Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Bemfola
follitropin alfa

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Bemfola 75 IU/0.125 ml soluzzjoni għal injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest Bemfola 150 IU/0.25 ml soluzzjoni għal injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest Bemfola 225 IU/0.375 ml soluzzjoni għal injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest Bemfola 300 IU/0.50 ml soluzzjoni għal injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest Bemfola 450 IU/0.75 ml soluzzjoni għal injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest follitropin alfa


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji

direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  1. Kif taħżen Bemfola


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-pinna u fuq il-kartuna wara

    JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C). Tagħmlux fil-friża. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

    Sakemm tkun għadha tajba biex tintuża, il-pinna mhix miftuħa tista’ tinħażen f’temperatura ta’ 25°C jew inqas għal massimu ta’ 3 xhur mingħajr ma jkollha għalfejn terġa titpoġġa fi friġġ u għandha tintrema jekk ma tintużax wara 3 xhur.


    Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi sinjal viżibbli ta’ deterjorazzjoni, jekk il-likwidu jkun fih frak jew ma jkunx ċar.


    Ladarba tinfetaħ, din il-mediċina għandha tiġi injettata minnufih.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Bemfola

    • Is-sustanza attiva hija follitropin alfa.


    • Bemfola 75 IU/0.125 ml: Kull skartoċċ fih 75 IU (ekwivalenti għal 5.5 mikrogrammi) follitropin alfa f’0.125 ml soluzzjoni.

    • Bemfola 150 IU/0.25 ml: Kull skartoċċ fih 150 IU (ekwivalenti għal 11-il mikrogramma) follitropin alfa f’0.25 ml soluzzjoni.

    • Bemfola 225 IU/0.375 ml: Kull skartoċċ fih 225 IU (ekwivalenti għal 16.5-il mikrogramma) follitropin alfa f’0.375 ml soluzzjoni.

    • Bemfola 300 IU/0.50 ml: Kull skartoċċ fih 300 IU (ekwivalenti għal 22 mikrogramma)

      follitropin alfa f’0.50 ml soluzzjoni.

    • Bemfola 450 IU/0.75 ml: Kull skartoċċ fih 450 IU (ekwivalenti għal 33 mikrogramma) follitropin alfa f’0.75 ml soluzzjoni.

    • Kull ml tas-soluzzjoni fih 600 IU (ekwivalenti għal 44 mikrogramma) follitropin alfa.

    • Is-sustanzi l-oħrajn huma poloxamer 188, sucrose, methionine, disodium phosphate dihydrate, sodium dihydrogen phosphate dihydrate, phosphoric acid u ilma għall-injezzjonijiet.


      Kif jidher Bemfola u l-kontenut tal-pakkett


    • Bemfola huwa ppreżentat bħala likwidu ċar u bla kulur għal injezzjoni f’pinna mimlija għal-lest (injezzjoni).

    • Bemfola hu disponibbli f’pakketti li jkun fihom 1, 5 jew 10 pinen, 1, 5 jew 10 labar u 1, 5 jew 10 swabs bl-alkoħol. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Gedeon Richter Plc. Gyömrői út 19-21.

1103 Budapest

L-Ungerija


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’


.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


Bemfola 75 IU/0.125 ml pinna mimlija għal-lest Bemfola 150 IU/0.25 ml pinna mimlija għal-lest Bemfola 225 IU/0.375 ml pinna mimlija għal-lest Bemfola 300 IU/0.50 ml pinna mimlija għal-lest Bemfola 450 IU/0.75 ml pinna mimlija għal-lest


Struzzjonijiet dwar l-użu WERREJ

  1. Kif tuża Bemfola pinna mimlija għal-lest

  2. Qabel tibda tuża l-pinna mimlija għal-lest tiegħek

  3. Kif tipprepara l-pinna mimlija għal-lest tiegħek lesta għall-injezzjoni

  4. Kif tissettja d-doża li ordnalek it-tabib tiegħek

  5. Kif tinjetta d-doża

    image

  6. Wara l-injezzjoni


Twissija: Jekk jogħġbok aqra u segwi dawn l-Istruzzjonijiet dwar l-użu tal-pinna mimlija għal-lest ta’ Bemfola. Issegwix istruzzjonijiet minn sorsi oħra għajr dawk ipprovduti f’dawn l-Istruzzjonijiet dwar l-użu jew mill-professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek għax dan jista’ jaffettwa ħażin l-użu xieraq tal-pinna mimlija għal-lest u tat-trattament tiegħek.


  1. Kif tuża Bemfola pinna mimlija għal-lest


    • Qabel tibda tuża l-pinen mimlija għal-lest tiegħek, aqra l-Istruzzjonijiet dwar l-użu kollha u l- fuljett ta’ tagħrif bir-reqqa.

    • Kull pinna mimlija għal-lest hija għall-użu ta’ darba minnek biss – tħallix lil ħaddieħor jużaha.

    • In-numri fuq id-displej tad-doża tal-pinen mimlija għal-lest huma mkejlin f’Unitajiet Internazzjonali jew IU. It-tabib tiegħek ikun qallek kemm għandek tinjetta IU kuljum.

    • It-tabib/spiżjar tiegħek ser jgħidlek kemm għandek bżonn tuża pinen mimlija għal-lest ta’

      Bemfola għall-użu ta’ darba għall-kors sħiħ tal-kura tiegħek.

    • Injetta lilek innifsek kuljum madwar l-istess ħin.


  2. Qabel tibda tuża l-pinna mimlija għal-lest tiegħek


      1. Neħħi l-pinna mill-friġġ

        • Oħroġ waħda mill-pinen mill-friġġ bejn 5 u 10 minuti qabel ma tużaha.

        • Jekk il-mediċina hija ffriżata, jekk jogħġbok tużahiex.


      2. Aħsel idejk

        • Aħsel idejk bis-sapun u bl-ilma sħun, u nixxifhom.

        • Hu importanti li idejk u l-affarijiet li tuża biex tipprepara l-pinna tiegħek ikunu nodfa kemm

          jista’ jkun.


      3. Sib post nadif

        • Post tajjeb hu mejda nadifa jew wiċċ nadif.


  3. Kif tipprepara l-pinna mimlija għal-lest tiegħek lesta għall-injezzjoni Il-partijiet differenti tal-pinna mimlija għal-lest tiegħek

    image


    image

    Agħti l-injezzjoni kuljum madwar l-istess ħin. Oħroġ il-pinna mill-friġġ 5 sa 10 minuti qabel tużaha.


    Nota: Jekk jogħġbok ara li l-mediċina ma tkunx iffriżata.


    image

    Ipprepara l-labra tiegħek għall- injezzjoni

    Ħu labra ġdida – uża biss il-labar għall-użu ta’ darba biss fornuti fil-pakkett. Żomm l-

    għatu ta’ barra tal-labra sew.

    Iċċekkja f’kull każ li s-siġill li jitqaxxar fuq

    l-għatu ta’ barra tal-labra mhuwiex bil-

    ħsara jew maħlul.

    Neħħi s-siġill li jitqaxxar mil-labra tal- injezzjoni.


    Attenzjoni: Jekk is-siġill li jitqaxxar ikun bil-ħsara jew maħlul, tużax il-labra. Armiha f’kontenitur għar-rimi ta’ oġġetti bil-ponta u li jaqtgħu. Ħu labra ġdida.

    image

    Qabbad il-labra.

    Żomm il-pinna bil-ġnub tagħha u żomm il-labra allinjata magħha filwaqt li tqabbad il-labra u waħħal il-labra b’mod sod mal-parti ta’ fuq tal-pinna. Żgura li l- labra tkun imqabbda sew mal-pinna f’pożizzjoni dritta.


    Attenzjoni:

    Minkejja l-fatt li hemm kamin f’tarf il- pinna, qatt tipprova ddawwar il-labra

    mal-pinna, għax dan jista’ jwassal għal

    pożizzjonar żbaljat tal-labra.

    Timbuttax il-pum tad-dożaġġ waqt li qed twaħħal il-labra.


    Neħħi l-kappa ta’ barra tal-labra (G). Żommha għal aktar tard. Ser ikollok bżonnha wara l-injezzjoni biex tarmi l- pinna.


    Neħħi l-kappa ta’ ġewwa tal-labra (F).



    Pożizzjoni korretta tal-labra


    image

    Pożizzjoni ħażina tal-labra

    Żgura li l-labra tkun fil-pożizzjoni korretta.


    image

  4. Kif tissettja d-doża li ordnalek it-tabib tiegħek


    image

    L-ewwel, żomm il-pinna sabiex il-labra

    tkun tħares ’il fuq. Biex tneħħi l-bżieżaq

    tal-arja mis-sistema, taptap il-ġenb tal-pinna bil-mod b’sebgħek biex b’hekk il-bżieżaq tal-arja li hemm jitilgħu’ ’il fuq.


    image

    Waqt li tkun għadek iżżomm il-pinna’il fuq, imbotta l-pum tad-dożaġġ ’il ġewwa sakemm l-iżbarra t’attivazzjoni bil-vleġġa ż-żgħira tisparixxi. Għandek tisma’ ukoll klikk u xi likwidu se jtir (dan hu normali).

    Il-pinna issa hija lesta biex tiġi ssettjata d- doża.


    Attenzjoni:

    Jekk l-ebda likwidu ma jtir, jew it-tnixxija tal-likwidu tkun fil-punt fejn jiltaqgħu l-

    labra u l-pinna, il-pinna ma għandhiex

    image

    tintuża. Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tinnota xi problemi.


    Dawwar bil-mod il-pum tad-dożaġġ sakemm l-iżbarra tad-doża preskritta lilek tkun allinjata ma’ nofs l-inċiż fuq il-pinna.


    Nota: Għal Bemfola 75 IU/0.125 mL pinna mimlija għal-lest, il-pum tad- dożaġġ ma jistax idur kompletament, iżda xorta jista’ jiddawwar lura.

    Il-pinna issa hija lesta għall-injezzjoni.

    Attenzjoni:

    Timbuttax il-pum tad-dożaġġ aktar ’il ġewwa, f’dan l-istadju.

  5. Kif tinjetta d-doża


    Issa inti lest biex minnufih tagħti lilek innifsek l-injezzjoni: It-tabib jew l-infermier diġà jkunu qalulek fejn għandek tinjetta (eż. żaqq, quddiem tal-koxxa). Biex timminimizza l-irritazzjoni għall-ġilda, agħżel sit differenti għall-injezzjoni kuljum.


    image

    Naddaf il-ġilda fejn tkun se tingħata l-injezzjoni billi timsaħha b’movimenti ċirkulari bi swab bl-alkoħol disponibbli fil-pakkett.

    Stenna ftit sekondi sakemm

    l-alkoħol jevapora mill-ġilda u tkun xotta qabel ma tinjetta.


    image

    Erġa’ ċċekkja li qed tintwera d-doża korretta fuq il-pinna. Oqros ftit il-ġilda fejn ser tingħata l-injezzjoni. Żomm il-pinna f’angolu kemm jista’ jkun rett (angolu ta’ 900) u daħħal il-labra kollha fil- ġilda tiegħek b’moviment konsistenti wieħed.


    Attenzjoni: Timbuttax il-pum tad-dożaġġ waqt li ddaħħal

    il-labra u tibdilx id-

    direzzjoni tal-labra hi u dieħla.

    image

    Ladarba l-labra tkun daħlet kompletament fis-sit tal- injezzjoni, imbotta l-pum

    tad-dożaġġ bil-mod u b’mod konsistenti sakemm jieqaf, u

    l-iżbarra tad-doża ssettjata

    tkun sparixxiet.

    Tneħħix il-labra minnufih,

    stenna mill-inqas 5 sekondi qabel tiġbidha ’l barra biex tiżgura li tajt id-doża sħiħa.


    Wara li tiġbed il-labra ’barra: naddaf il-ġilda bi swab tal- alkoħol billi tuża moviment ċirkolari fis-sit tal-injezzjoni.

    Attenzjoni: Jekk tara tnixxija tal-likwidu fil-post fejn jiltaqgħu l-labra u l-pinna waqt l-injezzjoni, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

    image

  6. Wara l-injezzjoni


Erġa’ poġġi l-għatu tal-labra lura fuq il-labra b’attenzjoni.


image

Tista’ tuża l-pinna mimlija għal-lest għall- injezzjoni tiegħek darba biss u trid tarmi l-pinna anki jekk jifdal xi likwidu fil-pinna wara l- injezzjoni.

Armi l-kaxxa tal-ippakkjar, il-kappa tal-labra ta’ ġewwa, il-qoxra, l-iswob tal-alkoħol u l- Istruzzjonijiet għall-użu fl-iskart domestiku normali. Tarmix mediċini fis-sink, it-tojlit jew mal-iskart domestiku tiegħek. Il-pinna użata għandha tintrema fir-reċiġjent tax-xfafar u għandu jingħata lura lill-ispiżerija għal rimi korrett. Staqsi l-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża.