Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Pregabalin Pfizer
pregabalin

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Pregabalin Pfizer 25 mg kapsuli ibsin Pregabalin Pfizer 50 mg kapsuli ibsin Pregabalin Pfizer 75 mg kapsuli ibsin Pregabalin Pfizer 100 mg kapsuli ibsin Pregabalin Pfizer 150 mg kapsuli ibsin Pregabalin Pfizer 200 mg kapsuli ibsin Pregabalin Pfizer 225 mg kapsuli ibsin Pregabalin Pfizer 300 mg kapsuli ibsin pregabalin


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:


  1. X’inhu Pregabalin Pfizer u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Pfizer

  3. Kif għandek tieħu Pregabalin Pfizer

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Pregabalin Pfizer

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Pregabalin Pfizer u għalxiex jintuża


    Pregabalin Pfizer jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jintużaw għall-kura ta’ l-epilessija, l-uġigħ nevrotiku u d-Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata (GAD - Generalised Anxiety Disorder) fl-adulti.


    Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali: Pregabalin Pfizer jintuża sabiex jiġi kkurat uġigħ fit-tul ikkawżat minn ħsara fin-nervituri. Hemm numru ta’ mard li jista’ jikkaġuna wġigħ nevrotiku periferali, bħad-dijabete jew il-ħruq ta’ Sant’Antnin. Is-sensazzjonijiet ta’ uġigħ li wieħed iħoss jistgħu jiġu deskritti bħala sħana, ħruq, tektik, uġigħ li jiġri minn parti għal oħra tal-ġisem, tniffid, uġigħ qawwi, bugħawwieġ, weġgħat, tnemnim, tinġiż. L-uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali jista’ jkun assoċjat ukoll ma’ bidliet fil-burdata, disturb fl-irqad, għeja, u jista’ jkollu impatt fuq il-funzjonament fiżiku u soċjali u fuq il-kwalità tal-ħajja in ġenerali.


    Epilessija: Pregabalin Pfizer tintuża sabiex tiġi kkurata ċerta forma ta’ epilessija (aċċessjonijiet parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja) fl-adulti. It-tabib tiegħek jordnalek Pregabalin Pfizer biex jgħin fil-kura ta’ l-epilessija meta l-kura li tkun qed tieħu ma tkunx qiegħda tikkontrolla l- kondizzjoni tiegħek. Pregabalin Pfizer għandu jittieħed mal-kura li tkun qiegħed/qiegħda tieħu. Pregabalin Pfizer mhuwiex maħsub sabiex jintuża waħdu, iżda għandu dejjem jintuża ma’ trattament ieħor kontra l-epilessija.


    Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata: Pregabalin Pfizer jintuża għall-kura ta’ Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata (GAD). Is-sintomi ta’ GAD huma ansjetà eċċessiva fit-tul u tħassib li jkunu diffiċli biex tikkontrollahom. GAD jista’ jikkawża wkoll irrekwitezza jew tħossok eċċitat jew fuq ix-xwiek, tegħja malajr (għajjien), diffikulta’ biex tikkonċentra jew ma tiftakar xejn, tħossok irritabbli, ikollok tensjoni fil-muskoli jew disturb fl-irqad. Dan huwa differenti mit-tensjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Pfizer Tiħux Pregabalin Pfizer

    Jekk int allerġiku għal pregabalin jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).


    Twissijiet u prekawzjonijiet


    Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Pregalablin Pfizer.


    • Xi pazjenti li jużaw Pregabalin Pfizer irrappurtaw sintomi li jindikaw reazzoni allerġika. Dawn iss-sintomi

      jinkludu nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien, kif ukoll raxx diffus tal-ġilda. Jekk tħoss kwalunkwe minn dawn is-sintomi għandek tkellem immedjatament lit-tabib tiegħek.


    • Pregabalin Pfizer ġie assoċjat ma’ sturdament u ngħas, li jistgħu jżidu l-okkorrenza ta’ korriment aċċidentali (waqgħat) f’pazjenti anzjani. Għalhekk, inti għandek toqgħod attent sakemm tidra l-effetti li jista’ jkollha l-mediċina.


    • Pregabalin Pfizer jista jikkawża viżjoni mċajpra jew telf tal-vista, jew bidliet oħra fil-vista, li l- maġġorparti minnhom huma temporanji. Għandek tirreferi immedjament għand it-tabib tigħek jekk tesperjenza xi bdil fil-viżta.


    • Xi pazjenti bid-dijabete li jżidu fil-piż waqt li jkunu qegħdin jieħdu pregabalin jista’ jkollhom bżonn bidla fil-mediċini li jkunu qegħdin jieħdu kontra d-dijabete.


    • Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta’ dawn l- effetti tista’ tiżdied meta jittieħdu flimkien.


    • Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb konġestiva f’xi pazjenti meta kienu qed jieħdu Pregabalin Pfizer; dawn il-pazjenti kienu il-biċċa l’kbira anzjani b’kundizzjonijiet karjovaskulari. Qabel ma tieħu din il-mediċina għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk ikollok storja ta’ mard tal-qalb.


    • Kien hemm rapporti ta’ indeboliment tal-kliewi f’xi pajenti waqt li kienu qed jieħdu Pregabalin Pfizer. Jekk waqt li tieħu Pregabalin Pfizer tinnota tnaqqis fil-passaġġ tal-urina, għandek tinforma lit-tabib, minħabba li ti twaqqif tal-mediċina tista ssolvi din il-problema.


    • Numru zgħir ta’ pazjenti li jkunu qed jirċievu kura bi prodotti mediċinali kontra l-epilessija

      bħal-Pregabalin Pfizer, kellhom ħsibijiet li jweġġgħu lilhom infushom jew li jagħmlu suwiċidju. Jekk f’xi hin ikollok dawn il-ħsibijiet kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.


    • Meta Pregabalin Pfizer tkun qed tittieħed ma’ mediċini oħrajn li jikkawżaw l-istitikezza (bħal ċerti tipi ta’ mediċini li jingħataw għall-uġigħ) jista’ jkun possibli li jkun hemm problemi gastroinestinali (eż. stitikezza, imsaren imblukkati jew paralizzati). Avża lit-tabib jekk tesperjenza stitikezza, speċjalment jekk inti suxxettibli għal din il-problema.


    • Qabel tieħu din il-mediċina, għandek tgħid li-tabib jekk għandek storja ta’ vizzju tax-xorb jew abbuż tad-droga jew dipendenza. Tieħux aktar mediċina milli miktub fuq ir-riċetta.


    • Kien hemm rapporti ta’ aċċessjonijiet waqt l-użu ta’ Pregabalin Pfizer jew ftit wara li twaqqfet il-kura bi pregabalin. Jekk tesperjenza xi aċċessjoni kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

    • Kien hemm rapporti ta’ nuqqas tal-funzjoni tal-moħħ (enċefalopatija) f’xi pazjenti li qed jieħdu Pregabalin Pfizer u li għandhom kundizzjonijiet oħrajn. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ kundizzjonijiet mediċi serji, li jinkludu mard tal-fwied u l-kliewi.


    • Kien hemm rapporti ta’ diffikultajiet biex wieħed jieħu n-nifs. Jekk tbati minn disturbi fis- sistema nervuża, disturbi respiratorji, indeboliment tal-kliewi, jew jekk għandek aktar minn 65 sena, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik reġim tad-doża differenti. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok problemi biex tieħu n-nifs jew jekk tieħu nifsijiet qosra u mgħaġġlin.


      Tfal u adolexxenti


      Is-sigurtà u l-effikaċja fit-tfal u adoloxxenti (ta’ taħt it-18 -il sena) ma ġewx determinati s’issa u għalhekk, pregabalin m’għandux jintuża f’dan il-grupp ta’ etajiet.


      Mediċini oħra u Pregabalin Pfizer


      Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.


      Pregabalin Pfizer u xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin (interazzjoni). Meta Pregabalin Pfizer tiġi meħuda ma’ ċertu mediċini oħra li għandhom effetti sedattivi (inklużi l-opjojdi), tista tqawwi

      dawn l-effetti u tista twassal għal insuffiċjenza respiratorja, koma u mewt. Il-livell ta’ sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa jista’ jiżdied jekk Pregabalin Pfizer jittieħed ma’ mediċini oħra li fihom:


      Oxycodone – (użat biex itaffi l-uġigħ) Lorazepam – (użat għall-kura ta’ ansjetà) Alkoħol


      Pregabalin Pfizer jista’ jittieħed ma’ kontraċettivi orali.


      Meta tieħu Pregabalin Pfizer ma’ ikel, xorb, u alkoħol


      Il-kapsuli Pregabalin Pfizer jistgħu jittieħdu ma’ l-ikel jew waħedhom.


      Huwa rakkomandat li wieħed ma jixrobx alkoħol waqt li jkun qed jieħu Pregabalin Pfizer.


      Tqala u treddigħ


      Pregabalin Pfizer m’għandux jittieħed waqt it-tqala jew waqt li tkun qed tredda’, sakemm it-tabib ma jgħidlekx mod ieħor. L-użu ta’ pregabalin matul l-ewwel 3 xhur tat-tqala jista’ jikkawża difetti tat- twelid fit-tarbija fil-ġuf li jeħtieġu trattament mediku. Fi studju li rriveda data minn nisa fil-pajjiżi Nordiċi li kienu ħadu pregabalin fl-ewwel 3 xhur tat-tqala, 6 trabi minn kull 100 kellhom dawn id- difetti tat-twelid. Dan jista’ jitqabbel ma’ 4 trabi minn kull 100 li ġew imwielda minn nisa li ma ngħatawx trattament b’pregabalin fl-istudju. Ġew irrappurtati anormalitajiet tal-wiċċ (qsim fil-ħalq u l- wiċċ), l-għajnejn, is-sistema nervuża (inkluż il-moħħ), il-kliewi u l-ġenitali.


      Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva f’nisa li jistgħu joħorġu tqal. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni


      Pregabalin Pfizer jista’ jikkawża sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa. Issuqx, tħaddimx makkinarju kumpless jew tinvolvi ruħek f’attivitajiet oħra li jistgħu jkunu perikolużi sakemm tkun taf jekk din il-mediċina taffettwax il-ħila tiegħek biex twettaq dawn l-attivitajiet.

      Pregabalin Pfizer fih lactose monohydrate


      Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.


      Pregabalin Pfizer fih sodium


      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kapsula iebsa, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa mis-sodium’.


  3. Kif għandek tieħu Pregabalin Pfizer


    Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    It-tabib tiegħek jistabbilixxi liema doża hi adattata għalik. Pregabalin Pfizer huwa għal użu orali biss.

    Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali, epilessija jew Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata:


    • Ħu l-ammont ta’ kapsuli kif ordnalek it-tabib tiegħek.

    • Id-doża, li tiġi aġġustata għalik u għall-kondizzjoni tiegħek, ġeneralment tkun bejn 150 mg u 600 mg kuljum.

    • It-tabib tiegħek se jgħidlek biex tieħu Pregabalin Pfizer jew darbtejn jew tliet darbiet kuljum.

      Fil-każ ta’ darbtejn kuljum ħu Pregabalin Pfizer darba filgħodu u darba fil-għaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-ġurnata. Għal tliet darbiet kuljum ħu Pregabalin Pfizer darba

      filgħodu, darba wara nofsinhar u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-

      ġurnata.


      Jekk ikollok l-impressjoni li l-effett ta’ Pregabalin Pfizer huwa qawwi żżejjed jew dgħajjef iżżejjed, tkellem mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek.


      Jekk int pazjent anzjan (’il fuq minn 65 sena), inti għandek tieħu Pregabalin Pfizer b’mod normali ħlief jekk ikollok problemi bil-kliewi.


      It-tabib tiegħek jista’ jordnalek skeda ta’ dożaġġ u/jew doża differenti jekk ikollok problemi bil-kliewi tiegħek.


      Ibla’ l-kapsula sħiħa bl-ilma.


      Kompli ħu Pregabalin Pfizer sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf.


      Jekk tieħu Pregabalin Pfizer aktar milli suppost


      Ċempel lit-tabib tiegħek jew mur immedjatament fit-taqsima ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar. Ħu l- kaxxa jew il-flixkun tal-kapsuli Pregabalin Pfizer miegħek. Jekk tieħu Pregabalin Pfizer aktar milli suppost tista’ tħossok bin-ngħas, konfuż, aġitat jew bla mistrieħ. Kienu rrapportati wkoll aċċessjonijiet.


      Jekk tinsa tieħu Pregabalin Pfizer


      Importanti li tieħu l-kapsuli Pregabalin Pfizer tiegħek b’mod regolari fl-istess ħin tal-ġurnata. Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin għad-doża li jmiss. F’dak il-każ, kompli bid-doża li jmiss bħas-soltu. Tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li nsejt.

      Jekk tieqaf tieħu Pregabalin Pfizer


      Twaqqafx Pregabalin Pfizer sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan. Jekk il-kura tiegħek titwaqqaf, dan għandu jsir b’mod gradwali fuq perijodu minimu ta’ ġimgħa.


      Wara li twaqqaf kura fit-tul jew fil-qasir b’Pregabalin Pfizer, jeħtieġ li tkun taf li tista’ tesperjenza ċerti effetti sekondarji. Dawn jinkludu diffikulta’ biex torqod, uġigħ ta’ ras, dardir, tħossok ansjuż, dijarea, sintomi bħall-influwenza, aċċessjonijiet, nervożità, depressjoni, uġigħ, tagħriq u sturdament. Dawn is-sintomi jistgħu jseħħu b’mod aktar komuni jew sever jekk tkun ilek tieħu Pregabalin Pfizergħal perijodu ta’ żmien aktar fit-tul.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni:


    • Sturdament, ħedla, uġigħ ta’ ras.


      Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10:


    • Żieda fl-aptit.

    • Sensazzjoni ta’ ferħ kbir, konfużjoni, diżorjentament, tnaqqis fl-interess sesswali, irritabilità.

    • Nuqqas ta’ attenzjoni, guffaġni, indeboliment tal-memorja, telf tal-memorja, tregħid, diffikulta’ biex titkellem, sensazzjoni ta’ tnemnim, tmewwit, sedazzjoni, letarġija, nuqqas ta’ rqad, għeja, tħossok stramb u mhux bħas-soltu.

    • Vista mċajpra, vista doppja.

    • Vertigo, problemi fil-bilanċ, waqgħat.

    • Ħalq xott, stitikezza, rimettar, gass fl-istonku, dijarea, dardir, nefħa fiż-żaqq.

    • Diffikultajiet bl-erezzjoni.

    • Nefħa fil-ġisem, inkluż l-estremitajiet.

    • Sensazzjoni ta’ wieħed fis-sakra, mod mhux normali kif timxi.

    • Żieda fil-piż.

    • Bugħawwieġ, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar, uġigħ fid-dirgħajn u fis-saqajn.

    • Uġigħ fil-griżmejn.


      Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100:


    • Telf tal-aptit, tnaqqis fil-piż, zokkor baxx fid-demm, zokkor ogħli fid-demm.

    • Bidla fil-mod kif tħares lejk innifsek, irrekwitezza, depressjoni, aġitazzjoni, bidliet fil-burdata, diffikulta’ biex issib il-kelma, alluċinazzjonijiet, ħolm anormali, attakk ta’ paniku, apatja, agressjoni, burdata ta’ entużjażmu, indeboliment mentali, żieda fl-interess sesswali, diffikulta’ biex taħseb, problemi fil-funzjoni ta’ natura sesswali li jinkludu inkapaċità li tilħaq orgażmu, dewmien fl-ejakulazzjoni.

    • Bidliet fil-viżta tal-għajnejn, moviment mhux normali tal-għajnejn, bidliet fil-viżta ta’ l- għajnejn li jinkludu telf tal-viżta periferali, tberrieq ta’ dawl, movimenti bl-iskossi, tnaqqis fir- riflessi, attività akbar, sturdament meta tkun qiegħed bil-wieqfa, ġilda sensittiva, telf tat-togħma, sensazzjoni ta’ ħruq, rogħda meta tiċċaqlaq, koxjenza mnaqqsa, tintilef minn sensik, ħass ħażin, sensittivita’ akbar għall-ħsejjes, tħossok ma tiflaħx.

    • Għajnejn xotti, nefħa fl-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn dgħajfa, għajnejn idemmgħu, irritazzjoni fl-għajnejn.

    • Disturbi fir-ritmu tal-qalb, taħbit tal-qalb aktar mgħaġġel, pressjoni baxxa, pressjoni għolja, tibdil fit-taħbit tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb.

    • Fwawar, fwawar tal-menopawsa.

    • Diffikulta’ biex tieħu nifs, nixfa fl-imnieħer, konġestjoni fl-imnieħer.

    • Produzzjoni akbar ta’ bżieq, ħruq ta’ stonku, tmewwit madwar il-ħalq

    • Tagħriq, raxx, tkexkix ta’ bard, deni.

    • Ġbid fil-muskoli, nefħa fil-ġogi ,ebusija fil-muskoli, uġigħ li jinkludi uġigħ fil-muskoli, ,uġigħ fl-għonq.

    • Uġigħ fis-sider.

    • Diffikulta’ jew uġigħ biex tagħmel l-awrina, inkontinenza, volum anqas ta’ awrina.

    • Indeboliment, għatx, tagħfis fis-sider.

    • Bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm u tal-fwied (żieda fil-kreatina phosphokinase fid-demm, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase, tnaqqis fl-għadd ta’ pjastrini, newtropenja, żieda fil-kreatinina fid-demm, tnaqqis fil-potassju fid-demm).

    • Sensittività eċċessiva, nefħa fil-wiċċ, ħakk, urtikarja, imnieħer inixxi, fsada mill-imnieħer, sogħla, inħir.

    • Uġigħ waqt il-mestruwazzjoni.

    • Idejn u saqajn kesħin.


    Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000:


    • Sens tax-xamm mhux normali, problemi fil-viżta fejn l-affarijiet jidhru jiċċaqalqu, perċezzjoni alterata tal-fond, viżta għad-dawl aktar qawwija, telf tal-viżta.

    • Twessigħ tal-pupilli, twerriċ, irritazzjoni fl-għajnejn.

    • Għaraq kiesaħ, dwejjaq fil-gerżuma, ilsien minfuħ.

    • Infjammazjoni tal-frixa.

    • Diffikultà biex tibla.

    • Movimenti tal-ġisem bil-mod jew imnaqqsa.

    • Diffikultà biex tikteb kif suppost.

    • Żieda ta’ fluwidu fiż-żaqq.

    • Ilma fil-pulmun.

    • Aċċessjonijiet.

    • Tibdil fir-riżultati elettriċi (ECG) tal-qalb li jirrifletttu disturbi fir-ritmu tal-qalb.

    • Ħsara fil-muskoli.

    • Tnixxija mis-sider, żieda mhux normali fid-daqs tas-sider, żieda fid-daqs tas-sider tal-irġiel.

    • Waqfien fil-mestruwazzjoni.

    • Insuffiċjenza tal-kliewi, volum anqas ta’awrina, ritenzjoni urinarja.

    • Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli bojod tad-demm.

    • Mġiba mhux xierqa.

    • Reazzjonijiet allerġiċi (dawn jistgħu jinkludu diffikulta’ biex tieħu n-nifs, infjammazzjoni fl- għajnejn (keratite) u reazzjoni serja fil-ġilda karatterizzata minn raxx, nfafet, ġilda mqaxxra u uġigħ.

    • Suffejra (sfurija tal-ġilda jew ta’ l-għajnejn).

    • Parkinsoniżmu, jiġifieri sintomi li jixbhu l-marda tal-Parkinson; bħal rogħda, bradikineżija (tnaqqis fl-abbiltà li tiċċaqlaq), u riġidità (ebusija tal-muskoli).


      Rari Ħafna: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10,000


    • Insuffiċenzja tal-fwied

    • Epatite (infjammazzjoni tal-fwied)


    Inti għandek tfittex parir mediku immedjat jekk tesperjenza nefħa fil-wiċċ jew fl-ilsien, jew jekk tiħmarlek il-ġilda u tibda titqaxxar jew ittella’ l-imfafet.

    Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta’ dawn l-effetti tista’ tiżdied meta jittieħdu flimkien.


    Ġiet irrappurtata r-reazzjoni avversa li ġejja fl-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq: Problemi biex wieħed jieħu n-nifs, teħid ta’ nifsijiet qosra u mgħaġġlin.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji


    image

    Jekk ikollok xi effet sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Pregabalin Pfizer


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa jew il-flixkun. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Pregabalin Pfizer

Is-sustanza attiva hi pregabalin. Kull kapsula iebsa fiha 25 mg, 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg jew 300 mg pregabalin.


Is-sustanzi l-oħra huma: lactose monohydrate, Maize starch, Talkum, Ġelatina, titanium dioxide (E171), sodium laurilsulphate, andydrous colloidal silica, linka sewda (li fiha shellac, iron oxide iswed (E172), propylene glycol, potassium hydroxide) u ilma.


Il-kapsuli ta’ 75 mg, 100 mg, 200 mg, 225 mg u 300 mg fihom ukoll iron oxide aħmar (E172).


Kif jidher Pregabalin Pfizer u l-kontenut tal-pakkett


25 mg kapsuli

Kapsuli ibsin ta’ lewn abjad, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 25” fuq il-parti ewlenija.


50 mg kapsuli

Kapsuli ibsin ta’ lewn abjad, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 50” fuq il-parti ewlenija. Il-parti ewlenija tal-kapsula hi mmarkata b’faxxa sewda.


75 mg kapsuli

Kapsuli ibsin ta’ lewn abjad u oranġjo, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 75” fuq il-parti ewlenija.


100 mg kapsuli

Kapsuli ibsin ta’ lewn oranġjo, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 100” fuq il-parti ewlenija.


150 mg kapsuli

Kapsuli ibsin ta’ lewn abjad, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 150” fuq il-parti ewlenija.


200 mg kapsuli

Kapsuli ibsin ta’ lewn oranġjo ċar, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 200” fuq il-parti ewlenija.


225 mg kapsuli

Kapsuli ibsin ta’ lewn abjad u oranġjo ċar, bi “Pfizer” immarkata fuq il- parti ta’ fuq u “PGN 225” fuq il-parti ewlenija.


300 mg kapsuli Kapsuli ibsin ta’ lewn abjad u oranġjo, bi “Pfizer” immarkata fuq il-parti ta’ fuq u “PGN 300” fuq il-parti ewlenija.


image

Pregabalin Pfizer hu disponibbli f’pakketti ta’ sitt daqsijiet differenti magħmulin mill-PVC b’rinforz ta’ folja ta’ l-aluminju: pakkett ta’ 14-il kapsula li fih 1 strixxa ta’ folji, pakkett ta’ 21 kapsula li fih

1 strixxa ta’ folji, pakkett ta’ 56 kapsula li fih 4 strixxi ta’ folji, pakkett ta’ 84 kapsula li fih 4 strixxi ta’ folji, pakkett ta’ 100 kapsula li fih 10 folji, pakkett ta’ 112-il kapsula li fih 8 strixxi ta’ folji u 100

x 1 kapsula bħala folji ta’ doża waħda perforati.


Barra minn hekk, Pregabalin Pfizer jinstab ukoll fi flixkun tal-HDPE li jesa’ 200 kapsula għall- qawwiet ta’ 25 mg, 75 mg, 150 mg u 30 mg.


Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Upjohn EESV, Rivium Westlaan 142, 2909 LD Capelle aan den IJssel, in-Netherlands.


Manifattur:

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH, Betriebsstātte Freiburg, Mooswaldallee 1, 79090 Freiburg, Il-Ġermanja.


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Pfizer S.A. / N.V.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Lietuva

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje Tel. +3705 2514000


България

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България Тел.: +359 2 970 4333

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer S.A.

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11


Česká republika

Pfizer spol s.r.o.

Tel: +420-283-004-111

Magyarország

Pfizer Kft.

Tel. + 36 1 488 37 00


Danmark

Viatris ApS

Tlf: +45 28 11 69 32

Malta

Vivian Corporation Ltd. Tel: +356 21344610


Deutschland

Pfizer OFG Germany GmbH Tel: +49 (0)800 5500634

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 4301


Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Norge

Pfizer AS

Tlf: +47 67 52 61 00


Ελλάδα

UPJOHN HELLAS ΕΠΕ Τηλ.: +30 2100 100 002

Österreich

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H. Tel: +43 (0)1 521 15-0

España

Viatris Pharmaceuticals, S.L. Tel: +34 900 102 712

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 335 61 00


France

Viatris Santé

Tél: +33 (0)4 37 25 75 00

Portugal

Laboratórios Pfizer, Lda. Tel: +351 21 423 5500


Hrvatska

Mylan Hrvatska d.o.o. Tel: + 385 1 23 50 599

România

Pfizer România S.R.L. Tel: +40 (0)21 207 28 00


Ireland

Pfizer Healthcare Ireland

Tel: +1800 633 363 (toll free)

Tel: +44 (0)1304 616161

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL,

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: +386 (0)1 52 11 400


Ísland

Icepharma hf.

Sími: +354 540 8000

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel: +421–2–3355 5500


Italia

Viatris Pharma S.r.l. Tel: +39 02 612 46921

Suomi/Finland

Viatris Oy

Puh./Tel: +358 20 720 9555


Κύπρος

GPA Pharmaceuticals Ltd Τηλ: +357 22863100

Sverige

Viatris AB

Tel: +46 (0)8 630 19 00


Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel: +371 670 35 775

United Kingdom (Northern Ireland)

Pfizer Limited

Tel: +44 (0)1304 616161


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.