Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Vitekta
elvitegravir

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Vitekta 85 mg pilloli miksija b’rita

Elvitegravir


image

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Vitekta u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Vitekta

  3. Kif għandek tieħu Vitekta

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Vitekta

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Vitekta u gћalxiex jintuża


    Vitekta fih is-sustanza attiva elvitegravir.


    Vitekta hu trattament għal infezzjoni bil-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) f’adulti li jkollhom 18-il sena u aktar.


    Vitekta għandu dejjem jittieħed ma’ ċerti mediċini oħrajn kontra l-HIV. Ara sezzjoni 3, Kif għandek tieħu Vitekta.


    Il-virus tal-HIV jipproduċi enzima msejħa integrase HIV. Din l-enzima tgħin lill-virus jimmultiplika fiċ-ċelluli fil-ġisem tiegħek. Vitekta jwaqqaf din l-enzima mill taħdem u jnaqqas l-ammont ta’ HIV fil- ġisem tiegħek. Dan ser itejjeb is-sistema immuni tiegħek u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal-infezzjoni bl-HIV.


    Din il-mediċina ma tfejjaqx l-infezzjoni ta’ HIV. Waqt li tkun qed tieħu Vitekta inti xorta waħda tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni tal-HIV.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Vitekta Tiħux Vitekta

    • jekk inti allerġiku għal elvitegravir jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett).

    • Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

      • carbamazepine, phenobarbital, phenytoin, jintużaw għall-kura ta’ epilessija u l-

        prevenzjoni ta’ aċċessjonijiet

      • rifampicin, jintuża għal prevenzjoni u għal trattament ta’ tuberkulosi u infezzjonijiet oħrajn

      • St. John’s wort (Hypericum perforatum), rimedju li ġej mill-ħxejjex li jintuża għad-

        dipressjoni u l-ansjetà, jew prodotti li jinkluduh


        Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, m’għandekx tieħu Vitekta u għandek tgħid lit- tabib tiegħek immedjatament.


        Twissijiet u prekawzjonijiet


        Il-kura tiegħek b’Vitekta għandha tinbeda biss minn tabib b’esperjenza fil-kura ta’ infezzjoni tal-HIV.


        Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra. Din il-mediċina ma tfejjaqx l-infezzjoni ta’ HIV. Waqt li tkun qed tieħu Vitekta inti xorta waħda tista’ tiżviluppa infezzjonijiet u mard ieħor marbut mal-infezzjoni tal- HIV.


        Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Vitekta:


        Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Jekk għandek problemi fil-fwied jew kellek passat mediku ta’ mard tal-fwied, li jinkludi l- epatite. Pazjenti b’mard fil-fwied li jinkludu epatite kronika B jew Ċ, li huma ttrattati bl- antitretrovirali, għandhom riskju ogħla ta’ kumplikazzjonijiet serji tal-fwied li potenzjalment jistgħu ikunu fatali. Jekk għandek infezzjoni tal-epatite B, it-tabib tiegħek ser jikkunsidra b’attenzjoni l-aħjar trattament għalik.


      Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu Vitekta. Waqt li tkun qed tieħu Vitekta

      Oqgħod attent għal dawn li ġejjin:


    • kwalunkwe sinjal ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni


    • problemi fl-għadam


      Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, għid lit-tabib tiegħek immedatjament. Għal aktar tagħrif, ara sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett.


      Tfal u adolexxenti


    • Tagħtix din il-mediċina lil tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena. L-użu ta’ Vitekta fit-tfal u fl- adolexxenti għadu ma ġiex studjat.


      Mediċini oħra u Vitekta


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, qed tippjana li tieħu, jew ħadt dan l- aħħar xi mediċina oħra. Dawn jinkludu mediċini u prodotti li ġejjin mill-ħxejjex miksuba mingħajr riċetta. Vitekta jista’ jinteraġixxi ma’ mediċini oħrajn li jistgħu jaffettwaw l-ammonti ta’ Vitekta jew ta’ mediċini oħrajn fid-demm tiegħek. Dan jista’ jwaqqaf il-mediċini tiegħek milli jaħdmu kif suppost, jew jista’ jaggrava kwalunkwe effetti sekondarji.

      Mediċini li qatt m’għandhom jittieħdu ma’ Vitekta:

    • carbamazepine, phenobarbital, phenytoin, jintużaw għall-kura tal-epilessija u l-prevenzjoni ta’ aċċessjonijiet

    • rifampicin, jintuża għal prevenzjoni u għal trattament ta’ tuberkulosi u infezzjonijiet oħrajn

    • St. John’s wort (Hypericum perforatum), rimedju li ġej mill-ħxejjex li jintuża għad-dipressjoni u l-ansjetà, jew prodotti li jinkluduh


      Mediċini oħrajn li jintużaw fit-trattament ta’ infezzjoni bl-HIV:

      M’għandekx tieħu Vitekta ma' mediċini oħrajn li fihom:

    • cobicistat

    • elvitegravir


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu:

    • efavirenz

    • nevirapine

    • didanosine (ara wkoll sezzjoni 3 ta’ dan il-fuljett)

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini kontra l-HIV.


      Tipi oħrajn ta’ mediċina:

      Kellem lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu:

    • rifabutin, li tintuża għal trattament ta’ infezzjonijiet batteriċi li jinkludu t-tuberkulożi

    • warfarin, li jintuża biex iraqqaq id-demm

    • pillola kontraċettiva, li tintuża għall-prevenzjoni tat-tqala

    • bosentan, li tintuża għal trattament ta’ pressjoni għolja arterjali pulmonari

    • antaċidi, li jintużaw biex jittrattaw ħruq ta’ istonku jew ir-rifluss tal-aċidu, bħal aluminium/magnesium hydroxide jew calcium carbonate (ara wkoll sezzjoni 3 ta’ dan il-fuljett)

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • multivitamini, jintużaw bħala suppliment għad-dieta tiegħek (ara wkoll sezzjoni 3 ta’ dan il- fuljett).

      Għid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu dawn, jew xi mediċina oħra. Twaqqafx it-trattament tiegħek mingħajr ma tikkuntattja lit-tabib tiegħek.


      Tqala u treddigħ


      Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


    • In-nisa m’għandhomx joħorġu tqal waqt li jkunu qed jieħdu Vitekta.

    • Uża kontraċezzjoni effettiva waqt li tkun qed tieħu Vitekta.

    • Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk toħroġ tqila. Jekk inti tqila m’għandekx tieħu Vitekta ħlief jekk inti u t-tabib tiegħek tiddeċiedu li hu meħtieġ b’mod ċar. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti miegħek il-benefiċċji u r-riskji potenzjali għalik u għat-tarbija tiegħek jekk tieħu Vitekta.


      M’għandekx tredda’ matul it-trattament b’Vitekta: Mhux magħruf jekk is-sustanza attiva f’din il- mediċina tgħaddix ġol-ħalib tas-sider uman. Jekk inti mara li għandek l-HIV hu rakkomandat li ma treddax biex tevita li tgħaddi l-virus lit-tarbija mill-ħalib tas-sider.


      Vitekta fih il-lactose


      Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek intolleranza għal lactose jew intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor. Vitekta fih lactose. Jekk taf li għandek intolleranza għal lactose, jew jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

  3. Kif gћandek tieћu Vitekta


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Dan biex taċċerta ruħek li l-mediċina tiegħek hi effettiva b’mod sħiħ, u biex jitnaqqas ir-riskju li tiżviluppa reżistenza għat-trattament. Tibdilx id-doża ħlief jekk it-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk.


    Trid dejjem tieħu Vitekta ma’ waħda mill-kombinazzjonijiet ta’ mediċini li ġejjin:


    • atazanavir u ritonavir

    • darunavir u ritonavir

    • fosamprenavir u ritonavir

    • lopinavir/ritonavir


      Doża ta’ 85 mg hi rakkomandata:

      Jekk qed tieħu Vitekta ma’:

    • atazanavir u ritonavir

    • lopinavir/ritonavir


      F’dawn il-kombinazzjonijiet, id-doża hi pillola waħda ta’ 85 mg kuljum, mal-ikel. Tomgħodx, tgħaffiġx u taqsamx il-pillola. Ħu l-pillola ta’ 85 mg fl-istess ħin bħal atazanavir u ritonavir, jew fl- istess ħin bħal-ewwel doża ta’ lopinavir/ritonavir.


      Doża ta’ 150 mg hi rakkomandata:

      Jekk qed tieħu Vitekta ma’:

    • darunavir u ritonavir

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • fosamprenavir u ritonavir


      F’dawn il-kombinazzjonijiet, id-doża hi pillola waħda ta’ 150 mg kuljum, mal-ikel. Tomgħodx, tgħaffiġx u taqsamx il-pillola. Ħu l-pillola ta’ 150 mg fl-istess ħin bħal-ewwel doża ta’ darunavir jew fosamprenavir u ritonavir. Irreferi għall-fuljett ta’ tagħrif għal Vitekta 150 mg pilloli.


      Jekk qed tieħu wkoll mediċini oħrajn:


      Jekk qed tieħu wkoll didanosine, ħudu mill-inqas siegħa qabel jew mill-inqas sagħtejn wara Vitekta.


      Jekk qed tieħu wkoll antaċidu bħal aluminium/magnesium hydroxide jew calcium carbonate, jew

      suppliment ta’ multivitamini, ħudu mill-inqas 4 sigħat qabel jew mill-inqas 4 sigħat wara Vitekta.


      Jekk tieħu Vitekta aktar milli suppost


      Jekk aċċidentalment tieħu iktar mid-doża rakkomandata ta’ Vitekta, tista’ tkun f’riskju akbar li jkollok effetti sekondarji b’din il-mediċina (ara sezzjoni 4 ta’ dan il-fuljett).


      Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza immedjatament għal parir. Żomm il-flixkun tal-pilloli miegħek ħalli tkun tista’ faċilment tiddeskrivi dak li tkun ħadt.


      Jekk tinsa tieħu Vitekta

      Huwa importanti li ma tinsa tieħu ebda doża ta’ Vitekta. Jekk tinsa tieħu doża:

    • Jekk tinnota fi żmien 18-il siegħa mill-ħin li fih normalment tieħu Vitekta, trid tieħu l-pillola

      malajr kemm jista’ jkun. Dejjem ħu l-pillola mal-ikel. Imbagħad ħu d-doża li jkun imissek tieħu bħas-soltu.

    • Jekk tinnota wara 18-il siegħa jew aktar wara l-ħin li fih normalment tieħu Vitekta, allura tiħux id-doża li tkun insejt tieħu. Stenna u ħu d-doża li jkun jmiss, mal-ikel, fil-ħin li s-soltu teħodha.


      Jekk tirremetti inqas minn siegħa wara li tkun ħadt Vitekta, ħu pillola oħra mal-ikel.


      Tiqafx tieħu Vitekta


      Tiqafx tieħu Vitekta mingħajr ma titkellem mat-tabib tiegħek. Li tieqaf tieħu Vitekta jista’ jaffettwa serjament ir-rispons tiegħek għal trattament futura. Jekk Vitekta jitwaqqaf għal kwalunkwe raġuni, kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda tieħu l-pilloli Vitekta mill-ġdid.


      Meta l-provvista tal-pilloli Vitekta tiegħek tibda tonqos, ikseb aktar pilloli mingħand it-tabib jew l- ispiżjar tiegħek. Dan hu importanti ħafna għax l-ammont ta’ virus jista’ jibda jiżdied jekk il-mediċina titwaqqaf imqar għal żmien qasir. Imbagħad isir aktar diffiċli biex tittratta l-marda.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm.

    Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-

    bidliet.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Meta tkun qed tittratta infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli tgħid jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa ikunux ikkawzati minn Vitekta jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.


    Effetti sekondarji komuni

    (jistgħu jaffettwaw minn 1 sa 10 minn kull 100 pazjent li jkunu ttrattati)

    • uġigħ fl-istonku

    • rimettar

    • raxx

    • uġigħ ta’ ras

    • dijarea

    • tħossok imdardar (nawseja)

    • għeja.


      Effetti sekondarji mhux komuni

      (jistgħu jaffettwaw sa pazjent 1 minn kull 100 pazjent li jkunu ttrattati)

    • ħsibijiet biex jitwettaq suwiċidju u tentattivi ta’ suwiċidju (f’pazjenti li kellhom dipressjoni jew li kellhom problemi ta’ saħħa mentali fil-passat)

    • dipressjoni

    • diffikultà biex torqod (insomnja)

    • problemi bid-diġestjoni li jwasslu għal skonfort wara l-ikel (dispepsja)

    • tħossok minfuħ

    • gass

    • sturdament

    • tnemnim

    • ngħas

    • togħma mhux tas-soltu.

      Jekk taħseb li jista’ jkollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji, kellem lit-lit-tabib tiegħek.


      Effetti sekondarji oħrajn li jistgħu jiġi osservati matul it-trattament kontra l-HIV

      Il-frekwenza tal-effetti sekondarji li ġejjin mhijiex magħrufa (ma tistax tittieħed stima mid-data

      disponibbli):


    • Kwalunkwe sinjali ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni. Jekk għandek infezzjoni avvanzata tal-

      HIV (AIDS) u għandek infezzjoni, tista’ tiżviluppa sintomi ta’ infezzjoni u infjammazzjoni jew l-aggravament tas-sintomi ta’ infezzjoni eżistenti ġaladarba jinbeda t-trattament b’Vitekta. Dawn is-sintomi jistgħu jindikaw li s-sistema immuni mtejba ta’ ġismek tkun qed tiġġieled kontra l-infezzjoni. Oqgħod attent/a għal sinjali ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni ftit wara li tibda tieħu Vitekta. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni, għid lit-tabib tiegħek immedjatament. Flimkien mal-infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għat-trattament tal-infezzjoni tiegħek bl-HIV.

      Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tat-trattament. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta’ infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex it- trattament meħtieġ.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • Problemi fl-għadam. Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu terapija antiretrovirali kombinata jistgħu jiżviluppaw marda tal-għadam li tissejjaħ osteonekrosi (mewt ta’ tessut tal-għadam ikkawżata minn telf tal-provvista tad-demm lill-għadma). It-tul tat-terapija antiretrovirali kombinata, l-użu ta’ kortikosterojdi, li tixrob l-alkoħol, li jkollok sistema immuni dgħajfa ħafna, u li jkollok piż żejjed, fost l-oħrajn, jistgħu jkunu xi wħud mill-ħafna fatturi ta’ riskju li tiżviluppa din il-marda. Is-sinjali ta’ osteonekrosi huma:

      • ebusija fil-ġogi

      • uġigħ fil-ġogi (speċjalment tal-ġenbejn, l-irkopptejn u tal-ispallejn)

      • diffikultà biex tiċċaqlaq

    Jekk tinnota xi wieħed minn dawn is-sintomi, għid lit-tabib tiegħek.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonaliimniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  5. Kif taħżen Vitekta


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Vitekta

Is-sustanza attiva hi elvitegravir. Kull pillola miksija b’rita fiha 85 mg ta’ elvitegravir.


Is-sustanzi l-oħra huma


Qalba tal-pillola:

Croscarmellose sodium, hydroxypropyl cellulose, lactose (bħala monohydrate), magnesium stearate, microcrystalline cellulose, silicon dioxide, sodium lauryl sulfate.


Kisja tar-rita:

Indigo carmine aluminium lake (E132), macrogol 3350 (E1521), polyvinyl alcohol (parzjalment idrolizzat) (E1203), talc (E553B), titanium dioxide (E171), iron oxide yellow (E172).


Kif jidher Vitekta u l-kontenut tal-pakkett


Il-pilloli miksija b’rita ta’ Vitekta huma pilloli ħodor, forma ta’ pentagonu, b’“GSI” imnaqqxa fuq naħa waħda u n-numru “85” fuq in-naħa l-oħra tal-pillola.


Id-daqs tal-pakkett li ġej huwa disponibbli: kartun ta’ barra li fihom flixkun wieħed ta’ 30 pillola miksija b’rita.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Gilead Sciences International Limited Cambridge

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

CB21 6GT

Ir-Renju Unit


Manifattur

Gilead Sciences Ireland UC

IDA Business & Technology Park Carrigtohill

County Cork

L-Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA

Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50

Lietuva

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849


България

Gilead Sciences International Ltd Тел.: + 44 (0) 20 7136 8820

Luxembourg/Luxemburg

Gilead Sciences Belgium SPRL-BVBA Tél/Tel: + 32 (0) 24 01 35 50


Česká republika Gilead Sciences s.r.o. Tel: + 420 222 191 546

Magyarország

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820


Danmark

Gilead Sciences Sweden AB

Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849

Malta

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

Deutschland

Gilead Sciences GmbH Tel: + 49 (0) 89 899890-0

Nederland

Gilead Sciences Netherlands B.V. Tel: + 31 (0) 20 718 36 98


Eesti

Gilead Sciences Sweden AB Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

Norge

Gilead Sciences Sweden AB Tlf: + 46 (0) 8 5057 1849


Ελλάδα

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ.

Τηλ: + 30 210 8930 100

Österreich

Gilead Sciences GesmbH

Tel: + 43 1 260 830


España

Gilead Sciences, S.L. Tel: + 34 91 378 98 30

Polska

Gilead Sciences Poland Sp. z o.o. Tel: +48 22 262 8702


France

Gilead Sciences

Tél: + 33 (0) 1 46 09 41 00

Portugal

Gilead Sciences, Lda.

Tel: + 351 21 7928790


Hrvatska

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820

România

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820


Ireland

Gilead Sciences Ltd

Tel: + 44 (0) 8000 113 700

Slovenija

Gilead Sciences International Ltd Tel: + 44 (0) 20 7136 8820


Ísland

Gilead Sciences Sweden AB

Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Sími: + 46 (0) 8 5057 1849

Slovenská republika

Gilead Sciences International Ltd

Tel: + 44 (0) 20 7136 8820


Italia

Gilead Sciences S.r.l.

Tel: + 39 02 439201

Suomi/Finland

Gilead Sciences Sweden AB

Puh/Tel: + 46 (0) 8 5057 1849


Κύπρος

Gilead Sciences Ελλάς Μ.ΕΠΕ. Τηλ: + 30 210 8930 100

Sverige

Gilead Sciences Sweden AB Tel: + 46 (0) 8 5057 1849


Latvija

Gilead Sciences Sweden AB

Tel: + 46 (0) 8 5057 1849

United Kingdom

Gilead Sciences Ltd

Tel: + 44 (0) 8000 113 700


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}.