Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Rabigen SAG2
live vaccine against rabies


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT


Rabigen SAG2 suspensjoni tittieħed mill-ħalq, għall-volpijiet ħomor u klieb raccoon.


1 L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


VIRBAC S.A.

1ère Avenue 2065m L.I.D. 06516 Carros - Franza


2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


Rabigen SAG2 suspensjoni orali ttieħed mill-ħalq, għall-volpijiet ħomor u klieb raccoon.


  1. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Sustanza attiva:

    Virus inattivat tar-rabbja, tar-razza 8 log10 CCID50*/doża


    * CCID50: Doża Infettiva tal-Kulturi taċ-Ċelloli 50%


    Eċipjenti:

    Sustanza (lixka) appetittuża li fiha bijoindikatur ta’ tetraċiklina.


  2. INDIKAZZJONI (JIET)


    Immunizzazzjoni attiva tal-volpijiet ħomor u klieb raccoon sabiex tilqa’ għal infezzjoni bil-virus tar- rabbja.

    Il-protezzjoni ddum minn tal-inqas sitt xhur.


  3. KUNTRADIZZJONIJIET


Xejn.


  1. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    L-ebda effetti mhux mixtieqa ma ġew irrapportati fl-ispeċi fil-mira

    Peress li l-presentazzjoni ta’ din it-tilqima fiha traċċi ta’ ġentamiċin u fiha tetraċiklina bħala biomarkatur, kultant jistgħu jiġu osservati xi reazzjonijiet ta’ ipersensitività f’annimali domestiċi li inċidentalment ikunu belgħu il-lixka.

    Ġie rrappurtat rimettar minħabba intolleranza gastrika (potenzjalment minħabba l-pakkett aluminju/PVC bħala parti mill-vaċċin tal-lixka), fi klieb li jkunu belgħu aċċidentalment il-lixka.


  2. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


Volpijiet ħomor (Vulpes vulpes) u klieb raccoon (Nyctereutes procyonoides).

8 DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


It-teħid ta’ lixka waħda huwa biżżejjed sabiex jiżgura protezzjoni lill-volpi kontra r-rabbja.


Il-lixka hija mqassma fuq l-art jew bl-ajru skont ir-regolamenti ta’ kampanji ta’ tilqim kontra r-rabbja. Huma maħsuba sabiex jittieklu mill-volpijiet / klieb raccoon.


Ir-rata tat-tqassim tiddependi mit-topografija u mill-popolazzjoni ta l- ispeċi li għalihom huwa indikat il-prodott.


Din ir-rata minima ta’ tqassim hija:


  1. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Tqassamx il-lixka f’żoni abitati, toroq u żoni fejn hemm l-ilma.


  2. PERJODU TA' TIŻMIM


Mhux applikabbli.


11 PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


Żomm fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal

Aħżen fil-friża f’temperatura ta’ bejn -40°C sa -20°C. Ipproteġi mid-dawl. Żomm il-kaxxi magħluqa sew.


  1. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Għat-trattament tal-annimali biss.


    Huwa rakkomandat l-ilbies ta’ ingwanti tal-lastiku.


    Dawk li jimmaniġġjaw u jqassmu din it-tilqima għandhom jiġu mlaqqma kontra r-rabbja.


    Is-sigurtà tal-vaċċin ma ġietx investigata fil-każ ta’ bhejjem tqal jew li huma fi żmien il-ħalib. Imma l-virus tar-rabbja u virusijiet tal-vaċċin attenwat kontra r-rabbja normalment ma jakkumulawx fl- organi riproduttivi u mhumiex magħrufa li jaffettwaw direttament il-funzjonijiet riproduttivi.


    Dawk l-individwi li huma immunokompromessi/immunosuppressati m’għandhomx jimmaniġġjaw dan il-vaċċin. F’każ ta’ esposizzjoni umana għas-sustanza attiva tal-vaċċin, għarraf mal-ewwel lit-tabib u wrieħ l-fuljett informattiv, jew it-tikketta.


    L-importazzjoni, il-bejgħ, il-provvista u / jew l-użu ta' dan il-prodott mediċinali veterinarju huwa pprojbit jew jista’ jkun ipprojbit f'ċerti Stati Membri fuq it-territorju kollu tagħhom jew parti minnhom skont il-politika Nazzjonali tagħhom dwar is-saħħa tal-annimali. Kull persuna li turi l-

    intenzjoni li timporta, tbigħ, tagħmel provvista jew tuża Rabigen SAG2 għandha tikkonsulta mal- Awtorità Kompetenti tal-Pajjiż Membru dwar il-programmi ta' vaċċinazzjoni attwali qabel timporta, tbigħ, tissupplixxi u / jew tuża’.


    Ristritt għal awtoritajiet amministrattivi kompetenti li huma magħżula apposta.


  2. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Armi l-materjal ħażin u l-lixki mhux imqiegħda fl-aħħar tal-ġurnata tat-tqassim billi tgħalli fil-misħun, taħraq jew tgħarraq ġo disinfettant adattat approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż.


  3. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini https://www.ema.europa.au/


  4. TAGĦRIF IEĦOR


Mhux id-daqs tal-pakketti kollha jistgħu qegħdin fis-suq.


Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju, jekk jogħġbok ikkuntattja lir- rappreżentant lokali tas-sid tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċ.


België/Belgique/Belgien

VIRBAC BELGIUM N.V.

Esperantolaan 4 B-3001 Leuven

Tel: + 32 (0) 16 38 72 60

Česká republika

VIRBAC S.A.

1ère avenue 2065 m – L.I.D F-06516 Carros

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Danmark

VIRBAC Danmark A/S Profilvej 1

DK-6000 Kolding Tel: + 45 7552 1244

Deutschland

VIRBAC Tierarzneimittel GmbH Rögen 20

D-23843 Bad Oldesloe Tel: + 49 (4531) 805 111

Eesti

OÜ ZOOVETVARU

Uusaru 5

ET - 76505 Saue/Harjumaa, ESTONIA Tel: + 372 6 709 006

E-mail: zoovet@zoovet.ee

Luxembourg/Luxemburg

VIRBAC BELGIUM N.V.

Esperantolaan 4 B-3001 Leuven

Tel: + 32 (0) 16 38 72 60

Magyarország

VIRBAC S.A.

1ère avenue 2065 m – L.I.D F-06516 Carros

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Malta

VIRBAC S.A.

1ère avenue 2065 m – L.I.D F-06516 Carros

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Nederland

VIRBAC NEDERLAND BV

Hermesweg 15

NL-3771 ND-Barneveld Tel: + 31 (0) 342 427 127

Norge

Virbac Norge

c/o Premium Pet Products Vollaveien 20 A

0614 Oslo

Tel: + 45 7552 1244

Ελλάδα

VIRBAC HELLAS A.E.

23 rd Klm National Road Athens-Lamia 145 65 Agios Stefanos

Athens GREECE

Tel: + 30 210 6219520

E-mail: info@virbac.gr

España

VIRBAC ESPAÑA, S.A.

Angel Guimera 179-181

E-08950 - Esplugues de Llobregat (Barcelona) Tel: + 34 93 470 79 40

France VIRBAC France 13ème rue – L.I.D.

F-06517 Carros Cedex


Ireland

VIRBAC

1ère avenue 2065 m LID 06516 Carros

France

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Ísland

VIRBAC S.A.

1ère avenue 2065 m – L.I.D F-06516 Carros

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Italia

VIRBAC SRL

Via Ettore Bugatti 15 I-20142 Milano

Tel: + 39 02 40 92 47 1

Κύπρος

Panchris Feeds (Veterinary) Ltd

Industrial Area Aradippou, 7100, Larnaca, Cyprus (P.O.Box 40261, 6302 Larnaca, Cyprus)

Tel: + 357 24813333


Latvija

OÜ ZOOVETVARU

Uusaru 5

ET - 76505 Saue/Harjumaa, ESTONIA Tel: + 372 6 709 006

E-mail: zoovet@zoovet.ee

Lietuva

OÜ ZOOVETVARU

Uusaru 5

ET - 76505 Saue/Harjumaa, ESTONIA Tel: + 372 6 709 006

E-mail: zoovet@zoovet.ee

Österreich

VIRBAC Österreich GmbH Hildebrandgasse 27

A-1180 Wien

Tel: + 43 (0) 1 21 834 260


Polska

VIRBAC Sp. z o.o.

ul. Puławska 314

02-819 Warszawa


Portugal

VIRBAC DE Portugal LABORATÓRIOS LDA

Ed13-Piso 1- Esc.3 Quinta da Beloura 2710-693 Sintra

+ 351 219 245 020

Slovenija

VIRBAC S.A.

1ère avenue 2065 m – L.I.D F-06516 Carros

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00


Slovenská republika

VIRBAC S.A.

1ère avenue 2065 m – L.I.D F-06516 Carros

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Suomi/Finland

VIRBAC S.A.

1ère avenue 2065 m – L.I.D F-06516 Carros

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00

Sverige

Virbac Danmark A/S Filial Sverige, c/o Incognito AB,

Box 1027,

171 21 Solna

Tel: + 45 7552 1244

United Kingdom

VIRBAC Ltd

UK-Suffolk IP30 9 UP Tel: + 44 (0) 1359 243243


Hrvatska

VIRBAC S.A.

1ère avenue 2065 m – L.I.D F-06516 Carros

Tel: + 33 (0) 4 92 08 73 00