Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Exalief
eslicarbazepine acetate

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Exalief 400 mg pilloli


Eslicarbazepine acetate


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Exalief u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tieħu Exalief

  3. Kif għandek tieħu Exalief

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

  5. Kif taħżen Exalief

  6. Aktar tagħrif


  1. X’INHU EXALIEF U GĦALXIEX JINTUŻA


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Exalief jappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħin anti-epilettiċi li jintużaw biex jikkuraw l-epilessija, kundizzjoni fejn xi ħadd ikollu aċċessjonijiet irreppetuti jew puplesija.


    Exalief jintuża f’pazjenti adulti li diġà qed jieħdu mediċini anti-epilettiċi oħrajn u għadhom jesperjenzaw aċċessjonijiet li jeffettwaw parti mill-moħħ (aċċessjoni parzjali). Dawn l-aċċessjonijiet jistgħu jew ma jistgħux ikunu segwiti minn aċċessjoni li teffettwa l-moħħ kollu (ġeneralizzazzjoni sekondarja).


    Exalief ingħata lilek mit-tabib tiegħek biex inaqqslek in-numru ta’ aċċessjonijiet.


  2. QABEL MA TIEĦU EXALIEF


    Tiħux Exalief jekk inti:

    • allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għas-sustanza attiva (eslicarbazepine acetate), għal xi derivattivi carboxamide oħrajn (ngħidu aħna, carbamazepine jew oxcarbazepine, mediċini użati biex jikkuraw l-epilessija) jew għal xi sustanzi oħrajn

    • issofri minn ċertu tip ta’ disturb fir-rittmu tal-qalb (sadd atrijoventrikolari (AV) tat-tieni jew tat-tielet grad)


      Oqgħod attent ħafna b’Exalief

      Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

    • għandek raxx, problemi biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs, nefħa fix-xufftejn, fil-wiċċ, gerżuma jew ilsien. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.

    • inti ssofri minn konfużjoni, aggravar ta’ puplesiji jew tnaqqis fil-konoxxenza li jistgħu jkunu sinjali ta’

      livelli baxxi ta’ melħ fid-demm


      Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk:

    • għandek problemi fil-kliewi. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża. Exalief mhuwiex rakkomandat f’pazjenti b’mard sever tal-kliewi.

    • għandek problemi fil-fwied. Exalief mhuwiex rakkomandat f’pazjenti b’mard sever tal-fwied.

    • qed tieħu xi mediċina li tista’ tikkawża anormalità fuq ECG (elettrokardjogramma) imsejħa intervall PR miżjud. Jekk inti m’intix ċert jekk il-mediċini li qed tieħu jista’ jkollhom dan l-effett, iddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

    • inti ssofri minn mard tal-qalb bħal kollass tal-qalb jew attakk tal-qalb.

    • issofri minn attakki ta’ puplesija li jibdew b’disċarġ elettriku mifrux li jinvolvi liż-żewġ naħat tal- moħħ


      Exalief jista’ jġiegħlek tħossok stordut u/jew imħeddel, partikolarment fil-bidu tal-kura. Oqgħod attent ħafna meta tieħu Exalief biex tevita korriment aċċidentali (waqgħat).


      Numru żgħir ta’ nies li qed jiġu kkurati b’anti-epilettiċi kellhom ħsibijiet li jweġgħu jew joqtlu lilhom infushom. Jekk f’xi ħin ikollok dawn il-ħsibijiet, meta tkun qed tieħu Exalief, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.


      Tfal

      Exalief ma għandux jingħata lil tfal u adoloxxenti.


      Meta tieħu mediċini oħra

      • Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu phenytoin (mediċina użata biex tikkura l-epilessija) peress lid-doża tiegħek tista’ teħtieġ li tkun aġġustata.

      • Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu carbamazepine (mediċina użata għall-kura tal-epilessija) għax id- doża tiegħek jista’ jkollha bżonn li tiġi aġġustata u l-effetti sekondarji li ġejjin ta’ Exalief jistgħu jseħħu bi frekwenza ogħla: tara doppju, koordinament mhux normali u sturdament.

      • Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu simvastatin (mediċina li tintuża biex tbaxxi il-livelli tal-kolesterol), għax id-doża tiegħek jista’ jkollha bżonn li tiġi aġġustata.

      • Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu l-mediċina warfarin li traqqaq id-demm.

        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      • Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu antidepressanti triċikliki ngħidu aħna, amitriptyline.

      • Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu kontraċettivi ormonali/orali. Exalief jista’ jagħmel kontraċettivi ormonali bħal pillola kontraċettiva inqas effettiva. Għaldaqstant huwa rrakkomandat li tuża forom oħrajn ta’ kontraċezzjoni sikura u effettiva meta tieħu Exalief sat-tmiem taċ-ċiklu menstrwali attwali wara li twaqqaf il-kura.

      • Tiħux oxcarbazepine (mediċina użata biex tikkura l-epilessija) ma’ Exalief, minħabba li mhuwiex magħruf jekk huwiex perikoluż li tieħu dawn il-mediċini flimkien.


        Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta. Dan għalli jista’ jkun xi wħud minnhom jinterferixxu ma’ kif jaħdem Exalief jew fil-każ Exalief jinterferixxi mal-effett tagħhom.


        Meta tieħu Exalief ma’ l-ikel u max-xorb

        Il-pilloli Exalief jistgħu jittieħdu mal-ikel kif ukoll mhux mal-ikel.


        Tqala u treddigħ

        Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk inti tqila jew jekk qed tippjana li toħroġ tqila. Waqt tqala, għandek tieħu Exalief biss jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel dan.


        Ir-riċerka wriet riskju miżjud ta’ difetti mat-twelid fi tfal ta’ nisa li jkunu qegħdin jieħdu mediċini kontra l-epilessija. Min-naħa l-oħra, kura kontra l-epilessija ma għandhiex tiġi interrotta minħabba li l-aggravar tal-marda jagħmel ħsara kemm lill-omm kif ukoll lit-tarbija mhux imwielda.


        Treddagħx waqt li qed tieħu Exalief. Mhuwiex magħruf jekk jgħaddix għal ġol-ħalib tas-sider. Ara s-sezzjoni ‘Meta tieħu mediċini oħra’ għal parir dwar il-kontraċeżżjoni.

        Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


        Sewqan u tħaddim ta’ magni

        Exalief jista’ jġiegħlek tħossok sturdut, imħedel u jaffettwalek il-vista, partikolarment fil-bidu tal-kura. Jekk jiġrilek hekk, issuqx u tużax għodda jew magni.


  3. KIF GĦANDEK TIEĦU EXALIEF


    Dejjem għandek tieħu Exalief skond il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Adulti

    Hemm żewġ reġimi ta’ iddożar għall-adulti:


    Doża meta tibda l-kura

    400 mg doża darba kuljum għal ġimgħa jew għal ġimagħtejn, qabel iżżid għad-doża ta’ manteniment. It- tabib tiegħek jiddeċiedi jekk għandekx tingħata din id-doża għal ġimgħa waħda jew għal ġimagħtejn.


    Doża ta’ manteniment

    Id-doża ta’ manteniment tas-soltu hija 800 mg darba kuljum.

    Id-doża tiegħek tista’ tiżdied għal 1200 mg darba kuljum, jiddependi fuq kif inti tirrispondi għal Exalief.


    Anzjani (età aktar minn 65 sena)

    Jekk inti anzjan it-tabib tiegħek jiddeċiedi d-doża addattata għalik.


    Pazjenti bi problemi tal-kliewi

    Jekk għandek problemi tal-kliewi ġeneralment tingħata doża iktar baxxa ta’ Exalief. It-tabib tiegħek jaħdimlek id-doża korretta għalik. Exalief mhuwiex rakkomandat jekk inti għandek problemi serji fil-kliewi.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Pazjenti bi problemi tal-fwied

    Id-doża hija l-istess għall-adulti. Madankollu, Exalief mhuwiex rakkomandat jekk għandek problemi serji tal-fwied. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek jekk m’intiex ċert dwar id-doża li suppost qed tieħu.


    Metodu u rotta ta’ mnejn jingħata Ibla’ l-pillola ma’ tazza ilma.


    Jekk tieħu Exalief aktar milli suppost

    Jekk aċċidentalment tieħu iktar Exalief milli suppost, għid lit-tabib jew mur fid-dipartiment tal-aċċidenti u emerġenza immedjatament. Ħu il-pakkett tal-mediċina miegħek. Dan sabiex it-tabib ikun jaf x’ħadt.


    Jekk tinsa tieħu Exalief

    Jekk tinsa tieħu pillola, ħudha kif tiftakar u kompli bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Jekk tieqaf tieħu Exalief

    Tieqafx tieħu l-pilloli f’daqqa. Jekk tagħmel hekk, tkun fil-periklu ta’ iktar aċċessjonijiet. It-tabib tiegħek jiddeċiedi għal kemm għandek tieħu Exalief. Jekk it-tabib tiegħek jiddeċiedi li jwaqqaf il-kura tiegħek b’Exalief, normalment, id-doża tiegħek titnaqqas gradwalment. Huwa importanti li l-kura tiegħek titkompla kif avżat mit-tabib tiegħek jew inkella s-sintomi tiegħek jistgħu jmorru għall-agħar.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-prodott, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU


    Bħal kull mediċina oħra, Exalief jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

    L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jkunu serji ħafna. Jekk tesperjenzahom waqqaf Exalief u għid tabib jew mur l-isptar immedjatament, peress li tista’ teħtieġ kura medika urġenti:

    • Raxx, problemi biex tibla’ u bit-teħid tan-nifs, nefħa ta’ xufftejk, wiċċek, gerżumtek jew ilsienek. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ reazzjoni allerġika


      Il-frekwenza ta’ effetti sekondarji possibbli elenkati hawn taħt huwa definit permezz tal-konvenzjoni li ġejja: komuni ħafna (jaffettwa aktar minn utent 1 minn kull 10)

      komuni (jaffettwa utent 1 sa 10 minn kull 100)

      mhux komuni (jaffettwa utent 1 sa 10 minn kull 1,000) rari (jaffettwa utent 1 sa 10 minn kull 10,000)

      rari ħafna (jaffettwa inqas minn utent 1 minn kull 10,000)


      Effetti sekondarji komuni ħafna huma:

    • Tħossok sturdut jew bi ngħas


      Effetti sekondarji komuni huma:

    • Tħossok se taqgħa jew ikollok sensazzjoni ta’ tidwir jew li qed tgħum

    • Tħossok imdardar jew tirimetti

    • Uġigħ ta’ ras

    • Dijarea

    • Tara doppju jew imċajpar

    • Diffikultà fil-konċentrazzjoni

    • Tħossok bla enerġija jew għajjien

    • Ċaqliq

    • Guffaġni

    • Raxx fil-ġilda

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Tirżiħ u tnemmil fl-idejn u s-saqajn


      Effetti sekondarji mhux komuni huma:

    • Sensittività eċċessiva

    • Taħrix tal-aċċessjonijiet

    • Glandola tirojde taħdem bil-mod. Sintomi jinkludu intolleranza għall-kesħa, ilsien kbir, dwiefer jew xagħar irqiq u fraġli u temperatura tal-ġisem baxxa.

    • Livelli miżjudin ta’ xaħmijiet jiċċirkolaw fid-demm tiegħek

    • Diffikultà fl-irqad

    • Problemi tal-fwied

    • Pressjoni għolja jew baxxa jew waqgħa fil-pressjoni tad-demm kif tqum bil-wieqfa

    • Testijiet tad-demm li juru li għandek livelli baxxi ta’ imluħa jew sodju fid-demm tiegħek jew tnaqqis fiċ-

      ċelloli ħomor tad-demm

    • Deidratazzjoni

    • Bidliet fil-movimenti tal-għajnejn, vista mċajjpra, għajnejn ħomor jew uġigħ fl-għajnejn

    • Ikollok waqgħat

    • Memorja debboli jew nisi

    • Biki, tħossok imdejjaq, nervuż jew konfuż, nuqqas ta’ interess jew emozzjoni

    • Diffikultà biex titkellem jew tikteb jew tifhem lingwa mitkellma jew miktuba

    • Aġitazzjoni

    • Irritabilità

    • Tibdil fil-burdata jew alluċinazzjonijiet

    • Diffikultà fid-diskors

    • Farġa

    • Uġigħ fis-sider

    • Telf ta’ piż jew nuqqas ta’ saħħa ġenerali (Kakeksja)

    • Tħoss xi parti minn ġismek mejta

    • Sensazzjoni ta’ ħruq

    • Disturbi fis-sens tax-xamm u/jew tat-togħma

    • Uġigħ fil-widnejn jew ċempil fil-widnejn

    • Nefħa f’riġlejk jew dirgħajk

    • Ħruq ta’ stonku, stonku imqalleb, uġigħ addomianli, nefħa addominali u skonfort jew ħalq xott

    • Demm fl-ippurgar

    • Ħniek infjammati, infjammazzjoni tal-ħalq jew uġigħ fis-snien

    • Uġigħ meta tibla’

    • Ħruġ ta’ għaraq jew ikollok ġilda xotta

    • Tibdil fid-dwiefer u fil-ġilda (ngħidu aħna, ġilda ħamra)

    • Telf ta’ xagħar

    • Ikollok pirjids irregolari

    • Żieda fil-produzzjoni tal-awrina matul il-lejl

    • Infezzjoni fil-passaġġ urinarju

    • Tħossok ġeneralment ma tiflaħx jew ikollox tkexkix ta’ bard

    • Żieda jew tnaqqis fl-aptit

    • Telf ta’ piż jew żieda estrema fil-piż

    • Uġigħ fil-muskoli

    • Uġigh fid-dahar jew l-għonq

    • Riġlejn u dirgħajn kiesħin

    • Taħbit tal-qalb iktar mgħaġġel, bil-mod jew irregolari

    • Tħossok bi ngħas

    • Disturb newroloġiku fil-moviment, fejn il-muskoli jinġibdu u jikkawżaw tgħawwiġ u movimenti ripetittivi jew qagħdiet skomdi. Is-sintomi jinkludu rogħda, uġigħ, bugħawwiġ.

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Sindrome ta’ Musrana Irritabbli (IBS). Sintomi jinkludu bugħawwiġ addominali kroniku u dijarrea jew stitikezza.


      Effetti sekondarji rari huma:

    • Tnaqqis fil-pjastrini tad-demm li jżid ir-riskju ta’ fsada jew tbenġil

    • Uġigħ sever fid-dahar u fl-istonku

    • Tnaqqis fiċ-ċelloli bojod tad-demm li jagħmel infezzjonijiet iktar probabbli


      L-użu ta’ Exalief huwa assoċjat ma’ anormalità fl-ECG (elettrokardjogramma) imsejħa żieda fl-intervall PR. Jistgħu jseħħu effetti sekondarji assoċjati ma’ din l-anormalità fl-ECG (eż. ħass ħażin u tnaqqis fir-rittmu tat- taħbit tal-qalb).


      Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  5. KIF TAĦŻEN EXALIEF


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Tużax Exalief wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-pakkett tal-folji u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ skadenza tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew ma’ l-ilma tad-dranaġġ jew ma’ l-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’

    l-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF

X’fih Exalief


Id-Dehra ta’ Exalief u l-kontenuti tal-pakkett

Pilloli Exalief 400 mg huma bojod, tondi u konvessi miż-żewġ naħat. Il-pilloli għandhom ‘ESL 400’ imnaqqxa fuq naħa waħda u huma mnaqqxin b’sinjal fuq in-naħa l-oħra. Is-sinjal imnaqqax qiegħed hemm biss biex tkun tista’ taqsamha sabiex tkun tista’ tiblagħha mingħajr tbatija u mhux biex taqsamha f’dożi indaqs.


Il-pilloli huma ppakkjati f’folji f’kaxxi tal-kartun li fihom 7, 14 jew 28 pilloli. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali. Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

BIAL - Portela & Cª , S.A., À Av. da Siderurgia Nacional 4745-457 S. Mamede do Coronado

Il-Portugall

tel: +351 22 986 61 00

fax: +351 22 986 61 99

e-mail: info@bial.com


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat- tqegħid fis-Suq.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’{XX/SSSS}


/.