Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Incurin
Estriol


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT

Incurin pillola ta’milligramma


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TA’ L-AWTORIZZAZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TA’ L- AWTORIZZAZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI, JEKK HUWA DIFFERENTI


    <Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq <u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott>:>

    INTERVET INTERNATIONAL B.V WIM DE KORVERSTRAAT 35 5831 AN BOXMEER

    OLANDA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Pilloli Incurin ta’ milligramma

    Estriol


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA ATTIVA U SUSTANZI OĦRA


    Sustanza attiva :Estriol 1mg / pillola Pinnoli tondi b’sinjal wieħed fin nofs.


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Trattament ta’ inkontinenza dipendenti fuq l-ormoni fi klieb femminili, minħabba sfinkter li m’għadux tajjeb.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fi klieb nisa li ma ġewx operati, minħabba li l-effikaċja tal-prodott ġiet stabbilita biss f’kelbat li saritilhom ovarjo-isterektomija.

    Klieb li juru sintomi ta’ għatx u urinar kontinwu m’għandhomx jiġu trattati bl-Incurin.

    L-użu tal-Incurin ma għandux jintuża waqt it-tqala, treddigħ jew f’annimali ta’anqas minn sena.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Effetti ħfief estroġeniċi, bħal vulva u sider minfuħ, namra żejda u remettar ġew osservati fl-ogħla doża ta 2 mg kull kelb. Dawn l- effetti huma riversibbli wara li titnaqqas id-doża. Sintomi ta’ dardir ġew osservati f’xi klieb. Minnħabba li l-proprjetajiet estroġeni jaħdmu farmakoloġikament għal żmien qasir, Incurin ma jnaqqas fl-attivita tal-mudullun tal-għadam fil-klieb.

    F’każi rari, ġieli kien hemm telf ta’ demm mill-vaġina. F’każi rari , telf ta’ pil ġie osservat ukoll.

    Jekk tinnota x’effett gravi mhux mixtieq jew x’effetti oħra mhux imsemmija f’dan il fuljett, informa lil veterinarju.


  7. SPEĊI GĦAL X'HIEX HUWA NDIKAT


    Klieb

  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI u l-metodu ta’ amministrazzjoni


    Incurin jingħata mill-ħalq darba kuljum.


    Ir-relazzjoni bejn doża finali effettiva u l-piż tal-kelba għadu ma ġiex stabbilit u għalhekk id- doża trid tiġi determinata individwalment għal kull kelba.


    Din l-iskema ta’ dożaġġi hija rakkomandata: ibda t-trattament b’pillola waħda (milligramma ta’ estriol) kuljum. Jekk it- trattament jaħdem naqqas id-doża bin-nofs. Jekk it-trattament ma jaħdimx, żid id-doża ghal 2 pinnoli f’salt kuljum. Xi klieb ma jkollhomx bżonn trattament ta’ kuljum; tista’

    tipprova titratta ġurnata iva u ġurnata le, ladarba d-doża effettiva tkun ġiet stabbilita.


  9. PARIRI DWAR AMMIINISTRAZZJONI KORETTA


    Mhux applikabbli.


  10. ŻMIEN TA' TIŻMIM


    Mhux applikabbli


  11. Tagħrif speċjali dwar kif għandu jinħazen


    Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal. Taħżinx f'temperaturi ogħla minn 30°Ċ

    Ma għandux jintuża wara d-data ta’l-iskadenza indikata fuq it-tiketta.


  12. Twissijiet speċjali.


    Dożi għolja ta’ estroġeni, jistgħu jikkawżaw tumuri f’organi li jaħdmu fuqhom l-estroġeni (bħal fis- sider).

    F’kazi ta’ dożi eċċessivi se jkun hemm effetti tipiċi estroġeniċi. Dawn l-effetti huma riversibbli meta d-doża titnaqqas


  13. Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi tal-mediċina mhux użata jew materjal ta’ skart ieħor derivat mill-użu tal-prodott jekk ikun hemm.


    Saqsi lil veterinarju dwar kif tarmi mediċini li ma għadx hemm bżonnhom. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu fil-ħarsien tal-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Kull strixxa fiha 30 pillola. Kull strixxa hija ppakjata f’kaxxa tal-kartun.


Estriol huwa estroġenu naturali li jaħdem għal żmien qasir. Għandu effett tajjeb fuq inkontinenza

fi klieb femminili li jbatu minn din l-kundizzjoni.Il-mediċina tilħaq konċentrazzjoni stabbli fid-demm wara t-tieni ġurnata ta’trattament li ma takkumulax wara dożi ripetuti. Minnħabba li- estriol jaħdem farmakoloġikament għal żmien qasir ma jikkawżax tnaqqis fl-attivita tal-mudullun tal-ghadam fil- klieb.


Għal kull tip ta’informazzjoni fuq dan il-prodott veterinarju, agħmel kuntatt mar- rappreżentat lokali tas Sid tal-Awtorizzazzjoni tal Kummerċ.

.