Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ivemend
fosaprepitant

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


IVEMEND 150 mg trab għal soluzzjoni għall-infużjoni

fosaprepitant


Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża IVEMEND.


Qabel ma tibda tieħu kura b’din il-mediċina, għid lit-tabib tiegħek jekk għandek mard tal-fwied minħabba li l-fwied huwa importanti għat-tkissir tal-mediċina fil-ġisem. Għalhekk it-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jissorvelja l-kondizzjoni tal-fwied tiegħek.


Tfal u adolexxenti

Tagħtix IVEMEND lil tfal taħt is-6 xhur jew li jiżnu anqas minn 6 kg, minħabba li ma ġiex studjat f’din il-popolazzjoni.

Mediċini oħra u IVEMEND

IVEMEND jista’ jeffettwa mediċini oħra kemm waqt kif ukoll wara trattament b’ IVEMEND. Hemm xi mediċini li m’għandhomx jittieħdu ma’ IVEMEND (bħal pimozide, terfenadine, astemizole, u cisapride) jew li jeħtieġu aġġustament tad-dożaġġ (ara ukoll ‘Tużax IVEMEND’).


L-effetti ta’ IVEMEND jew ta’ mediċini oħra jistgħu jkunu influwenzati jekk tieħu IVEMEND ma’ mediċini oħrajn inklużi dawk elenkati hawn taħt. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk inti qiegħed tieħu kwalunkwe waħda mill-mediċini li ġejjin:



Kif jidher IVEMEND u l-kontenut tal-pakkett:

IVEMEND huwa trab abjad għal offwajt għal soluzzjoni għall-infużjoni.


It-trab jiġi f’kunjett tal-ħġieġ ċar, tapp tal-lastiku tal-chlorobutyl jew bromobutyl u siġill tal-aluminju b’kappa tal-plastik griża li titneħħa b’saba’ wieħed.


Kull kunjett fih 150 mg ta’ fosaprepitant. Daqsijiet tal-pakkett: kunjett 1 jew 10 kunjetti. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Merck Sharp & Dohme B.V. Waarderweg 39

2031 BN Haarlem

L-Olanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq.


Belgique/België/Belgien

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel. + 370 5278 02 47

msd_lietuva@merck.com


България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737

info-msdbg@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium

Tél/Tel: +32(0)27766211

dpoc_belux@merck.com


Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel: +420 233 010 111

dpoc_czechslovak@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +36 1 888 5300

hungary_msd@merck.com


Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: + 45 4482 4000

dkmail@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

malta_info@merck.com


Deutschland

MSD Sharp & Dohme GmbH

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 0)

e-mail@msd.de

Nederland

Merck Sharp & Dohme B.V.

Tel: 0800 9999000

(+31 23 5153153)

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200

msdeesti@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00

msdnorge@msd.no


Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Τηλ: +30 210 98 97 300

dpoc_greece@merck.com

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Tel: +43 (0) 1 26 044

msd-medizin@merck.com


España

Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00

msd_info@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel: +48 22 549 51 00

msdpolska@merck.com


France

MSD France

Tél: +33 (0) 1 80 46 40 40

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700

inform_pt@merck.com


Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333

croatia_info@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: +40 21 529 29 00

msdromania@merck.com


Ireland

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfo_ireland@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: +386 1 5204 201

msd_slovenia@merck.com


Ísland

Vistor hf.

Simi: +354 535 7000

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel: +421 2 58282010

dpoc_czechslovak@merck.com


Ιtalia

MSD Italia S.r.l.

Tel: +39 06 361911

medicalinformation.it@merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 804 650

info@msd.fi


Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ.: 800 00 673 (+357 22866700)

cyprus_info@merck.com

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488

medicinskinfo@merck.com


Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364224

msd_lv@merck.com

United Kingdom (Northern Ireland) Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Tel: +353 (0)1 2998700

medinfoNI@msd.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Mediċini


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss: Struzzjonijiet fuq kif tirrikostitwixxi u tiddilwi IVEMEND 150 mg:

  1. Injetta 5 ml ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) għal injezzjoni fil-kunjett. Agħmel żgur li soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) għal injezzjoni tiżdied mal-ġenb tal-kunjett sabiex ma tifformax ragħwa. Ċaqlaq il-kunjett b’ġentilezza. Evita li tħarrek u soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) għal injezzjoni għal ġol-kunjett.


  2. Ipprepara borża tal-infużjoni mimlija b’145 ml ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9 %) għall-injezzjoni (pereżempju, billi tneħħi 105 ml ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride

    9 mg/ml (0.9 %) għall-injezzjoni minn borża tal-infużjoni ta’ 250 ml ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9 %) għall-injezzjoni).


  3. Iġbed il-volum sħiħ minn ġol-kunjett u ittrasferixxih għal ġo borża tal-infużjoni li jkun fiha 145 ml ta’ soluzzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9 %) għall-injezzjoni biex tagħti volum totali ta’ 150 ml u konċentrazzjoni finali ta’ 1 mg/ml. Aqleb il-borża ta’ taħt fuq bil-mod darbtejn jew tliet darbiet. (ara ‘Kif għandek tuża IVEMEND’).


  4. Iddetermina l-volum li għandu jingħata minn dak ippreparat fil-borża tal-infużjoni, abbażi tad- doża rrakkomandata (ara s-Sommarju tal-Karatterisitċi tal-Prodott (SmPC, Summary of Product Characteristics), sezzjoni 4.2).


    Adulti

    Għandu jingħata l-volum kollu ppreparat fil-borża tal-infużjoni (150 ml).


    Pedjatriċi

    F’pazjenti ta’ 12-il sena u aktar, il-volum li għandu jingħata huwa kkalkulat kif ġej:

    • Volum li għandu jingħata (ml) huwa daqs id-doża rrakkomandata (mg)


      F’pazjenti li għandhom 6 xhur sa anqas minn 12-il sena, il-volum li għandu jingħata huwa kkalkulat kif ġej:

    • Volum li għandu jingħata (ml) = id-doża rrakkomandata (mg/kg) x piż (kg)

      o Nota: Tagħtix aktar mid-dożi massimi (ara s-Sommarju tal-Karatterisitċi tal-Prodott (SmPC), sezzjoni 4.2).


  5. Jekk ikun meħtieġ, għal volumi anqas minn 150 ml, il-volum ikkalkulat jista’ jiġi ttrasferit għal borża ta’ daqs xieraq jew għal ġo siringa qabel l-għoti permezz ta’ infużjoni.


Is-soluzzjoni finali rikostitwita u ddilwita hija stabbli għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 25C.


Mediċini parenterali għandhom ikunu spezzjonati viżwalment għal materjal partikulat jew tindis fil- kulur qabel l-amministrazzjoni meta s-soluzzjoni u l-kontenitur jippermettu.


Id-dehra tas-soluzzjoni rikostitwita hija l-istess bħad-dehra tad-dilwent.


Armi kwalunkwe soluzzjoni u skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.


Il-prodott mediċinali m’għandux jiġi rikostitwit jew imħallat ma’ soluzzjonijiet li għalihom ma ġietx stabbilita kompatibilità fiżika jew kimika (ara s-Sommarju tal-Karatterisitċi tal-Prodott (SmPC), sezzjoni 6.2).