiv: dijametru 8.20 mm.
Exforge 5 mg/160 mg pilloli huma ovali u sofor skuri b’ “NVR” fuq naħa u “ECE” fuq in-naħa l-oħra. Daqs approssimattiv: 14.2 mm (tul) x 5.7 mm (wisa’).
Exforge 10 mg/160 mg pilloli huma ovali u sofor ċari b’ “NVR” fuq naħa u “UIC” fuq in-naħa l-oħra. Daqs approssimattiv: 14.2 mm (tul) x 5.7 mm (wisa’).
Exforge jiġi f’pakketti li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 56, 90, 98 jew 280 pillola u pakketti b’ħafna li jinkludu 4 kartuniet, kull wieħed fih 70 pillola, jew 20 kartuna, kull waħda b’14 –il pillola. Il-pakketti kollha huma disponibbli b’folji standard; barra minn hekk il-pakketti b’56, 98 u 280 pillola huma disponibbli f'folji ipperforati li jinqasmu f’dożi uniċi.
Mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jistgħu jkunu għall-bejgħ f’pajjiżek.
Novartis Europharm Limited
Vista Building
Elm Park, Merrion Road Dublin 4
L-Irlanda
Novartis Farma S.p.A.
Via Provinciale Schito 131 80058 Torre Annunziata (NA)
L-Italja
Novartis Farmacéutica S.A.
Gran Via de les Corts Catalanes, 764 08013 Barcelona
Spanja
Novartis Pharma GmbH Roonstraße 25
D-90429 Norimberga Il-Ġermanja
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
SIA Novartis Baltics Lietuvos filialas Tel: +370 5 269 16 50
Novartis Bulgaria EOOD Тел.: +359 2 976 98 28
Novartis s.r.o.
Tel: +420 225 775 111
Novartis Healthcare A/S Tlf: +45 39 16 84 00
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +356 2122 2872
Novartis Pharma GmbH Tel: +49 911 273 0
Novartis Pharma B.V. Tel: +31 88 04 52 111
SIA Novartis Baltics Eesti filiaal Tel: +372 66 30 810
Novartis Norge AS Tlf: +47 23 05 20 00
Novartis (Hellas) A.E.B.E. Τηλ: +30 210 281 17 12
Novartis Pharma GmbH Tel: +43 1 86 6570
Novartis Farmacéutica, S.A. Tel: +34 93 306 42 00
Novartis Poland Sp. z o.o. Tel.: +48 22 375 4888
Novartis Pharma S.A.S. Tél: +33 1 55 47 66 00
Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A. Tel: +351 21 000 8600
Novartis Hrvatska d.o.o. Tel. +385 1 6274 220
Novartis Pharma Services Romania SRL Tel: +40 21 31299 01
Novartis Ireland Limited Tel: +353 1 260 12 55
Novartis Pharma Services Inc. Tel: +386 1 300 75 50
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Novartis Farma S.p.A. Tel: +39 02 96 54 1
Novartis Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200
Novartis Pharma Services Inc. Τηλ: +357 22 690 690
Novartis Sverige AB Tel: +46 8 732 32 00
SIA Novartis Baltics Tel: +371 67 887 070
Novartis Ireland Limited Tel: +44 1276 698370