Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Remsima
infliximab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Remsima 100 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

infliximab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Kif jidher Remsima u l-kontenut tal-pakkett

Remsima jiġi bħala kunjett tal-ħġieġ li jkun fih trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni. It- trab huwa abjad.


Remsima jiġi f’pakketti ta’ 1, 2, 3, 4 jew 5 kunjetti. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Celltrion Healthcare Hungary Kft. 1062 Budapest

Váci út 1-3. WestEnd Office Building B torony L-Ungerija


Manifattur


Millmount Healthcare Ltd. Block 7

City North Business Campus

Stamullen, Co. Meath K32 YD60 Irlanda


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Celltrion Healthcare Belgium BVBA Tél/Tel: + 32 1528 7418

Lietuva

Celltrion Healthcare Hungary Kft. Tel: + 36 1 231 0493


България

Celltrion Healthcare Hungary Kft.

Teл.: + 36 1 231 0493

Luxembourg/Luxemburg

Celltrion Healthcare Belgium BVBA Tél/Tel: + 32 1528 7418


Česká republika

Celltrion Healthcare Hungary Kft. Tel: + 36 1 231 0493

Magyarország

Egis Gyógyszergyár Zrt. Tel.: + 36 1 803 5555

mailbox@egis.hu


Danmark

Orion Pharma A/S Tlf: + 45 86 14 00 00

Malta

Mint Health Ltd.

Tel: + 356 2093 9800

info@mint.com.mt


Deutschland

Celltrion Healthcare Hungary Kft. Tel: +36 1 231 0493

Nederland

Celltrion Healthcare Netherlands B.V. Tel: +31 20 888 7300


Eesti

Orion Pharma Eesti OÜ Tel: + 372 6 644 550

Norge

Orion Pharma AS Tlf: + 47 40 00 42 10


Ελλάδα

ΒΙΑΝΕΞ Α.Ε.

Τηλ: +30 210 8009111 – 120

Österreich

Astro-Pharma GmbH Tel.: +43 1 97 99 860

office@astropharma.at


España

KERN PHARMA, S.L. Tel: + 34 93 700 25 25

Polska

Celltrion Healthcare Hungary Kft. Tel.: + 36 1 231 0493


France

Celltrion Healthcare France SAS Tel: +33 (0)1 71 25 27 00

Portugal

PharmaKERN Portugal – Produtos Farmacêuticos, Sociedade Unipessoal, Lda. Tel: + 351 214 200 290


Hrvatska

OKTAL PHARMA d.o.o.

Tel: + 385 1 6595 777

oktal-pharma@oktal-pharma.hr


Ireland

Celltrion Healthcare Ireland Limited Tel: +353 1 223 4026

România

Celltrion Healthcare Hungary Kft. Tel: + 36 1 231 0493


Slovenija

OPH Oktal Pharma d.o.o. Tel: + 386 1 519 29 22

info@oktal-pharma.si

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika

Celltrion Healthcare Hungary Kft. Tel: + 36 1 231 0493


Italia

Celltrion Healthcare Italy S.r.l.

Via Luigi Galvani, 24 - 20124 Milano (MI) Tel: +39 0247 927040

Κύπρος

C.A. Papaellinas Ltd

Τηλ: + 357 22741741

Suomi/Finland

Orion Pharma

Puh/Tel: + 358 10 4261


Sverige

Orion Pharma AB Tel: + 46 8 623 64 40


Latvija

Celltrion Healthcare Hungary Kft. Tel: + 371 676 13 859

United Kingdom (Northern Ireland) Celltrion Healthcare Ireland Limited Tel: +353 1 223 4026


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


Pazjenti ttrattati b’Remsima għandhom jingħataw il-kartuna biex tfakkar lill--pazjent.


Istruzzjonijiet għall-użu u l-immaniġġjar – kondizzjonijiet ta’ ħażna


Aħżen f’temperatura ta’ 2°C - 8°C.


Remsima jista’ jinħażen f’temperaturi sa massimu ta’ 25°C għal perjodu wieħed sa 6 xhur, iżda li ma jaqbiżx id-data ta’ skadenza oriġinali. Id-data ta’ skadenza l-ġdida għandha tinkiteb fuq il-kartuna. Ladarba jitneħħa minn ħażna fil-friġġ, Remsima m’għandux jitpoġġa lura f’ħażna fil-friġġ.


Istruzzjonijiet għall-użu u l-immaniġġjar- rikostituzzjoni, dilwizzjoni u għoti


Biex titjieb it-traċċabilità tal-prodotti mediċinali bijoloġiċi, l-isem li l-kumpanija tagħti lill-prodott u n- numru tal-lott tal-prodott mediċinali li jingħata għandhom jitniżżlu b’mod ċar.


  1. Id-doża u n-numru ta’ kunjetti ta’ Remsima għandhom jiġu kkalkulati. Kull kunjett ta’ Remsima fih 100 mg ta’ infliximab. Il-volum kollu meħtieġ tas-soluzzjoni Remsima rikostitwit irid jiġi kkalkulat.


  2. Taħt kundizzjonijiet asettiċi, kull kunjett ta’ Remsima għandu jiġi rrikostiwit b’10 mL ta’ ilma għall-injezzjonijiet, billi tuża siringa mgħammra b’labra 21-gauge (0.8 mm) jew iżgħar. It-tapp li jinqala’ b’daqqa ta’ saba’ mill-kunjett irid jitneħħa u l-wiċċ irid jintmesaħ b’tajjara b’70% alkoħol. Il-labra tas-siringa għandha tiddaħħal fil-kunjett min-nofs tat-tapp tal-lasktu u l-fluss ta’ ilma għall-injezzjonijiet għandu jiġi dirett lejn il-ġenb tal-ħġieġ tal-kunjett. Is-soluzzjoni għandha tiddawwar bil-mod billi ddawwar il-kunjett biex jinħall it-trab. Għandek tevita li tħawwad fit-tul jew bis-saħħa. IL-KUNJETT MA JRIDX JIĠI MĊAQLAQ BIS-SAĦĦA. Ragħwa fis-soluzzjoni meta tiġi rikostitwita ġieli tifforma. Is-soluzzjoni rikostitwita għandha titħalla toqgħod għal 5 minuti. Is-soluzzjoni għandha tkun bejn bla kulur għal isfar ċar u opalexxenti. Is-soluzzjoni tista’ tifforma ftit frak transluċidu, peress li infliximab huwa proteina. Is-soluzzjoni ma tridx tintuża jekk ikun hemm xi frak mhux ċar, telf tal-kulur jew xi frak ieħor preżenti.


  3. Il-volum meħtieġ tad-doża tas-soluzzjoni rikostitwita Remsima għandu jiġi dilwit għal 250 mL b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%). Tiddilwix is-soluzzjoni rrikostitwita ta’ Remsima bi kwalunkwe dilwent ieħor. Id-dilwizzjoni tista’ ssir billi jinġibed volum tas-soluzzjoni għall-infużjoni ta’ sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) mill-flixkun tal-ħġieġ jew borża tal-infużjoni ta’ 250 mL li jkun daqs il-volum ta’ Remsima rikostitwit. Il-volum meħtieġ tas-soluzzjoni ta’ Remsima rikostitwita għandu jiżdied bil-mod mal-flixkun jew borża tal-infużjoni ta’ 250 mL u jitħallat bil-mod. Għal volumi akbar minn 250 ml, uża borża tal- infużjoni akbar (eż. 500 ml, 1000 ml) jew uża boroż tal-infużjoni ta’ 250 ml multipli biex tkun ċert li l-konċentrazzjoni tas-soluzzjoni għall-infużjoni ma tkunx aktar minn 4 mg/ml. Jekk wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tinħażen fil-friġġ, is-soluzzjoni għall-infużjoni għandha titħalla tekwilibra f’temperatura tal-kamra sa 25 °C għal 3 sigħat qabel Pass 4 (infużjoni). Ħażna għal aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 °C - 8 °C tapplika biss għal Remsima ippreparat fil- borża tal-infużjoni.


  4. Is-soluzzjoni tal-infużjoni trid tingħata fuq perjodu ta’ mhux inqas mill-ħin ta’ infużjoni rakkomandat (ara sezzjoni 3). Is-sett tal-infużjoni li jkollu filtru fil-pajp, sterili, li ma jikkawżax id-deni, u li jeħel miegħu livell baxx ta’ proteini (daqs tal-pori 1.2 mikrometru jew inqas) biss għandu jintuża. Peress li m’hemm l-ebda preservattiv, huwa rakkomandat li s-soluzzjoni għall- infużjoni għandha tibda tingħata kemm jista’ jkun malajr u fi żmien tliet sigħat minn meta tkun rikostitwita u dilwita. Jekk ma tintużax immedjatament, iż-żmien tal-ħażna waqt l-użu u l- kundizzjonijiet qabel l-użu jkunu r-responsabbiltà ta’ min qed jużafh u normalment ma jkunux

    iktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ 2 °C - 8 °C, ħlief jekk ir-rikostituzzjoni/d-dilwizzjoni jkunu saru f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u validati, (ara sezzjoni 6.3 fuq). Taħżinx xi parti mis-soluzzjoni biex tużaha darb’oħra.


  5. Remsima għandu jiġi eżaminat viżwalment għal frak jew telf tal-kulur qabel ma jingħata. Jekk jidher xi frak mhux ċar, telf tal-kulur jew frak ieħor, m’għandux jintuża.


  6. Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.