Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Vidaza
azacitidine

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Vidaza 25 mg/mL trab għal suspensjoni għall-injezzjoni

Azacitidine


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Vidaza u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Vidaza

  3. Kif għandek tuża Vidaza

  4. Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen Vidaza

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Vidaza u gћalxiex jintuża X’inhu Vidaza

    Vidaza hi sustanza kontra l-kanċer li tappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħa ‘antimetaboliti’. Vidaza fih is-sustanza attiva msejħa ‘azacitidine’.


    Għalxiex jintuża Vidaza

    Vidaza jintuża fl-adulti li ma jkunx jista’ jkollhom trapjant b’ċelluli staminali biex jikkura:

    • sindromi majelodisplastiċi (MDS) ta’ riskju ogħla.

    • lewkimja majelomonoċitika kronika (CMML).

    • lewkimja majelojde akuta (AML).


      Dan hu mard li jaffettwa l-mudullun u jista’ jikkawża problemi fil-produzzjoni ta’ ċelluli tad-demm normali.


      Kif jaħdem Vidaza

      Vidaza jaħdem billi jimpedixxi t-tkabbir ta’ ċelluli tal-kanċer. Azacitidine jinkorpora ruħu fil-materjal ġenetiku taċ-ċelluli (ribonucleic acid (RNA) u deoxyribonucleic acid (DNA)). Hu maħsub li jaħdem billi jibdel il-mod ta’ kif iċ-ċelluli jattivaw jew jiddiżattivaw il-ġeni u kif ukoll billi jinterferixxi

      fil-produzzjoni ta’ RNA u DNA ġodda. Hu maħsub li dawn l-azzjonijiet jikkoreġu l-problemi fil-maturazzjoni u t-tkabbir ta’ ċelluli tad-demm żgħar fil-mudullun li jikkawżaw disturbi majelodisplastiċi, u li joqtlu ċelluli tal-kanċer fil-lewkimja.

      Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif Vidaza jaħdem jew

      għaliex ingħatatlek riċetta għalih.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tuża Vidaza Tużax Vidaza

    • jekk inti allerġiku għal azacitidine jew xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

    • jekk għandek kanċer avvanzat tal-fwied.

    • jekk qed tredda’.

      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tuża Vidaza:

    • jekk għandek tnaqqis fl-għadd ta’ plejtlits, ċelluli ħomor jew bojod tad-demm.

    • jekk għandek mard tal-kliewi.

    • jekk għandek mard tal-fwied.

    • jekk qatt kellek kundizzjoni fil-qalb jew attakk tal-qalb jew kwalunkwe storja medika ta’ mard fil-pulmun.

      Vidaza jista’ jikkawża reazzjoni immuni serja msejħa ‘sindromu ta’ differenzjar’ (ara sezzjoni 4). Test tad-demm

      Ser isirulek testijiet tad-demm qabel ma tibda l-kura b’Vidaza u fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ kura

      (imsejjaħ ‘ċiklu’). Dan isir biex jiċċekkja li għandek biżżejjed ċelluli tad-demm u li l-fwied u l-kliewi qed jaħdmu kif suppost.


      Tfal u adolexxenti

      Vidaza mhuwiex rakkomandat għall-użu fit-tfal jew fl-adolexxenti taħt it-18-il sena.


      Mediċini oħra u Vidaza

      Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek jekk qed tuża, użajt dan l-aħħar jew tista’ tuża xi mediċini oħra. Dan għaliex Vidaza jista’ jaffettwa l-mod kif jaħdmu xi mediċini oħra. Flimkien ma’ dan, xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod kif jaħdem Vidaza.


      Tqala, treddigħ u fertilità


      Tqala

      M’għandekx tuża Vidaza matul it-tqala għax jista’ jkun ta’ ħsara għat-tarbija.

      Jekk inti mara li tista’ toħroġ tqila, għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt li tkun qed tieħu Vidaza u għal 6 xhur wara li twaqqaf it-trattament b’Vidaza.

      Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinqabad tqila matul il-kura.


      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Treddigħ

      M’għandekx tredda’ meta tkun qed tuża Vidaza. Mhux magħruf jekk dil-mediċina tgħaddix fil-ħalib tal-bniedem.


      Fertilità

      L-irġiel m’għandhomx inisslu trabi meta jkunu qed jirċievu kura b’Vidaza. L-irġiel għandhom jużaw metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni waqt li jkunu qed jieħdu Vidaza u għal 3 xhur wara li jwaqqfu t- trattament b’Vidaza.


      Kellem lit-tabib tiegħek jekk tixtieq tikkonserva l-isperma tiegħek qabel tibda din il-kura.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Issuqx u tħaddimx għodda jew makkinarju jekk ikollok effetti sekondarji, bħal għeja.


  3. Kif gћandek tuża Vidaza


    Qabel ma jagħtik Vidaza, it-tabib tiegħek ser jagħtik mediċina oħra biex ma jkollokx nawseja u rimettar fil-bidu ta’ kull ċiklu tal-kura.


    • Id-doża rakkomandata hija 75 mg/m2 ta’ erja tas-superfiċje tal-ġisem. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi d-doża tiegħek ta’ din il-mediċina, skont il-kundizzjoni ġenerali, it-tul u l-piż tiegħek.

      It-tabib tiegħek ser jiċċekkja l-progress tiegħek u jista’ jibdel id-doża tiegħek jekk ikun hemm bżonn.

    • Vidaza jingħata kuljum għal ġimgħa, segwit minn perjodu ta’ serħan ta’ 3 ġimgħat. Dan

      iċ-“ċiklu tal-kura” ser jiġi ripetut kull 4 ġimgħat. Normalment inti ser tirċievi mill-inqas 6 ċikli tal-kura.


      Din il-mediċina ser tingħatalek bħala injezzjoni taħt il-ġilda minn tabib jew infermier. Tista’ tingħatalek taħt il-ġilda fil-koxxa, żaqqek jew fin-naħa ta’ fuq tad-driegħ.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ dan il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin:

    • Ngħas, rogħda, suffejra, nefħa addominali u titbenġel faċilment. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ insuffiċjenza tal-fwied u jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja.

    • Nefħa tar-riġlejn u tas-saqajn, uġigħ fid-dahar, tnaqqis fl-ammont ta’ awrina, żieda

      fl-għatx, rata mgħaġġla tal-polz, sturdament u nawseja, rimettar jew tnaqqis fl-aptit u sensazzjonijiet ta’ konfużjoni, nuqqas ta’ kwiet jew għeja. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ insuffiċjenza tal-kliewi li jistgħu jkunu ta’ periklu għall-ħajja.

    • Deni. Dan jista’ jkun minħabba infezzjoni bħala riżultat li jkollok livelli baxxi ta’ ċelluli bojod tad-demm, li jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja.

    • Uġigħ fis-sider jew qtugħ ta’ nifs li jista’ jkun akkompanjat minn deni. Dan jista’ jseħħ minħabba infezzjoni fil-pulmun imsejħa “pnewmonja”, u jista’ jkun ta’ periklu għall-ħajja.

    • Ħruġ ta’ demm. Bħal demm fl-ippurgar minħabba ħruġ ta’ demm fl-istonku jew fl-imsaren, jew bħal ħruġ ta’ demm ġo rasek. Dawn jistgħu jkunu sintomi li jkollok livelli baxxi ta’ plejtlits fid-demm tiegħek

    • Diffikultà biex tieħu n-nifs, nefħa fix-xufftejn, ħakk jew raxx. Dan jista’ jiġri minħabba reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva).


      Effetti sekondarji oħra jinkludu:


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn 1 minn kull 10 persuni)

    • Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija). Tista’ tħossok għajjien/a u tkun musfar/a.

    • Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm. Dan jista’ jkun akkompanjat minn deni. Ikun mistenni wkoll li jkollok infezzjonijiet.

    • Għadd baxx ta’ plejtlits fid-demm (tromboċitopenja). Tkun iktar suxxettibbli għal ħruġ ta’ demm u tbenġil.

    • Stitikezza, dijarea, nawseja, rimettar.

    • Pnewmonja.

    • Uġigħ fis-sider, qtugħ ta’ nifs.

    • Għeja kbira.

    • Reazzjoni fejn tkun ingħatajt l-injezzjoni li tinkludi ħmura, uġigħ jew reazzjoni fil-ġilda.

    • Nuqqas fl-aptit.

    • Uġigħ fil-ġogi.

    • Tbenġil.

    • Raxx.

    • Tikek ħomor jew vjola taħt il-ġilda.

    • Uġigħ ta’ żaqq (uġigħ addominali).

    • Ħakk.

    • Deni.

    • Uġigħ fl-imnieħer u fil-gerżuma.

    • Sturdament.

    • Uġigħ ta’ ras.

    • Ikollok problemi biex torqod (insomnja).

    • Tinfaraġ (epistassi).

    • Uġigħ fil-muskoli.

    • Dgħufija (astenja).

    • Telf ta’ piż.

    • Livelli baxxi ta’ potassium fid-demm tiegħek.


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni)

    • Ħruġ ta’ demm ġo rasek.

    • Infezzjoni tad-demm ikkawżata mill-batterji (sepsis). Din tista’ sseħħ minħabba livelli baxxi ta’ ċelluli bojod fid-demm tiegħek.

    • Insuffiċjenza tal-mudullun. Din tista’ tikkawża livelli baxxi ta’ ċelluli tad-demm ħomor u bojod u plejtlits.

    • Tip ta’ anemija fejn iċ-ċelluli tad-demm ħomor u bojod u l-plejtlits jonqsu.

    • Infezzjoni fl-awrina tiegħek.

    • Infezzjoni virali li tikkawża nfafet fil-ġilda (herpes).

    • Ħruġ ta’ demm mill-ħanek, ħruġ ta’ demm fl-istonku jew fl-imsaren, ħruġ ta’ demm minn fejn tipporga minħabba l-murliti (emorraġija tal-murliti), ħruġ ta’ demm f’għajnejk, ħruġ ta’ demm taħt il-ġilda, jew ġol-ġilda (ematoma).

    • Demm fl-awrina tiegħek.

    • Ulċeri f’ħalqek jew f’ilsienek.

    • Tibdil fil-ġilda tiegħek fis-sit tal-injezzjoni. Dan jinkludi nefħa, għoqda iebsa, tbenġil, ħruġ ta’ demm ġol-ġilda tiegħek (ematoma), raxx, ħakk u tibdil fil-kulur tal-ġilda.

    • Ħmura fil-ġilda tiegħek.

    • Infezzjoni fil-ġilda (ċellulite).

    • Infezzjoni fl-imnieħer u l-gerżuma, jew uġigħ fil-gerżuma.

    • Uġigħ fl-imnieħer jew imnieħer inixxi jew fis-sinus (sinusite).

    • Pressjoni tad-demm għolja jew baxxa (ipertensjoni jew ipotensjoni).

    • Taqta’ n-nifs meta tiċċaqlaq.

    • Uġigħ fil-gerżuma u fil-larinġi tiegħek.

    • Indiġestjoni.

    • Letarġija.

    • Sensazzjoni ġenerali li ma tħossokx tajjeb.

    • Ansjetà.

    • Tħossok konfuż.

    • Telf ta’ xagħar.

    • Insuffiċjenza tal-kliewi.

    • Deidratazzjoni.

    • Kisja bajda li tiksi l-ilsien, in-naħa ta’ ġewwa tal-ħaddejn, u xi kultant fuq is-saqaf ta’ ħalqek, il-ħanek u t-tunsilli (infezzjoni fungali orali).

    • Ħass ħażin.

    • Waqgħa fil-pressjoni tad-demm meta tqum bilwieqfa (pressjoni baxxa ortostatika) li twassal għal sturdament meta tiċċaqlaq għal pożizzjoni bilwieqfa jew bilqiegħda.

    • Irqad, ngħas (sonnolenza).

    • Ħruġ ta’ demm minħabba linja tal-kateter.

    • Marda li taffettwa l-imsaren li tista’ tirriżulta f’deni, rimettar u wġigħ fl-istonku (divertikulite).

    • Fluwidu madwar il-pulmun (effużjoni tal-plewra).

    • Rogħda (tertir ta’ bard).

    • Spażmi fil-muskoli.

    • Raxx bil-ħakk imqabbeż ’il fuq fuq il-ġilda (urtikarja).

    • Akkumulazzjoni ta’ fluwidu madwar il-qalb (effużjoni perikardijaka).


    Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna)

    • Reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva).

    • Rogħda.

    • Insuffiċjenza tal-fwied.

    • Irqajja’ kbar imqabbżin ’il fuq u bl-uġigħ fuq il-ġilda, ta’ lewn l-għanbaqar, u bid-deni.

    • Ulċerazzjoni tal-ġilda bl-uġigħ (pyoderma gangrenosum).

    • Infjammazzjoni tal-kisja madwar il-qalb (perikardite).


    Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 persuna)

    • Sogħla xotta.

    • Nefħa bla wġigħ fit-truf tas-swaba’ (clubbing).

    • Sindromu tal-lisi tat-tumur - kumplikazzjonijiet metaboliċi li jistgħu jseħħu waqt il-kura tal-kanċer u xi kultant anki mingħajr il-kura. Dawn il-kumplikazzjonijiet huma kkawżati

      mill-prodotti taċ-ċelluli tal-kanċer li jkunu qed imutu, u jistgħu jinkludu dawn li ġejjin: tibdil

      fil-kimika tad-demm; livell għoli ta’ potassium, phosphorus, uric acid, u livell baxx ta’ calcium, li konsegwentement iwassal għal tibdil fil-funzjoni tal-kliewi, tat-taħbit tal-qalb, aċċessjonijiet, u xi kultant il-mewt.


      Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)

    • Infezzjoni tas-saffi aktar fondi tal-ġilda, li tinfirex malajr, u tagħmel ħsara lill-ġilda u lit-tessut, u tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja (faxxite nekrotizzanti).

    • Reazzjoni immuni serja (sindromu ta’ differenzjar) li tista’ tikkawża deni, sogħla, diffikultà biex tieħu n-nifs, raxx, tnaqqis fl-awrina, pressjoni tad-demm baxxa (ipotensjoni), nefħa tad-dirgħajn jew ir-riġlejn u żieda malajr fil-piż.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Vidaza


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-kunjett u fuq il-kaxxa tal-kartun. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    It-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek huma responsabbli biex jaħżnu Vidaza. Huma wkoll responsabbli biex jippreparaw u jarmu kwalunkwe Vidaza mhux użat b’mod korrett.


    Għal kunjetti magħluqa (qatt ma nfetħu) ta’ din il-mediċina – m’hemm l-ebda kundizzjonijiet speċjali ta’ ħażna.


    Meta tużah immedjatament

    Ġaladarba s-suspensjoni tkun ġiet ippreparata, din għandha tittieħed fi żmien 45 minuta.


    Meta jintuża aktar tard

    Jekk is-suspensjoni ta’ Vidaza tiġi ppreparata billi tuża ilma għall-injezzjonijiet li ma jkunx tpoġġa fi friġġ, is-suspensjoni għandha titpoġġa ġo friġġ (2°C sa 8°C) immedjatament wara li tkun ġiet ippreparata, u tinżamm fil-friġġ għal massimu ta’ 8 sigħat.

    Jekk is-suspensjoni ta’ Vidaza tiġi ppreparata billi tuża ilma għall-injezzjonijiet li jkun inħażen fi friġġ (2°C sa 8°C), is-suspensjoni għandha titpoġġa ġo friġġ (2°C sa 8°C) immedjatament wara li tiġi ppreparata, u tinżamm fil-friġġ għal massimu ta’ 22 siegħa.


    Is-suspensjoni għandha titħalla sa 30 minuta qabel tingħata biex tilħaq it-temperatura tal-kamra (20°C-25°C).


    Jekk ikun hemm frak kbir fis-suspensjoni, din għandha tintrema.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Vidaza


Kif jidher Vidaza u l-kontenut tal-pakkett

Vidaza hu trab għal suspensjoni għall-injezzjoni abjad u hu fornut f’kunjett tal-ħġieġ li fih 100 mg ta’ azacitidine. Kull pakkett fih kunjett wieħed ta’ Vidaza.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Bristol-Myers Squibb Pharma EEIG Plaza 254

Blanchardstown Corporate Park 2

Dublin 15, D15 T867 L-Irlanda


Manifattur

Celgene Distribution B.V. Orteliuslaan 1000

3528 BD Utrecht

L-Olanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


għall-Mediċini /. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kuri.


-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


Rakkomandazzjonijiet għal immaniġġjar sigur

Vidaza hu prodott mediċinali ċitotossiku u, bħal fil-każ ta’ prodotti oħra potenzjalment tossiċi, għandha tintuża l-kawtela meta timmaniġġja u tipprepara suspensjonijiet ta’ azacitidine. Il-proċeduri għall-immaniġġjar u rimi kif suppost ta’ prodotti mediċinali kontra l-kanċer għandhom jiġu segwiti.

Jekk azacitidine rikostitwit imiss mal-ġilda, aħsel immedjatament u bir-reqqa bis-sapun u bl-ilma. Jekk imiss mal-membrani mukużi, laħlaħ bir-reqqa bl-ilma.


Inkompatibilitajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija hawn taħt (ara “Proċedura tar-Rikostituzzjoni”).

Proċedura tar-rikostituzzjoni

Vidaza għandu jiġi rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet. Iż-żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali rikostitwit jista’ jiġi estiż billi jiġi rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet li jkun tpoġġa fi friġġ (2°C sa 8°C). Dettalji dwar il-ħażna tal-prodott rikostitwit qed jingħataw hawn taħt.


  1. L-oġġetti li ġejjin għandhom jitlestew:

    Kunjett(i) ta’ azacitidine; kunjett(i) ta’ ilma għall-injezzjonijiet; ingwanti kirurġiċi mhux sterili; biċċiet tat-tajjar bl-alkoħol; siringa(i) għall-injezzjoni ta’ 5 mL bil-labra (labar).

  2. 4 ml ta’ ilma għall-injezzjonijiet għandhom jinġibdu ġos-siringa, filwaqt li taċċerta ruħek li tneħħi xi arja li tkun inqabdet ġos-siringa.

  3. Il-labra tas-siringa li jkun fiha l-4 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet għandha tiddaħħal minn

    ġol-għatu tal-lastku tal-kunjett ta’ azacitidine segwita mill-injezzjoni tal-ilma għall-injezzjonijiet ġol-kunjett.

  4. Wara li jitneħħew is-siringa u l-labra, il-kunjett għandu jiċċaqlaq bis-saħħa sakemm tinkiseb suspensjoni uniformi u mċajpra. Wara r-rikostituzzjoni kull millilitru ta’ suspensjoni ser ikun fih 25 mg ta’ azacitidine (100 mg/4 mL). Il-prodott rikostitwit hu suspensjoni omoġenja u mċajpra, mingħajr agglomerati. Il-prodottgħandujintremajekkikunfihfrakkbirjew agglomerati. Tiffiltrax is-suspensjoni wara r-rikostituzzjoni għax dan jista’ jista’ jneħħi

    s-sustanza attiva. Wieħed għandu jikkunsidra li hemm filtri f’xi adaptors, spikes u sistemi

    magħluqin; għalhekk sistemi bħal dawn m’għandhomx jintużaw għall-għoti tal-prodott mediċinali wara r-rikostituzzjoni.

  5. It-tapp tal-lastku għandu jitnaddaf u tiddaħħal fil-kunjett siringa ġdida bil-labra. Imbagħad il-kunjett għandu jinqaleb ta’ taħt fuq, u jiġi aċċertat li t-tarf tal-labra jkun taħt il-livell

    tal-likwidu. Imbagħad il-planġer għandu jinġibed lura biex jiġbed l-ammont tal-prodott mediċinali meħtieġ għad-doża adattata, u jiġi aċċertat li titneħħa xi arja li tkun inqabdet ġos-siringa. Is-siringa bil-labra għandha mbagħad titneħħa mill-kunjett, u l-labra tintrema.

  6. Labra ġdida għall-injezzjonijiet taħt il-ġilda (daqs ta’ 25-gauge hu rakkomandat) għandha mbagħad titwaħħal b’mod sod mas-siringa. Il-labra m’għandhiex tkun purged qabel l-injezzjoni biex titnaqqas l-inċidenza ta’ reazzjonijiet lokali fis-sit tal-injezzjoni.

  7. Meta jkun meħtieġ iktar minn kunjett 1 il-passi kollha t’hawn fuq għall-preparazzjoni

    tas-suspensjoni għandhom jiġu ripetuti. Għal dożi li jkunu jeħtieġu iktar minn kunjett 1, id-doża għandha tinqasam b’mod ugwali eż., doża ta’ 150 mg = 6 mL, 2 siringi bi 3 mL f’kull siringa. Minħabba ż-żamma ta’ suspensjoni fil-kunjett u l-labra, jista’ ma jkunx possibbli li tiġbed is- suspensjoni kollha mill-kunjett.

  8. Il-kontenut tas-siringa tad-dożaġġ għandu jerġa’ jsir f’suspensjoni mill-ġdid immedjatament qabel l-għoti. It-temperatura tas-suspensjoni fil-ħin tal-injezzjoni għandha tkun ta’

madwar 20°C-25°C. Biex tagħmel suspensjoni mill-ġdid, irrombla bis-saħħa s-siringa bejn il-kefef ta’ idejk sakemm tikseb suspensjoni uniformi u mċajpra. Il-prodottgħandujintrema jekk ikun fih frak kbir jew agglomerati.


Ħażna tal-prodott rikostitwit

Għal użu immedjat

Is-suspensjoni ta’ Vidaza tista’ tkun ippreparata immedjatament qabel l-użu u s-suspensjoni rikostitwita għandha tingħata fi żmien 45 minuta. Jekk jgħaddu iktar minn 45 minuta, is-suspensjoni rikostitwita għandha tintrema kif suppost u doża ġdida tkun ippreparata.


Biex jintuża aktar tard

Meta tirrikostitwixxi billi tuża ilma għall-injezzjonijiet li ma jkunx tpoġġa fi friġġ, is-suspensjoni rikostitwita għandha titpoġġa ġo friġġ (2°C sa 8°C) immedjatament wara r-rikostituzzjoni, u tinżamm fil-friġġ għal massimu ta’ 8 sigħat. Jekk il-ħin fil-friġġ ikun ta’ iktar minn 8 sigħat, is-suspensjoni għandha tintrema kif suppost u doża ġdida tkun ippreparata.


Meta tirrikostitwixxi billi tuża ilma għall-injezzjonijiet li jkun tpoġġa fi friġġ (2°C sa 8°C), is-suspensjoni rikostitwita għandha titpoġġa ġo friġġ (2°C sa 8°C) immedjatament wara

r-rikostituzzjoni, u tinżamm fil-friġġ għal massimu ta’ 22 siegħa. Jekk il-ħin fil-friġġ ikun ta’ iktar minn 22 siegħa, is-suspensjoni għandha tintrema kif suppost u doża ġdida tkun ippreparata.

Is-siringa mimlija bis-suspensjoni rikostitwita għandha titħalla sa 30 minuta qabel l-għoti biex tilħaq temperatura ta’ madwar 20°C-25°C. Jekk jgħaddu iktar minn 30 minuta, is-suspensjoni għandha tintrema kif suppost u doża ġdida tkun ippreparata.


Kalkulazzjoni ta’ doża individwali

Id-doża totali skont l-erja tas-superfiċje tal-ġisem (BSA) tista’ tkun ikkalkulata kif ġej: Doża totali (mg) = Doża (mg/m2) x BSA (m2)

image

It-tabella li ġejja hi pprovduta biss bħala eżempju ta’ kif tikkalkula dożi individwali ta’ azacitidine li huma bbażati fuq valur medju tal-BSA ta’ 1.8 m2.


Doża mg/m2

(% tad-doża tal-bidu rakkomandata)

Doża totali bbażata fuq il-valur BSA ta’ 1.8 m2

Numru ta’ kunjetti meħtieġa

Volum totali tas-suspensjoni

rikostitwita meħtieġa

75 mg/m2 (100%)

135 mg

2 kunjetti

5.4 mL

37.5 mg/m2 (50%)

67.5 mg

kunjett 1

2.7 mL

25 mg/m2 (33%)

45 mg

kunjett 1

1.8 mL


Metodu ta’ kif għandu jingħata

Tiffiltrax is-suspensjoni wara r-rikostituzzjoni.


Vidaza rikostitwit għandu jkun injettat taħt il-ġilda (daħħal il-labra f’angolu ta’ 45-90°) billi tuża labra 25-gauge fil-parti ta’ fuq tad-driegħ, koxxa jew addome.


Dożi ta’ iktar minn 4 mL għandhom ikunu injettati f’żewġ postijiet separati.


Ibdel il-postijiet fejn tingħata l-injezzjoni. Injezzjonijiet ġodda għandhom jingħataw mill-inqas 2.5 ċm mill-post ta’ qabel u qatt f’żoni fejn il-ġilda tkun ratba, imbenġla, ħamra, jew iebsa.


Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.