Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Abilify Maintena
aripiprazole

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Abilify Maintena 300 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil- mod

Abilify Maintena 400 mg trab u solvent għal suspensjoni għall-injezzjoni li terħi l-mediċina bil-

mod

aripiprazole


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tirċievi din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Stadju 2: Rikostituzzjoni tat-trab

  1. Neħħi l-għotjien tal-kunjetti tas-solvent u tat-trab u imsaħ il-partijiet ta’ fuq b’imselħa sterili bl- alkoħol.

  2. Permezz tas-siringa bil-labra mwaħħla bil-lest, iġbed il-volum ta’ solvent stabbilit minn qabel minn ġol-kunjett tas-solvent għal ġos-siringa.

    Kunjett ta’ 300 mg:

    Żid 1.5 ml ta’ solvent biex tirrikostitwixxi t-trab. Kunjett ta’ 400 mg:

    Żid 1.9 ml ta’ solvent biex tirrikostitwixxi t-trab.

    Ammont żgħir ta’ solvent residwu ser jibqa’ ġol-kunjett wara li jkun inġibed. Dak żejjed għandu jintrema.


    image Ilma


  3. Bil-mod injetta s-solvent ġol-kunjett li fih it-trab.

  4. Neħħi l-arja biex tibbilanċja l-pressjoni fil-kunjett billi tiġbed il-planġer ftit lura.


    image


  5. Wara, neħħi l-labra minn ġol-kunjett.

    Ħaddem l-apparat ta’ protezzjoni għal-labra billi tuża t-teknika ta’ id waħda.

    Bil-mod agħfas l-għant ma’ wiċċ ċatt sakemm il-labra tkun imqabbda sew fl-għant ta’ protezzjoni tal-labra.

    Fuq għajnejk ikkonferma li l-labra hija imqabbda kollha kemm hi ġol-għant ta’ protezzjoni tal-

    labra, u armiha.


    image

    image

    Għatu Armi


  6. Ħawwad il-kunjett sew għal tal-anqas 30 sekonda sakemm is-suspensjoni tidher kollha l-istess.


    image


  7. Ifli s-suspensjoni rrikostitwita għall-preżenza ta’ frak u tibdil fil-kulur qabel ma tagħtiha. Il- mediċina rrikostitwita hija suspensjoni fluwida, minn bajda sa offwajt. Tużax jekk is- suspensjoni rrikostitwita fiha frak jew xi tibdil fil-kulur.

  8. Jekk l-injezzjoni ma tingħatax mill-ewwel wara r-rikostituzzjoni, żomm il-kunjett f’temperatura taħt il-25 °C għal mhux aktar minn 4 sigħat u ħawwad sew għal tal-anqas 60 sekonda sabiex

    terġa’ tagħmel is-suspensjoni mill-ġdid qabel l-injezzjoni.

  9. M’għandekx taħżen is-suspensjoni rrikostitwita ġos-siringa.


Stadju 3: Preparazzjoni qabel l-injezzjoni

  1. Neħħi l-għatu, imma mhux l-adapter minn ġol-pakkett.

  2. Billi tuża l-pakkett tal-adapter tal-kunjett biex timmaniġġja l-adapter tal-kunjett, waħħal is- siringa luer lock ippakkjata bil-lest mal-adapter tal-kunjett.


    image

  3. Uża s-siringa luer lock biex tneħħi l-adapter tal-kunjett minn ġol-pakkett u armi l-pakkett tal- adapter tal-kunjett. Fl-ebda ħin m’għandek tmiss it-tarf tal-ponta tal-adapter.


    image


  4. Stabilixxi l-volum irrakkomandat għall-injezzjoni.


    Abilify Maintena Kunjett ta’ 300 mg

    Doża

    Volum li għandek tinjetta

    ---

    ---

    300 mg

    1.5 ml

    200 mg

    1.0 ml

    160 mg

    0.8 ml


    Abilify Maintena Kunjett ta’ 400 mg

    Doża

    Volum li għandek tinjetta

    400 mg

    2.0 ml

    300 mg

    1.5 ml

    200 mg

    1.0 ml

    160 mg

    0.8 ml


  5. Imsaħ il-parti ta’ fuq tal-kunjett tas-suspensjoni rrikostitwita b’imselħa sterili bl-alkoħol.

  6. Qiegħed u żomm il-kunjett tas-suspensjoni rrikostitwita fuq wiċċ iebes. Waħħal il-muntaġġ tal- adapter u s-siringa mal-kunjett billi żżomm il-parti ta’ barra tal-adapter u timbotta l-ponta tal- adapter b’mod sod minn ġot-tapp tal-lastiku, sakemm l-adapter ifaqqa’ f’postu.

  7. Bil-mod iġbed il-volum irrakkomandat minn ġol-kunjett għal ġos-siringa luer lock sabiex tlesti għall-injezzjoni.

Ammont żgħir ta’ prodott żejjed ser jibqa’ ġol-kunjett.


image


Stadju 4: Proċedura tal-injezzjoni

  1. Aqla’ minn mal-kunjett is-siringa luer lock li fiha l-volum irrakkomandat ta’ suspensjoni rrikostitwita ta’ Abilify Maintena.

  2. Agħżel waħda mil-labar ipodermiċi ta’ sigurtà li ġejjin skont is-sit tal-injezzjoni u l-piż tal- pazjent u waħħal il-labra mas-siringa luer lock li jkun fiha s-suspensjoni għall-injezzjoni.

    Aċċerta ruħek li l-labra hija mqabbda sew fuq l-apparat ta’ protezzjoni għal-labra billi

    timbuttaha u ddawwarha lejn il-lemin u mbagħad iġbed l-għatu tal-labra dritt lil hinn mil-labra.


    Statura tal-ġisem

    Sit tal-injezzjoni

    Daqs tal-labra


    Mhux obeżi


    Deltojde Gluteali


    25 mm (pulzier) 23 gejġ

    38 mm (pulzier u nofs) 22 gejġ


    Obeżi


    Deltojde Gluteali


    38 mm (pulzier u nofs) 22 gejġ

    51 mm (2 pulzieri) 21 gejġ


  3. Bil-mod injetta l-volum irrakkomandat bħala injezzjoni waħda ġol-muskolu gluteali jew deltojde. Timmassaġjax is-sit tal-injezzjoni. Għandu jkun hemm attenzjoni biex jiġi evitat li wieħed jinjetta ġo arterja jew vina bi żball. M’għandekx tinjetta ġo post fejn hemm sinjali ta’ infjammazzjoni, ħsara fil-ġilda, għoqiedi u/jew tbenġil.

Għall-injezzjoni biss fil-fond tal-muskolu gluteali jew deltojde.


image

image

deltojde gluteali


Ftakar li għandek tbiddel is-siti ta’ injezzjonijiet bejn iż-żewġ muskoli gluteali jew deltojde. Jekk il-bidu ser ikun b’żewġ injezzjonijiet, injetta f’żewġ siti differenti f’żewġ muskoli differenti. M’GĦANDEKX tinjetta ż-żewġ injezzjonijiet fl-istess waqt fl-istess muskolu deltojdi jew gluteali. Għal metabolizzaturi batuti ta’ CYP2D6 magħrufa, agħti jew f’żewġ muskoli deltojdi separati jew wieħed f’deltojdi u ’l ieħor f’muskolu gluteali. M’GĦANDEKX tinjetta fiż-żewġ muskoli gluteali.

Oqgħod attent għal sinjali jew sintomi ta’ għoti ġol-vina bi żball.


Stadju 5: Proċeduri wara l-injezzjoni

Ħaddem l-apparat ta’ protezzjoni għal-labra kif deskritt fi Stadju 2 e). Armi l-kunjetti, l-adapter, il- labar u s-siringi b’mod xieraq wara l-injezzjoni.

Il-kunjetti tat-trab u s-solvent huma għall-użu ta’ darba biss.


image

image

Għatu Armi