Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Cimalgex
cimicoxib


FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF


Cimalgex 8 mg pilloli li jintmagħdu għall-klieb Cimalgex 30 mg pilloli li jintmagħdu għall-klieb Cimalgex 80 mg pilloli li jintmagħdu għall-klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ U

    L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI


    Vétoquinol SA Magny Vernois 70200 Lure Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Cimalgex 8 mg pilloli li jintmagħdu għall-klieb Cimalgex 30 mg pilloli li jintmagħdu għall-klieb Cimalgex 80 mg pilloli li jintmagħdu għall-klieb


    Cimicoxib


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull pillola fiha: Cimicoxib 8 mg

    Cimicoxib 30 mg

    Cimicoxib 80 mg


    Cimalgex 8 mg, pilloli: pilloli oblongi ta’ lewn bajdani bojod għal kannella ċari, li jistgħu jintmagħdu b’ferq fuq iż-żewġ naħat.

    Il-pilloli jistgħu jinqasmu f’żewġ partijiet ugwali.

    Cimalgex 30 mg, pilloli: pilloli oblongi ta’ lewn bajdani bojod għal kannella ċari, li jintmagħdu b’2 ifruq fuq iż-żewġ naħat. Il-pilloli jistgħu jinqasmu f’tlett partijiet ugwali.

    Cimalgex 80 mg, pilloli: pilloli oblongi ta’ lewn bajdani bojod għal kannella ċari, li jintmagħdu bi 3 ifruq fuq iż-żewġ naħat. Il-pilloli jistgħu jinqasmu f’partijiet ugwali.


  4. INDIKAZZJONIJIET


    Għall-kura mill-uġigħ u l-infjammazzjoni marbuta ma’ osteoartrite, u l-kontroll ta’ uġigħ waqt interventi kirurġiċi minħabba kirurġija ortopedika jew kirurġija dovuta għal tessut artab, fil-klieb.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fuq klieb li għadhom m’għalqux l-10 ġimgħat.

    Tużax fuq klieb li jbatu minn disturbi fl-istonku jew is-sistema diġestiva jew fi klieb bi problemi ta’ emorraġija.

    Tużax fl-istess waqt ma’ kortikoseterojdi jew mediċini anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs) oħra.

    Tużax jekk il-kelb għandu sensittività eċċessiva għal cimicoxib jew xi wieħed mis-sustanzi l-oħra fil-prodott.

    Tużax fuq annimali waqt it-tgħammir, it-tqala jew l-irdigħ. (ara sezzjoni 12 “Prekawzjonijiet speċjali għal klieb”).


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Disturbi gastrointestinali ħfief (remettar u/jew dijarea) kienu rapportati b’mod komuni ħafna imma dawn damu biss għal ftit żmien.


    F’okkażjonijiet rari, seħħew problemi gastrointestinali serji bħal emorraġiji u formazzjoni ta’ ulċeri. Reazzjonijiet avversi oħra li jinkludu nuqqas t’aptit jew għeja jistgħu jkunu osservati f’okkażjonijiet rari.


    F’każijiet rari ħafna, kienu nnotati li r-riżultati tal-funzjoni tal-kliewi (żidiet fil-parametri bijokimiċi tal-kliewi) kienu ogħla. Barra minn hekk, f’każijiet rari ħafna ġie rrapurtat falliment tas-sistema renali. Bħal fil-każ ta’ kura fit-tul b’NSAIDs, il-funzjoni tal-kliewi għandha tiġi sorveljata.


    Jekk effett avvers osservat jibqa’ jippersisti wara li titwaqqaf il-kura, il-parir tal-veterinarju tiegħek għandu jiġi mfittex.


    Jekk reazzjonijiet avversi bħal remettar persistenti, dijarea ripetuta, demm li ma jidhirx fl-ippurgar, telf f’daqqa fil-piż, anoreksja, għeja kbira jew il-parametri bijokimiċi tal-kliewi jew tal-fwied imorru

    għall-agħar, il-prodott għandu jitwaqqaf u għandek fittex il-parir tat-tabib veterinarju tiegħek minnufih.


    Jekk tinnota xi effetti serji oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HU INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Użu orali.


    Id-doża rakkomandata ta’ cimicoxib hi ta’ 2 mg għal kull kg ta’ piż tal-ġisem, darba kuljum.

    Din it-tabella tippreżenta eżempju ta’ kif il-pilloli u partijiet minnhom jistgħu jintużaw biex tintlaħaq id-doża mixtieqa.


    Piż tal‐

    ġisem

    kg


    8 mg


    30 mg


    80 mg

    2

    1/2

    3

    1

    4

    1


    5

    1/3

    6

    1+1/2

    7‐8

    2

    9‐11

    2+1/2

    12

    3

    13‐17

    1

    18‐22

    1/2

    23‐28

    1+2/3

    29‐33

    2

    34‐38

    2+1/3

    39‐43

    1

    45‐48

    3

    49‐54

    1+1/4

    55‐68

    1+1/2


    L-għażla l-aktar adattata ta’ tip ta’ pillola jew partijiet ta’ pillola titħalla fid-diskrezzjoni tal-veterinarju skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ, sakemm ma jkunx hemm dożaġġ għoli jew baxx.


    Kemm iddum il-kura:

    • Kontroll ta’ uġigħ matul iż-żmien tal-operazzjoni waqt interventi kirurġiċi ortopediċi jew tat-tessut artab: doża waħda sagħtejn qabel il-kirurġija, segwita bi 3 sa 7 ijiem ta’ kura, bażata fuq il-fehma

      tal-veterinarju tiegħek.

    • Sabiex jittaffa l-uġigħ u l-infjammazzjoni marbuta ma’ osteoartrite: 6 xhur. Għal kura fuq perjodu ta’ żmien itwal, monitoraġġ regolari għandu jsir mill-veterinarju tiegħek.


      Il-pilloli ta’ Cimalgex jistgħu jingħataw lill-klieb mal-ikel jew fuq stonku vojt. Il-pilloli fihom it-togħma u studji (fi klieb Beagle f’saħħithom) urew li x’aktarx jittieħu b’mod volontarju

      fil-maġġoranza tal-klieb.


  9. PARIR BIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Xejn.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIN


    Mhux applikabbli.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandu bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ ħażna speċjali. Pakketti ta’ folji - Partijiet ta’ pilloli li jifdal għandhom jinżammu fil-folji u jiġu mormija jekk ma

    jintużawx fi żmien jumejn.

    Fliexken - Partijiet ta’ pilloli li jifdal għandhom jinżammu fil-fliexken u jiġu mormija jekk ma jintużawx fi żmien 90-il jum.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu

    Is-sigurtà ta’ dan il-prodott mediċinali veterinarju għadha ma ġietx stabbilit fi ġriewi, għalhekk monitoraġġ mill-kirurgu veterinarju hu rakkomandat jekk il-kelb ikun għadu ma laħaqx għandu 6 xhur t’età.


    L-użu f’annimali li jbatu minn indeboliment fil-funzjoni tal-qalb, tal-kliewi jew il-funzjoni tal-fwied, jista’ jinvolvi riskju addizzjonali. Evita li tuża dan il-prodott f’annimali li huma diżidrati, ipovilemiċi jew bi pressjoni baxxa, peress li hemm riskju li tiżdied it-tossiċità tal-kliewi.


    Uża dan il-prodott mediċinali veterinarju taħt superviżjoni veterinarja stretta fi klieb meta jkun hemm riskju ta’ ulċeri fl-istonku, jew jekk l-annimal ikun wera sinjali ta’ intolleranza għal NSAIDs oħra.


    Prekawzjonijiet speċjali għan-nies


    Cimicoxib jista’ jikkaġuna sensibilizzazzjoni tal-ġilda. Aħsel idejk sew wara li tuża l-prodott mediċinali veterinarju.


    F’każ li tibilgħu b’mod aċċidentali, fittex parirmediku mal-ewwel u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni jew it-tikketta lit-tabib.


    Persuni li għandhom sensittività eċċessiva magħrufa għal cimicoxib għandhom jevitaw kuntatt mal-prodott mediċinali veterinarju.


    Tqala u treddigħ:


    Tużax fuq annimali waqt It-tgħammir, it-tqala jew klieb nisa li jkunu jreddgħu. Għalkemm m’hemm l-ebda tagħrif dwar l-użu fuq il-klieb, studji fuq annimali tal-laboratorju wrew effetti fuq il-fertilità u l-iżvilupp tal-fetu.


    Cimalgex m’għandux jingħata ma’ kortikosterojdi jew NSAIDs oħra. Il-kura minn qabel b’sustanzi oħra li jaġixxu kontra l-infjammazzjoni tista’ tikkaġuna effetti avversi addizzjonali jew eħrex u għalhekk għandu jkun hemm perjodu li fih ma tingħata l-ebda kura b’mediċini bħal dawn qabel ma tinbeda l-kura b’Cimalgex. Il-perjodu li fih ma tingħata l-ebda kura għandu jieħu inkonsiderazzjoni l-karatteristiċi farmakokinetiċi tal-prodotti mediċinali verterinarju li kienu jintużaw qabel.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):


    Fi studju ta’ doża eċċessiva fejn klieb ingħataw 3 darbiet (5.8 sa 11.8 mg/kg piż tal-ġisem) u 5 darbiet

    (9.7 sa 19.5 mg/kg piż tal-ġisem) id-doża rakkomandata għal perjodu ta’ 6 xhur, ġie osservat li kien hemm żieda marbuta ma’ disturbi gastrointestinali li affettwat il-klieb kollha fil-grupp li ngħata l-ogħla doża.


    Bidliet marbuta ma’ doża simili kienet innotata wkoll fl-ematoloġija u l-għadd ta’ ċelluli bojod tad- demm, kif ukoll l-integrità tal-kliewi.


    Bħal fil-każ ta’ kull NSAID, doża eċċessiva tista’ tikkaġuna tossiċità gastrointestinali, tal-kliewi jew tal-fwied fi klieb sensittivi jew kompromessi.


    Ma jeżistix antidot speċifiku għal dan il-prodott. Terapija sintomatika u ta’ appoġġ li tikkonsisti billi jingħataw sustanzi ta’ protezzjoni gastrointestinali u infużjoni ta’ salina isotonika hija rakkomandata.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Għandhom jamministraw il-prodott mediċinali veterinarju b’kawtela.

    Staqsi lil veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex tipproteġi l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL-PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Cimicoxib hija mediċina li mhix narkotika, taġixxi kontra l-infjammazzjoni u mhix sterojdi (NSAID). Huwa jimpedixxi b’mod silettiv l-enzima cyclooxygenase 2 (COX-2), li hi responsabbli għal uġigħ, infjammazzjoni jew deni. L-enzima cyclooxygenase 1 (COX-1) li għandha funzjonijiet protettivi, pereżempju fil-passaġġ diġestiv u l-kliewi, mhix imxekkla b’cimicoxib.


Wara li jingħata fil-ħalq lil klieb fid-dożi rakkomandati, cimicoxib ma jiġix assorbit malajr.

Il-metaboliżmu ta’ cimicoxib hu estensiv. Il-metabolit ewlieni, demethylated cimicoxib huwa eliminat prinċipalment mal-ippurgar permezz tar-rotta biljarja u, bil-wisq inqas, mal-awrina. Il-metabolit

l-ieħor, konjugat ta’ glucuronide ta’ demethylated cimicoxib, huwa eliminat fl-awrina.


F’mudell ta’ uġigħ indott b’mod artifiċjali fil-klieb intwera li l-effetti li jtaffu l-uġigħ u l-infjammazzjoni ta’ cimicoxib baqgħu sejrin għal madwar 10-14-il siegħa.


Il-qawwiet kollha tal-pilloli Cimalgix huma disponibbli fid-daqsijiet tal-pakkett u l-għamli li ġejjin:

kaxxa tal-kartun. Daqs tal-pakkett ta’ 45 pillola. Mhux id-daqsijiet tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.