Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Trocoxil
mavacoxib


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Trocoxil 6mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Trocoxil 20mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Trocoxil 30mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Trocoxil 75mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Trocoxil 95mg pilloli li jintmagħdu għal klieb


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq: Zoetis Belgium SA

    Rue Laid Burniat 1 1348 Louvain-la-Neuve IL-BELĠJU


    Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: Pfizer Italia s.r.l.

    Località Marino del Tronto

    63100 Ascoli Piceno (AP)

    L-ITALJA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Trocoxil 6mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Trocoxil 20mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Trocoxil 30mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Trocoxil 75mg pilloli li jintmagħdu għal klieb Trocoxil 95mg pilloli li jintmagħdu għal klieb


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Sustanza Attiva:

    Mavacoxib 6 mg

    Mavacoxib 20 mg

    Mavacoxib 30 mg.

    Mavacoxib 75 mg

    Mavacoxib 95 mg


    Il-pilloli fihom ukoll dawn l-ingredjenti (mhux attivi) Zokkor

    Silicified microcrystalline cellulose Trab artifiċjali li jagħti togħma ta’ċanga Croscarmellose sodium

    Sodium laurylsulfate Magnesium stearate


    Pillola triangulari b’dehra kannella mtabba’ bis-saħħa tal-pillola bbuzzata fuq naħa, u n-naħa l-oħra

    m’hemm xejn.

  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Trocoxil® pilloli li jintmagħdu huma indikati għall-kura ta’ uġiegħ u infjammazzjoni assoċjati ma’ mard diġenerattiv tal-ġogi fil-klieb meta tkun meħtieġa kura għal aktar minn xahar.


    Trocoxil tagħmel parti mill-grupp ta’ mediċini li jissejħu Non-steroidal Anti-inflammatory drugs (NSAIDs) li jintużaw għal kura ta’uġiegħ u infjammazzjoni.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax fi klieb ta’ anqas minn 12-il xahar fl-età u/jew ta’ anqas minn 5kg piż tal-ġisem.

    Tużax fi klieb li jsofru minn diżordnijiet gastro-intestinali li jinkludu ulċeri gastro-intestinali jew telf ta’ demm.

    Tużax meta jkun hemm sinjali ta’ diżordnijiet emorraġiċi. Tużax f’każijiet ta’ nuqqas fis-sistemi tal-kliewi jew tal-fwied. Tużax f’każijiet fejn is-sistema tal-qalb mhix taħdem biżżejjed. Tużax f’annimali tqal, tat-tagħmmir jew li qed ireddgħu.

    Tużax f'każijiet ta’ sensittività għall-ingredjent attiv jew xi ingredjenti oħra mhux attivi. Tużax f'każ ta’ sensittività magħrufa għas-sulfonamidi.

    Tużax fl-istess ħin ma’ glukokortikosterojdi jew Non-Steroidal Anti-Inflammatory Drugs(NSAIDs) oħra,

    Evita l-użu f’kull annimal diżidrat, b’volum baxx ta’ demm jew bi pressjoni baxxa, billi hemm riskju ta’ żieda fit-tossiċità tas-sistema renali.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    B’mod komuni ġew rappurtati effetti mhux mixtieqa tas-sistema diġestiva bħal remettar u dijareja. Nuqqas ta’ aptit, dijareja bid-demm u melaenia ġew rappurtatib’mod anqas komuni. Ġew rappurtati b’mod rari każijiet ta’ ulċerazzjoni gastro-intestinali. Nuqqas ta’ ħeġġa, tħarbit fil-parametri bijokimiċi renali u mpediment fil-funzjoni renali ġew rappurtatib’mod anqas komuni. F’każijiet rari dawn l-effetti mhux mixtieqa jistgħu ikunu fatali.


    Jekk iseħħ xi effett mhux mixtieq għall-amministrazzjoni ta’ Trocoxil, m’għandhomx jingħataw aktar pilloli u għandha tingħata kura ġenerali ta’ appoġġ kif tingħata wara dożi eċċessivi kliniċi ta’ NSAIDs. Għandha tingħata attenzjoni partikulari sabiex jinżamm l-istat ħemodinamiku.


    Annimali li kellhom effetti gastro-intestinali jew effetti renali mhux mixtieqa jistgħu jinħtieġu kura protettiva gastro-intestinali u fluwidi parenterali skont il-bżonn. Innota li Trocoxil għandha effett imtawwal (sa xahrejn wara li tingħata it-tieni doża u dożi ta’ wara). Effetti mhux mixtieqa jistgħu jseħħu f’kull ħin f’dan il-perjodu.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effetti mhux mixtieqa matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.

  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Klieb minn 12-il xhar ’il fuq.


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Għal użu orali.


    Uża d-doża preskritta mill-veterinarju. Id-doża ta’ Trocoxil pilloli li jintmagħdu hi ta’ 2 mg għal kull kg piż (ara t-tabella hawn taħt).


    DIN MHIX KURA LI TITTIEĦED KULJUM


    It-trattament tal-bidu għandu jiġi rrepetut 14-il jum wara, imbagħad il-waqfa bejn doża u oħra hija ta’

    xahar. Iċ-ciklu ta’ trattament m’għandux jaqbeż is-7 dożi wara xulxin (6 xhur u nofs).



    Piż (kg)

    Numru u Saħħa ta’ Pilloli li għandhomjingħataw

    6 mg

    20 mg

    30 mg

    75 mg

    95 mg

    5-6

    2

    7-10

    1

    11-15

    1

    16-20

    2

    21-23

    1

    1

    24-30

    2

    31-37

    1

    38-47

    1

    48-52

    1

    1

    53-62

    1

    1

    63-75

    2


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Trocoxil għandha tiġi mogħtija immedjatament qabel jew mal-ikla prinċipali tal-kelb. Għandu jingħata kas sabiex ikun assigurat li l-pillola tkun ittieħdet.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Mhux applikabbli


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali. Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-pakkettu il-folja

    wara JISKADI.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Tagħrif għal sid il-kelb


    Qabel ma jikteb Trocoxil u waqt il-kura bi Trocoxil, il-veterinarju tiegħek jinvista l-kelb tiegħek għal problemital-kliewi u tal-fwied kif ukoll għal mard fl-imsaren.


    Trocoxil m’għandux jintuża fi klieb disidratati.

    Jekk il-kelb tiegħek għandu bżonn ta’ operazzjoni, għarraf lill-kirurgu li l-kelb qiegħed jieħu Trocoxil. Tagħtix NSAIDs oħra jew glukokortikojdi fl-istess ħin jew tal-anqas żmien xahar mill-aħħar

    amministrazzjoni ta’ Trocoxil.


    Trocoxil għandu durata taeffett estiża (sa xahrejn wara l-amministrazzjoni tat-tieni doża u d-dożi ta’ wara). Jistgħu jseħħu reazzjonijiet


    Jekk isseħħ reazzjoni avversa għall-amministrazzjoni ta’ Trocoxil, ieqaf uża l-prodott, u fittex parir mediku mill-veterinarju tiegħek immedjatament.


    Trocoxil m’għandux jintuża f’annimali tqal, tat-tgħammir jew li jreddgħu.


    Għid lill-veterinarju tiegħek jekk il-kelb tiegħek qiegħed juża sustanza li traqqaq id-demm. Taqbiżx id-doża mogħtija kif preskritta mill-veterinarju tiegħek..

    F'każ ta' amministrazzjoni aċċidentali lilek innifsek, fittex parir mediku immedjatament u qis li turil- fuljett ta' informazzjoni li jkun fih il-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    Jekk taf li inti sensittiv għal NSAIDs għandek tevita li tmiss mal-prodott mediċinali veterinarju.


    Trocoxil tista’ tkun ta’ ħsara fi tfal li jeħduha, u jistgħu jidhru effetti farmakologiċi fit-tul li jwasslu għal eż. taqlib gastrointestinali. Biex tevita li tittieħed b’mod aċċidentali, agħti il-pillola lill-kelb mill- ewwel kif tneħħiha minn ġol-folja.


    Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li qed tmiss il-prodott. Aħsel idejk wara li tmiss il-prodott.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

    Saqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa.

    Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    .

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Folji li fihom żewġ pilloli tal-istess saħħa f’kull pakkett, kull pillola fiha 6mg, 20mg, 30mg, 75mg jew 95mg mavacoxib.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.