Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Clopidogrel Teva (hydrogen sulphate)
clopidogrel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Clopidogrel Teva 75 mg pilloli miksija b’rita

clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti

għalik.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Clopidogrel Teva u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Teva

  3. Kif għandek tieħu Clopidogrel Teva

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Clopidogrel Teva

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Clopidogrel Teva u għalxiex jintuża


    Clopidogrel Teva fih clopidogrel u jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets. Plejtlets huma partijiet żgħar ħafna fid-demm, li jinġemġħu flimkien waqt li jkun qed jagħqad id- demm. Il-prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets jilqgħu għal dan u jnaqqsu l-possibbiltajiet li jiffurmaw ċapep tad-demm (proċess imsejjaħ trombożi).


    Clopidogrel Teva jittieħed minn adulti biex inaqqas ir-riskju li jifformaw ċapep tad-demm (trombi) fl-arterji mwebbsin (arterji), proċess imsejjaħ aterotrombosi, li jista’ jwassal għal konsegwenzi aterotrombotiċi (bħal puplesija, attakk tal-qalb, jew mewt)


    Ingħatajt Clopidrogel Teva biex jitnaqqas ir-riskju li jifformaw ċapep tad-demm u l-konsegwenzi severi

    tagħhom għaliex:

    • Għandek kundizzjoni fejn l-arterji tiegħek qegħdin jibbiesu (magħrufa wkoll bħala aterosklerożi), u

    • Kellek attakk tal-qalb, puplesija jew kundizzjoni magħrufa bħala mard periferali arterjali, jew

    • Kellek uġigħ sever f’sidrek magħruf bħala anġina mhux stabbli jew infart mijokardijaku (attakk ta’ qalb). Għatt-trattament ta’ din il-kundizzjoni t-tabib tiegħek seta’ poġġa stent fl’ arterja li nstaddet jew li djieqet biex iċ-ċirkolazzjoni effettiva tad-demm tiġi restawrata.. Inti tista’ wkoll tingħata mit-tabib tiegħek acetylsalicylic acid ( sustanza li tinsab f’ħafna mediċini u li tintuża biex ittaffi l-uġigħ u tniżżel id-deni kif ukoll biex tippreveni li jifformaw ċapep ta’ demm).

    • Kellek sintomi ta’ puplesija li jgħaddu f’perijodu qasir ta’ żmien ( magħruf ukoll bħala attakk

      iskemiku momentanju) jew puplesija iskemika li kienet ħafifa fis-severità tagħha. Tista’ tingħata wkoll

      acetylsalicylic acid mit-tabib tiegħek fi żmien l-ewwel 24 siegħa.

    • Għandek il-qalb li qiegħda tħabbat b’mod irregolari, kundizzjoni li tissejjaħ ‘fibrillazzjoni atrijali’ u ma tistax tieħu mediċini magħrufa bħala ‘antikoagulanti orali’ (mediċini li jaħdmu kontra l-vitamina K), li ma jħallux li jifformaw ċapep ġodda tad-demm u ma jħallux capep tad-demm li diġà fformaw milli jikbru. Għandhom ikunu qalulek li għal din il-kundizzjoni ‘l-antikoagulanti orali’ huma aktar effettivi milli acetylsalicylic acid jew mit-teħid flimkien ta’ Clopidrogel Teva u acetylsalicylic acid. It- tabib tiegħek għandu jkun għamillek riċetta għal Clopidrogel Teva u acetylsalicylic acid jekk ma tkunx tista’ tieħu ‘l-antikoagulanti orali’. u m’għandekx riskju ta’ fsada maġġura.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Teva


    Tiħux Clopidogrel Teva:

    • Jekk inti allerġiku għal clopidogrel jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

    • Jekk tbati minn mard sever tal-fwied.

    • Jekk qed tbati minn kundizzjoni oħra li qed tikkaġina emorraġija bħal ulċrta fl-istonku.


      Jekk taħseb li xi wieħed minn dawn japplika għalik, jew jekk m’intix żgur, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Clopidrogel Teva.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tibda tieħu Clopidrogel Teva:


    • jekk tinsab f’riskju ta’ fsada bħal

      - kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ fsada interna (bħal ulċera fl-istonku)

      • disturb fid-demm li jwassal għal fsada interna (dmija f’xi tessuti, organi jew ġogi ta’ ġismek);

      • ferita serja riċenti;

        • operazzjoni riċenti (anki tas-snien);

        • operazzjoni li ser issirlek (anki tas-snien) fis-sebat ijiem li ġejjin.


    • Kellek xi embolu f’arterja ta’ moħħok (piplesija iskemika) li seħħet fl-aħħar sebat ijiem

    • Jekk tbati minn mard tal-fwied jew tal-kliewi.

    • Jekk kellek xi allerġija jew reazzjoni għal kwalunkwe mediċina użata fil-kura tal-marda tiegħek.

    • jekk kellek storja ta’ passat mediku t’emorraġija fil-moħħ li ma kinitx minħabba xi trawma.


      Waqt li qed tieħu Clopidrogel Teva:

    • Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk hemm intevent kirurġiku (anke jekk ikun dentali) ippjanat.

    • Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek minnufih ukoll jekk tiżviluppa kundizzjoni medika (li hi magħrufa wkoll bħala Purpura Tromboċitopenika Trombotika jew TTP) li tinkludi deni u tbenġila taħt il-ġilda li jista’ jidher bħala dbabar ħomor irqaq, bi jew mingħajr għeja kbira mhux spjegabbli, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew l-għajnejn (suffejra) (ara s-sezzjoni 4 dwar Effetti sekondarji possibbli).

    • Jekk taqta’ jew tweġġa’ lilek innifsek, jista’ jkun li l-fsada ddum aktar mis-soltu biex tieqaf. Dan hu

      marbut mal-mod kif taħdem il-mediċina tiegħek peress li tevita li jiffurmaw emboli tad-demm. Għal qtugħ minuri u ferrimenti eż., meta taqta’ lilek nnifsek waqt li qed tqaxxar, dan ġeneralment mhux ta’ tħassib. Madankollu, jekk inti mħasseb dwar il-fsada tiegħek, għandek tikku8ntattja lit-tabib tiegħek minnufih (ara s-sezzjoni 4 Effetti sekondarji possibbli).

    • It-tabib tiegħek għandu mnejn jordna testijiet tad-demm.


      Tfal u adolexxenti

      Tagħtix din il-mediċina lit-tfal għax ma taħdimx


      Mediċini oħra u Clopidrogel Teva

      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Xi mediċini oħra jistgħu jeffettwaw l-użu ta’Clopidrogel Teva u viċi-versa.


      Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu

      • mediċini li jistgħu jżidu r-riskju li inti jkollok xi fsada bħal:

        • sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini użati biex iraqqu d- demm,

        • mediċina anti-infjammatorja li mhijiex sterojde, normalment użata biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew

          kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,

        • l-eparina jew xi mediċina oħra li tiġi injettata biex tnaqqas il-koagulazzjoni tad-demm,

        • ticlopidine, sustanza oħra kontra l-plejtlits,

        • inibitur selettiv tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin (li jinkludi iżda mhux limitat għal fluoxetine jew fluvoxamine), mediċini li ssoltu jintużaw fil-kura tad-dipressjoni,

        • rifampicin (użat fit-trattament ta’ infezzjonijiet severi)

      • omeprazole jew esomeprazole, mediċini li jittrattataw it-taqlib fl-istonku.

      • fluconazole jew voriconazole, mediċini użati għal kura ta’ infezzjonijiet minħabba moffa.

      - efavirenz, jew mediċini oħra antiretrovirali għat-trattament tal-infezzjonijiet mill-HIV (virus tal-

      immunodefiċjenza umana),

      • carbamazepine, mediċina għat-trattament ta’ xi forom tal-epilessija,

      • moclobemide, mediċini li jikkuraw id-dipressjoni,

      • repaglinide, mediċina għat-trattament tad-dijabete,

      • paclitaxel, mediċina għat-trattament tal-kanċer,

      • opjodi: waqt li qed/a tirċievi trattament b’clopidogrel, għandek tinforma lit-tabib tiegħek qabel ma tingħata riċetta għal xi opjod (użat għat-trattament ta’ wġigħ sever),

      • rosuvastatin (użat biex inaqqas il-livell tiegħek ta’ kolesterol).


        Jekk ħassejt uġigħ qawwi f’sidrek (anġina mhux stabbli jew attakk tal-qalb), attakk iskemiku momentanju jew puplesija iskemika ħafifa fis-severità tagħha, jista’ jingħatalek Clopidrogel Teva flimkien ma’ acetylsalicylic acid, sustanza inkorporata f’ħafna mediċini użati biex itaffu l-uġigħ u jnaqqsu d-deni. L-użu ta’ kultant ta’ acetylsalicylic acid (ta’ mhux aktar minn 1000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema , iżda l-użu fit-tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.


        Clopidogrel Teva ma’ ikel u xorb

        Clopidogrel Teva jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru.


        Tqala u treddigħ

        Ikun aħjar li ma tiħux din il-mediċina waqt it-tqala


        Jekk inti tqila, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal- ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. Jekk tinqabad tqila waqt li qed tieħu Clopidogrel Teva, ikkonsulta minnufih mat-tabib tiegħek peress li hu rakkomandat li ma tieħux clopidogrel meta tkun tqila.


        M’għandekx tredda’ waqt li qed tieħu din il-mediċina.

        Jekk qed tredda’ jew qed taħseb biex tredda’, għarraf lit-tabib qabel tibda tieħu din il-mediċina.


        Sewqan u tħaddim ta’ magni

        Clopidogrel Teva m’għandux jaffettwa s-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.


        Clopidogrel Teva fih lactose

        Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu

        dan il-prodott mediċinali.


        Clopidogrel Teva fih sodium

        Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull pillola, jiġifieri essenzjalment ‘ħieles mis- sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Clopidogrel Teva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata, li tinkludi pazjenti bi kundizzjoni msejħa ‘fibrillazzjoni atrijali’ (il-qalb tħabbat b’mod irregolari) hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg ta’ Clopidogrel Teva kuljum, meħuda mill-ħalq b’tazza ilma, ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt u fl-istess ħin kull jum.

    Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina instabbli jew attakk tal-qalb), it-tabib jista’ jagħtik 300 mg jew

    600 mg ta’ Clopidrogel Teva (pillola 1 jew 2 ta’ 300 mg jew 4 jew 8 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tal-kura. Wara, id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg Clopidrogel Teva kuljum kif imsemmi hawn fuq.


    Jekk kellek sintomi ta’ puplesija li jgħaddu f’perijodu qasir ta’ żmien ( magħruf ukoll bħala attakk iskemiku momentanju) jew puplesija iskemika li kienet ħafifa fis-severità tagħha, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik 300 mg ta’ Clopidogrel Teva (4 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tat-trattament. Imbagħad, id-doża rrakkomandata

    hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg ta’ Clopidogrel Teva kuljum kif deskritt aktar ’il fuq flimkien ma’ acetylsalicylic acid għal 3 ġimgħat. Imbagħad it-tabib se jagħmillek riċetta għal jew Clopidogrel Teva waħdu jew acetylsalicylic acid waħdu.


    Għandek tieħu Clopidrogel Teva sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.


    Jekk tieħu Clopidogrel Teva aktar milli suppost

    Għarraf lit-tabib jew mur fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’ fsada .


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Teva

    Jekk tinsa tieħu doża ta’ Clopidogrel Teva, imma tiftakar fi żmien 12-il siegħa mill-ħin tas-soltu tiegħek, ħu

    l-pillola minnufih imbagħad ħu l-pillola li jmiss fil-ħin li teħodha s-soltu.


    Jekk tinsa tieħu d-doża għal aktar minn 12-il siegħa, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin tas- soltu. Tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għall-pillola li tkun insejt tieħu.


    Għad-daqs tal-pakkett ta’ 28x1 pilloli, tista’ tiċċekkja il-jum meta l-aħħar li ħadt il-pillola ta’ Clopidogrel

    Teva billi tirreferi għal kalendarju stampat fuq il-folja.


    Jekk tieqaf tieħu Clopidogrel Teva

    M’għandekx tieqaf tieħu t-trattament sakemm jgħidlek tagħmel hekk it-tabib tiegħek. Ikkuntattja t-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel twaqqaf.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

    • jitlagħlek id-deni, ikollok sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

    • sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat jew le ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala tikek ħomor irqaq u/jew konfużjoni (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u Prekawzjonijiet’ ).

    • nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxxijiet u ħakk, infafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta' reazzjoni allerġika.


    L-aktar effett kollaterali komuni rapportat bi Clopidrogrel Teva hu l-emorraġija. Sintomi ta’ emorraġija jistgħu jseħħu bħala emorraġija fl-istonku jew l-imsaren, tbenġil, ematoma (ġeneralment fsada jew tbenġil taħt il-ġilda), l-imnieħer jinfaraġ jew demm fl-awrina. t-tbenġil, ematoma (ġeneralment emorraġija jew tbenġil taħt il-ġilda), l-imnieħer jinfaraġ, emorraġija fl-istonku jew fl-imsaren jew demm fl- urina. F’għadd żgħir ta’ każijiet, emorraġija fl-għajn, ġewwa r-ras, il-pulmun jew il-ġogi ġew rapportati wkoll.


    Jekk tesperjenza emorraġija fuq perijodu ta’ żmien twil, waqt li qed tieħu Clopidrogel Teva

    Jekk taqta’ jew tferri lilek nnifesk, jista’ jkun li d-demm jieħu ftit aktar ħin mis-soltu biex jieqaf joħroġ. Dan hu marbut mal-mod kif il-mediċina tiegħek taħdem. Għal qtugħ żgħir u ferrimenti (eż. qtugħ ta’ meta tqaxxar) m’għandekx tinkwieta. Madankollu, jekk għandek xi dubju, l-emorraġija ssir serja jew jekk ikollok emorraġija f’partijiet mhux mistennija ta’ ġismek, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u Prekawzjonijiet’)


    Effetti kollaterali oħra jinkludu:

    Effetti oħra komuni (li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10): Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew ħruq ta’ stonku.


    Effetti mhux komuni (li jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100)

    Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, tqalligħ, stitikezza, ħafna gass fl-iskonku jew fl-imsaren, raxx,

    ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna)

    Vertiġini, tkabbir tas-sider fl-irġiel.


    Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna)

    Suffejra; uġigħ addominali qawwi flimkien ma' jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet fin-nifs kultant assoċjati mas-sogħla; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati ( per eżempju, sensazzjoni ta’ sħana ma’ ġismek kollu b’skonfort ġenerali f’daqqa sakemm tħossok ħażin); nefħa fil-ħalq; infafet fil-ġilda; reazzjoni allerġika fil-ġilda; uġigħ fil-ħalq (stomatite); tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ fil-ġogi; uġigħ muskolari; tibdil fit-togħma ta’ l-ikel jew ma tibqax ittiegħem l-ikel.


    Effetti sekondarji bi frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli): Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva b’uġigħ fis-sider jew fl-addome, sintomi persistenti ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm.


    Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jinduna b’xi tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew ta’ l-awrina

    tiegħek.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’AppendiċiV. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Clopidogrel Teva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna, il-flixkun jew il-folja, wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet speċjali ta’ ħażna. Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi sinjali visibli ta’ deterjorament

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif

    għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Clopidogrel Teva


Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Jekk jogħġbok innota li l-istruzzjonijiet dwar kif tneħħi l-pillola mill-folja qed jingħataw fuq il-kartuna ta’ barra tal-folji li jitqaxxru.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq: Teva B.V.,

Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda


Manifattur:


TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen, L-Ungerija


Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren Il-Ġermanja


Balkanpharma Dupnitsa AD 3 Samokovsko Shosse Str., Dupnitsa 2600,

Il-Bulgarija

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg

TEVA GmbH

Allemagne/Deutschland Tél/Tel: +49 73140208


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070


España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L. Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Finland Oy Finnland

Sími: +358 201805900

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l.

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Tel: +39 028917981 Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar Α.Β.Ε.Ε.


Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.


.