Zontivity
vorapaxar
vorapaxar
Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Zontivity u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Zontivity
Kif għandek tieħu Zontivity
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Zontivity
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Zontivity fih sustanza attiva msejħa vorapaxar, u jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini msejħa ‘mediċini kontra l-plejtlits.’
Il-plejtlits huma ċelluli tad-demm li jgħinu fit-tagħqid normali tad-demm. Zontivity ma jħallix lill- plejtlits jeħlu ma’ xulxin. Dan inaqqas iċ-ċans li jifforma tagħqid tad-demm li jimblokka l-arterji, bħall-arterji fil-qalb.
Zontivity jintuża f’adulti li kellhom attakk tal-qalb jew li għandhom kondizzjoni magħrufa bħala “mard tal-arterji periferali” (magħrufa wkoll bħala ċirkulazzjoni batuta fir-riġlejn).
Zontivity jintuża biex inaqqaslek ir-riskju li:
jagħtik attakk tal-qalb ieħor jew li tgħaddik puplesija
tmut b’attakk tal-qalb
jkollok bżonn operazzjoni urġenti biex jinfetħu arterji mblukkati fil-qalb.
It-tabib tiegħek se jagħtik ukoll istruzzjonijiet dwar acetylsalicylic acid jew clopidogrel (sustanzi oħra kontra l-plejtlits) li inti jista’ jkollok bżonn tieħu ma’ Zontivity.
jekk inti qatt għaddietek puplesjia jew ‘puplesija ħafifa’ (msejħa wkoll ‘attakk iskemiku temporanju’ jew TIA (transient ischemic attack))
jekk kellek ħruġ ta’ demm fil-moħħ
jekk bħalissa għandek ħruġ ta’ demm mhux tas-soltu, bħal ħruġ ta’ demm fil-moħħ, fl-istonku jew fil-musrana
jekk inti allerġiku għal vorapaxar sulfate jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6)
jekk għandek mard qawwi tal-fwied
Tiħux Zontivity jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik. Jekk għandek xi dubju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Zontivity.
Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Zontivity jekk inti:
kellek problemi bi ħruġ ta’ demm fil-passat
dan l-aħħar kellek xi korriment serju jew għamilt xi operazzjoni serja
qed tippjana li tagħmel operazzjoni inkluż operazzjoni fis-snien
qatt kellek ulċeri fl-istonku jew ifforma tkabbir żejjed żgħir fil-musrana tiegħek (‘polipi fil- musrana l-ħoxna’)
dan l-aħħar kellek ħruġ ta’ demm mill-istonku jew mill-musrana
għandek mard b’ulċera attiva fl-istonku
għandek problemi fil-fwied jew fil-kliewi
għandek piż tal-ġisem ta’ inqas minn 60 kg
għandek aktar minn 75 sena
Jekk xi waħda minn dawn t’hawn fuq tapplika għalik, jew jekk għandek xi dubju, kellem lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Zontivity.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Għid lit-tobba u lid-dentisti kollha tiegħek li inti qed tieħu Zontivity. Huma għandhom ikellmu lit- tabib li ordnalek Zontivity qabel ma inti tagħmel xi operazzjoni jew proċeduri invażivi. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex twaqqaf Zontivity qabel operazzjoni.
Jekk tgħaddik puplesija, ‘puplesija ħafifa’, jew ikollok ħruġ ta’ demm fil-moħħ waqt li tkun qed tieħu Zontivity, it-tabib tiegħek għandu jwaqqaflek Zontivity. Segwi l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek dwar kif twaqqaf Zontivity.
B’mod ġenerali, l-użu ta’ mediċini kontra l-plejtlits, kobor fl-età, jew piż baxx tal-ġisem iżidu r-riskju ta’ ħruġ ta’ demm. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk din il-mediċina hijiex xierqa għalik.
Zontivity mhuwiex irrakkomandat għal tfal u adolexxenti ta’ taħt it-18-il sena. Dan minħabba li mhuwiex magħruf jekk Zontivity huwiex bla periklu u jekk jaħdimx fit-tfal u fl-adoloxxenti.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Zontivity jista’ jaffettwa l-mod li bih jaħdmu mediċini oħra, u mediċini oħra jistgħu jaffettwaw il-mod li bih jaħdem Zontivity. Tiħux Zontivity jekk bħalissa qed tiġi kkurat/a bi prasugrel jew ticagrelor (sustanzi oħra kontra l-plejtlits). Jekk it-tabib tiegħek jordnalek prasugrel jew ticagrelor, għandek twaqqaf Zontivity u tkellem lit-tabib tiegħek.
Huwa importanti b’mod speċjali li inti tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tieħu:
itraconazole, ketoconazole, posaconazole (jintużaw biex jikkuraw infezzjonijiet bil-fungi)
ritonavir, nelfinavir, indinavir, saquinavir (jintużaw biex jikkuraw HIV-AIDS)
boceprevir, telaprevir (jintużaw biex jikkuraw infezzjonijiet bil-virus tal-epatite Ċ)
carbamazepine, phenytoin (mediċini kontra attakki tal-epilessija)
clarithromycin, telithromycin (jintużaw biex jikkuraw infezzjonijiet)
rifampin (jintuża biex jikkura t-tuberkulożi u xi infezzjonijiet oħra)
nefazodone (jintuża biex jikkura d-depressjoni)
antaċidi u pantoprazole (jintużaw biex jikkuraw stonku mqalleb)
digoxin (jintuża biex jikkura insuffiċjenza tal-qalb)
warfarin, antikoagulanti oħra mill-ħalq, heparin, jew heparin b’piż molekulari baxx (mediċini li jintużaw biex iraqqu d-demm)
Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk għandek xi dubju jekk il-mediċina tiegħek hijiex imniżżla fuq.
Kun af x’mediċini tieħu. Żomm lista tagħhom biex turihom lit-tabib u lill-ispiżjar tiegħek meta jagħtuk mediċina ġdida.
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib, tal-ispiżjar, jew tal-infermier tiegħek tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Mhuwiex magħruf jekk Zontivity jagħmilx ħsara lit-tarbija tiegħek li għadha ma twilditx. Inti u t-tabib tiegħek se tiddeċiedu jekk intix se tieħu Zontivity.
Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tredda’. Dan minħabba li mhuwiex magħruf jekk Zontivity jgħaddix ġol-ħalib tas-sider tiegħek. Inti u t-tabib tiegħek se tiddeċiedu jekk intix se tieħu Zontivity jew se tredda’. M’għandekx tagħmilhom it-tnejn.
X’aktarx li Zontivity ma jaffettwax il-ħila biex inti ssuq jew tħaddem magni.
Jekk it-tabib tiegħek qallek li inti għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, kellem lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Zontivity.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Id-doża rrakkomandata hija pillola waħda li tittieħed kuljum mill-ħalq mal-ikel jew mingħajru.
Biex Zontivity jibda jaħdem jista’ jieħu mill-inqas 7 ijiem. It-tabib tiegħek se jiddeċiedi jekk għandekx tieħu Zontivity għal aktar minn 24 xahar.
It-tabib tiegħek se jistabbilixxi jekk inti għandekx tieħu wkoll aspirina, clopidogrel, jew it-tnejn li huma, waqt li tkun qed tieħu Zontivity.
Jekk inti tieħu iktar Zontivity milli suppost tieħu, kellem tabib jew mur dritt l-isptar. Ħu l-pakkett tal- mediċina miegħek. Inti jista’ jkollok riskju akbar ta’ ħruġ ta’ demm.
Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Madankollu, jekk dan ikun fi żmien 12-il siegħa mid-doża li jmiss, aqbeż id-doża li tkun insejt tieħu.
Tiħux doża doppja (żewġ dożi fl-istess ħin) biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.
Tiqafx tieħu Zontivity mingħajr mal-ewwel tkellem lit-tabib li ordnahulek.
Ħu Zontivity fuq bażi regolari u għat-tul ta’ żmien li jordahulek it-tabib tiegħek.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina staqsi lit-tabib, lill-sipiżjar jew lill- infermier tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
Ċempel lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi wieħed minn dawn is-sintomi ta’ puplesija, li mhijiex komuni:
f’daqqa waħda tħoss titrix jew dgħufija f’dirgħajk, riġlejk jew wiċċek, speċjalment jekk ikunu fuq naħa waħda biss tal-ġisem
f’daqqa waħda ikollok konfużjoni, diffikultà biex titkellem, jew tifhem lil ħaddieħor
f’daqqa waħda ssib diffikultà biex timxi jew ikollok telf ta’ bilanċ jew koordinazzjoni
f’daqqa waħda tħossok stordut/a jew tħoss uġigħ ta’ ras qawwija mingħajr kawża magħrufa
Ħruġ ta’ demm qawwi mhuwiex komuni, iżda jista’ jkun ta’ theddida għall-ħajja. Ċempel tabib minnufih, jekk ikollok kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali jew sintomi ta’ ħruġ ta’ demm waqt li tkun qed tieħu Zontivity:
ħruġ ta’ demm li jkun qawwi jew li ma tkunx tista’ tikkontrolla
ħruġ ta’ demm mhux mistenni li jdum għal ħafna żmien
awrina roża, ħamra jew kannella
tirremetti d-demm jew ir-rimettar tiegħek jidher qisu ‘fdal tal-kafè wara li jsir’
ippurgar aħmar jew iswed (jidher qisu qatran)
itella’ d-demm jew demm magħqud mas-sogħla
Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10 persuni
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
fġir
tbenġil
Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100
għadd baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija)
ħruġ ta’ demm mill-ħanek
ħruġ ta’ demm f’għajnejk
ħruġ ta’ demm minn qatgħat jew feriti li huwa aktar minn normal
vista doppja
infjammazzjoni tal-istonku
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.
Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna.
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hija vorapaxar sulfate. Kull pillola fiha 2.08 mg ta’ vorapaxar (bħala vorapaxar sulfate).
Is-sustanzi l-oħra huma:
Qalba tal-pillola: lactose monohydrate; cellulose microcrystalline (E460); croscarmellose sodium (E468); povidone (E1201); magnesium stearate (E572).
Kisja tar-rita: lactose monohydrate; hypromellose (E464); titanium dioxide (E171); triacetin (E1518); iron oxide isfar (E172).
Il-pilloli huma sofor, f’għamla ovali, miksijin b’rita, b’daqs ta’ 8.48 mm x 4.76 mm, b’“351” fuq naħa waħda u l-logo ta’ MSD fuq in-naħa l-oħra.
Daqsijiet tal-pakkett
Pakketti ta’ 7, 28, 30, u 100 pillola f’folji tal-aluminju rettangolari. Pakketti ta’ 10 u 50 pillola f’folji tal-aluminju rettangolari b’dożi waħdiet. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Merck Sharp & Dohme Ltd S-P Labo NV
Hertford Road, Hoddesdon Industriepark 30
Hertfordshire B-2220 Heist-op-den-Berg
EN11 9BU Il-Belġju
Ir-Renju Unit
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
MSD Belgium BVBA/SPRL
Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211)
UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47
Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737
Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111
MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00
MSD Danmark ApS Tlf: +45 4482 4000
Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558)
MSD SHARP & DOHME GMBH
Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)
Merck Sharp & Dohme BV
Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153)
Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200
MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00
MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.
Τηλ: +30 210 98 97 300
Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.
Tel: +43 (0) 1 26 044
Merck Sharp & Dohme de España, S.A. Tel: +34 91 321 06 00
MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00
MSD France
Tél: + 33 (0) 1 80 46 40 40
Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat
Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333
Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: +40 21 529 29 00
Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited
Tel: +353 (0)1 299 8700
Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.
Tel: + 386 1 5204 201
Vistor hf.
Sími: +354 535 7000
Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010
MSD Italia S.r.l.
Tel: +39 06 361911
medicalinformation.it@merck.com
MSD Finland Oy
Puh/Tel: +358 (0) 9 804650
Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 800 00 673 (+357 22866700)
Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 77 5700488
SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364224
Merck Sharp & Dohme Limited Tel: +44 (0) 1992 467272
medicalinformationuk@merck.com
Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat