Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Clopidogrel Taw Pharma (previously Clopidogrel Mylan)
clopidogrel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Clopidogrel Taw Pharma 75 mg pilloli miksija b’rita

clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

periferiku, jew

  1. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Taw Pharma


    Tieħux Clopidogrel Taw Pharma:

    • jekk inti allerġiku għal clopidogrel jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6);

    • jekk għandek kundizzjoni oħra li attwalment qed tikkaġina emorraġija bħal ulċera fl-istonku jew

      fsada fil-moħħ;

    • jekk tbati minn mard sever tal-fwied


      Jekk taħseb li xi wieħed minn dawn japplika għalik, jew jekk m’intix żgur, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Clopidogrel Taw Pharma.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Clopidogrel Taw Pharma jekk xi waħda minn dawn is- sitwazzjonijiet msemmija hawn isfel tapplika għalik:

    • tinsab f’riskju ogħla ta’ emorraġija bħal

      • kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ emorraġija interna (bħalma hi ulċera fl-istonku)

      • disturb fid-demm li jpoġġik f’riskju ta’ emorraġija interna (emorraġija ġo kull tessut, organi jew ġogi ta’ ġismek).

      • riċentement kellek ferriment serju

      • riċentement kellek intervent kirurġiku

      • ser ikollok xi intervent kirurġiku (li jinkludi wkoll kiruġija dentali) fis-sebat ijiem li jmiss

    • jekk kellek xi embolu f’arterja ta’ moħħok (puplesija iskemika) li seħħet fl-aħħar 7 ijiem

    • jekk tbati minn mard tal-fwied jew tal-kliewi.

    • jekk kellek xi allerġija jew reazzjoni għal kwalunkwe mediċina użata fil-kura tal-marda tiegħek.

    • jekk kellek storja ta’ passat mediku t’emorraġija fil-moħħ li ma kinitx minħabba xi trawma.


      Waqt li qed tieħu Clopidogrel Taw Pharma:

    • Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk hemm intevent kirurġiku (anke jekk ikun dentali) ippjanat

    • Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kundizzjoni medika (magħrufa wkoll bħala Purpura Trombotika Tromboċitopenika jew TTP) li tinkludi deni u tbenġil taħt il- ġilda li jidher bħala dbabar żgħar ħomor, b’għeja sfinita spjegabbli jew mhix spjegabbli, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew l-għajnejn (suffejra) (ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’)

    • Jekk taqta’ jew tweġġa’ lilek innifsek, jista’ jkun li l-fsada ddum aktar mis-soltu biex tieqaf.

      Dan hu marbut mal-mod kif taħdem il-mediċina tiegħek peress li tevita li jiffurmaw emboli tad- demm. Għal qtugħ minuri u ferrimenti eż. meta taqta’ lilek nnifsek waqt li qed tqaxxar, dan ġeneralment mhux ta’ tħassib. Madankollu, jekk inti mħasseb dwar il-fsada tiegħek, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4 Effetti sekondarji possibbli’)

    • It-tabib tiegħek għandu mnejn jordna testijiet tad-demm


    Tfal u adolexxenti

    Tagħtix din il-mediċina lit-tfal għax ma taħdimx.


    Mediċini oħra u Clopidogrel Taw Pharma

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

    Xi mediċini jistgħu jinfluenzaw kif jaħdem Clopidogrel Taw Pharma jew viċi versa.


    Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk tieħu

    • mediċini li jistgħu jżidu r-riskju li inti jkollok xi fsada bħal:

      • sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini użati biex iraqqu

        d-demm,

      • mediċina anti-infjammatorja li mhijiex sterojde, normalment użat biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,

      • l-eparina jew xi mediċina oħra li tiġi injettata biex tnaqqas il-koagulazzjoni tad-demm,

      • ticlopidine, sustanza oħra kontra l-plejtlits,

      • inibitur selettiv tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin (li jinkludi iżda mhux limitat għal

        fluoxetine jew fluvoxamine), mediċini li ssoltu jintużaw fil-kura tad-dipressjoni,

      • rifampicin (użat fit-trattament ta’ infezzjonijiet severi)

    • omeprazole jew esomeprazole, mediċini għat-taqlib tal-istonku

    • fluconazole jew voriconazole, mediċini li jittrattaw infezzjonijiet tal-fungu,

    • efavirenz, jew mediċini oħra antiretrovirali għat-trattament tal-infezzjonijiet mill-HIV (virus tal- immunodefiċjenza umana),

    • carbamazepine, mediċina għat-trattament ta’ xi forom tal-epilessija,

    • moclobemide, mediċina għat-trattament tad-dipressjoni

    • repaglinide, mediċina għat-trattament tad-dijabete,

    • paclitaxel, mediċina għat-trattament tal-kanċer ,

    • opjodi: waqt li qed/a tirċievi trattament b’clopidogrel, għandek tinforma lit-tabib tiegħek qabel ma tingħata riċetta għal xi opjod (użat għat-trattament ta’ wġigħ sever),

    • rosuvastatin (użat biex inaqqas il-livell tiegħek ta’ kolesterol).


    Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina instabbli jew attakk tal-qalb), attakk iskemiku momentanju jew puplesija iskemika ħafifa fis-severità tagħha, tista’ tingħatalek riċetta għal Clopidogrel Taw Pharma flimkien ma’ acetylsalicylic acid, sustanza li tinsab f’ħafna mediċini li jintużaw biex itaffu l- uġigħ u jniżżlu d-deni. Użu kull tant żmien ta’ acetylsalicylic acid (mhux aktar minn 1,000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandhiex toħloq problema, imma f’użu prolongat f’ċirkostanzi oħra għandha tiġi diskussa mat-tabib tiegħek.


    Clopidogrel Taw Pharma ma’ ikel u xorb

    Clopidogrel Taw Pharma jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru.


    Tqala u treddigħ

    Ikun aħjar li ma tiħux din il-mediċina waqt it-tqala.


    Qabel ma tibda tieħu Clopidogrel, għandek tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek billi huwa rrakkomandat li ma tieħux clopidrogrel waqt it-tqala.


    M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

    Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.


    Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Clopidogrel Taw Pharma x’aktarx ma jaffettwax il-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.


    Clopidogrel Taw Pharma fih castor oil idroġenat

    Dan jista’ jikkawża tqalligħ fl-istonku jew dijarea.


  2. Kif gћandek tieћu Clopidogrel Taw Pharma


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rakkomandata, li tinkludi għal pazjenti b’kundizzjoni msejħa ‘fibrillazzjoni atrijali’ (taħbit irregolari tal-qalb), hija ta’ pillola waħda ta' 75 mg ta’ Clopidogrel Taw Pharma kuljum, li għandha tittieħed mill-ħalq mal-ikel jew fuq stonku vojt, u fl-istess ħin kuljum.

    Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina instabbli jew attakk tal-qalb), it-tabib jista’ jagħtik 300 mg jew 600 mg ta’ Clopidogrel Taw Pharma (4 jew 8 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tal-kura. Wara, id- doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg Clopidogrel Taw Pharma kuljum kif deskritt hawn fuq.


    Jekk kellek sintomi ta’ puplesija li jgħaddu f’perijodu qasir ta’ żmien (magħruf ukoll bħala attakk iskemiku momentanju) jew puplesija iskemika li kienet ħafifa fis-severità tagħha, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik 300 mg ta’ Clopidogrel Taw Pharma (4 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tat-trattament. Imbagħad, id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg ta’ Clopidogrel Taw Pharma kuljum kif deskritt aktar ’il fuq flimkien ma’ acetylsalicylic acid għal 3 ġimgħat. Imbagħad it-tabib se jagħmillek riċetta għal jew Clopidogrel Taw Pharma waħdu jew acetylsalicylic acid waħdu.


    Għandek tibqa’ tieħu Clopidogrel Taw Pharma sakemm it-tabib jibqa’ jgħidlek tieħdu.


    Jekk tieħu Clopidogrel Taw Pharma aktar milli suppost

    Għarraf lit-tabib jew mur fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’ fsada.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Taw Pharma

    Jekk tinsa tieħu doża ta’ Clopidogrel Taw Pharma, imma tiftakar fi żmien 12-il siegħa mid-doża dwar dan, ħu l-pillola minnufih imbagħad ħu l-pillola li jmiss fil-ħin li teħodha s-soltu.

    Jekk tinsa tieħu d-doża ta’ Clopidogrel Taw Pharma, imma ma tiftakarx fi żmien 12-il siegħa dwar dan, tieħux id-doża li jkun missek ħadt imbagħad ħu l-pillola li jmiss fil-ħin li teħodha s-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.


    Għad-daqsijiet tal-pakketti ta’ 7 pilloli, 14-il pillola, 28, 56 u 84 pillola, inti tista’ tiċċekkja d-data li

    fiha l-aħħar li ħadt il-pillola ta’ Clopidrogel Taw Pharma billi tirreferi għal kalendarju stampat fuq il-

    folja.


    Meta tieqaf tieħu Clopidogrel Taw Pharma

    Twaqqafx il-kura mingħajr ma jgħidlek it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib jew l-ispizjar tiegħek qabel twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  3. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux

    f’kulħadd.


    Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih, jekk ikollok:

    • Deni, sinjali ta’ infezzjoni jew għeja estrema. Dawn jistgħu jkunu dovuti għal xi tnaqqis fil- livelli ta’ ċelluli tad-demm tiegħek.

    • Sinjali ta’ problemi fil-fwied bħal sfurija tal-ġilda u l-abjad tal-għajnejn (suffejra), li jista’ jkun jew ma jkunx assoċjat ma’ emorraġija li tidher taħt il-ġilda bħala marki rqaq ħomor u/jew konfużjoni (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u Prekawzjonijiet’).

    • Nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxx, ħakk u nfafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ reazzjoni allerġika.


      L-aktar effett sekondarju komuni rrappuratat b’Clopidogrel Taw Pharma hu l-emorraġija. Emorraġija tista’ sseħħ bħala emorraġija fl-istonku jew l-imsaren, tbenġil, ematoma (ġeneralment fsada jew tbenġil taħt il-ġilda), l-imnieħer jinfaraġ jew demm fl-awrina. F’għadd żgħir ta’ każijiet, emorraġija fl-għajn, ġewwa r-ras, il-pulmun jew il-ġogi ġew rapportati wkoll.

      Jekk tesperjenza emorraġija fuq tul ta’ żmien meta tieħu Clopidogrel Taw Pharma

      Jekk taqta’ jew tferri lilek nnifesk, jista’ jkun li d-demm jieħu ftit aktar ħin mis-soltu biex jieqaf joħroġ. Dan hu marbut mal-mod kif il-mediċina tiegħek taħdem. Għal qtugħ żgħir u ferrimenti (eż.

      qtugħ ta’ meta tqaxxar) normalment m’għandekx tinkwieta. Madankollu, jekk għandek xi dubju, l-

      emorraġija ssir serja jew jekk ikollok emorraġija f’partijiet mhux mistennija ta’ ġismek, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u Prekawzjonijiet’).


      Effetti sekondarji oħra jinkludu


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni): Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew uġigħ fl-istonku


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

      Uġigħ ta’ ras, ulċeri fl-istonku, remettar, tqalligħ, stitikezza, ħafna gass fl-istonku jew l-imsaren, raxxijiet, ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ .


      Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna): Vertiġini, tkabbir tas-sider fl-irġiel.


      Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

      Suffejra, uġigħ addominali severi bi jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet biex tieħu n-nifs assoċjati ma’ tħarħir; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati (pereżempju, sensazzjoni ta’ sħana ma’ ġismek kollu b’skonfort ġenerali f’daqqa sakemm tħossok ħażin), nefħa fil-ħalq, nfafet fuq il-ġilda; allerġiji fuq il-ġilda; uġigħ fil-ħalq (stomatite) tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ tal-għadam; uġigħ muskolari, tibdiliet fil-mod fit-togħma tal-ikel jew ma tibqax ittiegħem l-ikel.


      Effetti sekondarji b’frekwenza mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli): Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva b’uġigħ fis-sider jew fl-addome, sintomi persistenti ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm.


      Barra minn hekk, it-tabib tiegħek ser jidentifika bidliet fid-demm jew ir-riżultati tal-awrina tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament

      permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti

      sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  4. Kif taħżen Clopidogrel Taw Pharma


    Żommu fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna ta’ barra, il-flixkun jew fuq

    il-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  5. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Clopidogrel Taw Pharma:

Is-sustanza attiva hi clopidogrel. Kull pillola miksija b’rita fiha 75 mg ta’ clopidogrel (bħala hydrochloride).

L-ingredjenti l-oħra huma:


Id-Dehra ta’ Clopidogrel Taw Pharma u l-kontenuti tal-pakkett:

Il-pilloli miksija b’rita huma ta’ lewn roża f’għamla tonda u bikonvessa.

Kaxxi disponibbli f’7, 14, 28, 30, 50, 56, 84, 90 u 100 pillola miksija b’rita ġo folji.

Kaxxi disponibbli f'7 pilloli, 14-il pillola, 28, 56, 84 pillola miksija b'rita ġo folji kalendarji. Kaxxi disponibbli ta' 30x1 u 50x1 pilloli miksija b'rita f'folji perforati ta' doża unika.


Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq

Taw Pharma (Ireland) Limited

104 Lower Baggot Street Dublin 2

L-Irlanda


Il-Manifattur:

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja TAD Pharma GmbH, Heinz-Lohmann-Straße 5, 27472 Cuxhaven, il-Ġermanja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.


België/Belgique/Belgien

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 32 (0)2 658 61 00

Lietuva

Mylan Healthcare UAB Tel: +370 5 205 1288


България

Майлан ЕООД

Тел: +359 2 44 55 400

Luxembourg/Luxemburg

Mylan bvba/sprl

Tél/Tel: + 32 (0)2 658 61 00

(Belgique/Belgien)


Ceská republika

Mylan Healthcare CZ s.r.o.

Tel: +420 222 004 400

Magyarország

Mylan EPD Kft

Tel: + 36 1 465 2100


Danmark

Viatris ApS

Tlf: +45 28 11 69 32

Malta

V.J. Salomone Pharma Ltd Tel: + 356 21 22 01 74


Deutschland

Viatris Healthcare GmbH Tel: + 49 800 0700 800

Nederland

Mylan B.V

Tel: + 31 (0) 20 426 3300

Eesti

BGP Products Switzerland GmbH Eesti

filiaal

Tel: + 372 6363 052

Norge

Viatris AS

Tlf: + 47 66 75 33 00


Ελλάδα

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ Τηλ: +30 210 993 6410

Österreich

Arcana Arzneimittel GmbH Tel: +43 1 416 24 18


España

Viatris Pharmaceuticals, S.L.U.

Tel: + 34 900 102 712

Polska

Mylan Healthcare Sp. z.o.o Tel: +48 22 546 64 00


France

Viatris Santé

Tél: +33 4 37 25 75 00

Portugal

Mylan, Lda.

Tel: + 351 21 412 72 56


Hrvatska

Mylan Hrvatska d.o.o. Tel: +385 1 23 50 599

România

BGP Products SRL Tel: +40 372 579 000


Ireland

Mylan Ireland Limited

Tel: +353 1 8711600

Slovenija

Mylan Healthcare d.o.o. Tel: + 386 1 23 63 180


Ísland

Icepharma hf

Sími: +354 540 8000

Slovenská republika Viatris Slovakia s.r.o Tel: +421 2 32 199 100


Italia

Mylan Italia S.r.l.

Tel: + 39 02 612 46921

Suomi/Finland

Viatris OY

Puh/Tel: +358 20 720 9555


Κύπρος

Varnavas Hadjipanayis Ltd Τηλ: + 357 2220 7700

Sverige

Viatris AB

Tel: + 46 (0)8 630 19 00


Latvija

Mylan Healthcare SIA Tel: +371 676 055 80

United Kingdom (Northern Ireland)

Mylan IRE Healthcare Limited

Tel: +353 18711600


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ XX/SSSS


.