Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Clopidogrel Zentiva (previously Clopidogrel Winthrop)
clopidogrel

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Clopidogrel Zentiva 75 mg pilloli miksija b’rita

clopidogrel


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Clopidogrel Zentiva u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Zentiva

  3. Kif għandek tieħu Clopidogrel Zentiva

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Clopidogrel Zentiva

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Clopidogrel Zentiva u għalxiex jintuża


    Clopidogrel Zentiva fih clopidogrel u jifforma parti minn grupp ta’ mediċini msejħa prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets. Plejtlets huma partijiet żgħar ħafna fid-demm, li jinġemġħu flimkien waqt li jkun qed jagħqad id-demm. Il-prodotti mediċinali ta’ kontra l-plejtlets jilqgħu għal dan u jnaqqsu l-possibbiltajiet li jiffurmaw ċapep tad-demm (proċess imsejjaħ trombożi).


    Clopidogrel Zentiva jittieħed mill-adulti biex inaqqas ir-riskju li ċapep tad-demm (trombi) jifformaw fl-arterji mwebbsin (arterji), proċess imsejjaħ aterotrombożi, li jista’ jwassal għal konsegwenzi aterotrombotiċi (bħal puplesija, attakk tal-qalb, jew mewt).


    Ingħatajt Clopidogrel Zentiva biex inaqqas ir-riskju ta’ ċapep tad-demm u l-konsegwenzi severi tagħhom għaliex:

    • Għandek kundizzjoni fejn l-arterji tiegħek qegħdin jibbiesu (magħrufa wkoll bħala aterosklerożi), u

    • Kellek attakk tal-qalb, puplesija jew kundizzjoni magħrufa bħala mard periferali arterjali, jew

    • Kellek uġigħ sever f’sidrek magħruf bħala ‘anġina mhux stabbli’ jew ‘infart mijokardijaku’ (attakk ta’ qalb). Għat-trattament ta’ din il-kundizzjoni t-tabib tiegħek seta’ poġġa stent fl-

      arterja li nstaddet jew li djieqet biex iċ-ċirkolazzjoni effettiva tad-demm tiġi restawrata. Inti tista’ wkoll tingħata mit-tabib tiegħek acetylsalicylic acid ( sustanza li tinsab f’ħafna mediċini u li tintuża biex ittaffi l-uġigħ u tniżżel id-deni kif ukoll biex tippreveni li jifformaw ċapep ta’

      demm).

    • Kellek sintomi ta’ puplesija li jgħaddu f’perijodu qasir ta’ żmien ( magħruf ukoll bħala attakk iskemiku momentanju) jew puplesija iskemika li kienet ħafifa fis-severità tagħha. Tista’ tingħata wkoll acetylsalicylic acid mit-tabib tiegħek fi żmien l-ewwel 24 siegħa.

    • Għandek il-qalb li qiegħda tħabbat b’mod irregolari, kundizzjoni li tissejjaħ ‘fibrillazzjoni atrijali’ u ma tistax tieħu mediċini magħrufa bħala ‘antikoagulanti orali’ (mediċini li jaħdmu kontra l-vitamina K), li ma jħallux li jifformaw ċapep ġodda tad-demm u ma jħallux capep tad- demm li diġà fformaw milli jikbru. Għandhom ikunu qalulek li għal din il-kundizzjoni ‘l- antikoagulanti orali’ huma aktar effettivi milli acetylsalicylic acid jew mit-teħid flimkien ta’ Clopidogrel Zentiva u acetylsalicylic acid. It-tabib tiegħek għandu jkun għamillek riċetta għal Clopidogrel Zentiva u acetylsalicylic acid jekk ma tkunx tista’ tieħu ‘l-antikoagulanti orali’. u m’għandekx riskju ta’ fsada maġġura.

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Clopidogrel Zentiva


    Tiħux Clopidogrel Zentiva:

    • Jekk inti allerġiku/a (tbati minn sensittività eċċessiva) għal clopidogrel jew għal xi sustanza oħra ta’din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6.1).

    • Jekk tbati minn kundizzjoni medika li fil-preżent qiegħda tikkawża fsada, bħal ulċera fl-istonku

      jew fsada ġewwa l-moħħ.

    • Jekk tbati minn mard sever tal-fwied.


    Jekk taħseb li xi waħda minn dawn tgħodd għalik, jew jekk għandek xi dubju, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel Zentiva.


    Twissijiet u prekawzjonijiet

    Jekk xi sitwazzjoni msemmija hawn taħt tgħodd għalik, ħu parir tat-tabib tiegħek qabel tibda tieħu Clopidogrel Zentiva:

    • jekk tinsab f’riskju ta’ fsada bħal:

      • kundizzjoni medika li tpoġġik f’riskju ta’ fsada interna (bħal ulċera fl-istonku)

      • mard fid-demm li jwassal għal fsada interna (dmija f’xi tessuti, organi jew ġogi ta’

        ġismek);

      • ferita serja riċenti;

      • operazzjoni riċenti (anki tas-snien);

      • operazzjoni li ser issirlek (anki tas-snien) fis-sebat ijiem li ġejjin.

    • jekk fl-aħħar sebat ijiem kellek ċappa ta' demm f'arterja f'moħħok (puplesija iskemika)

    • jekk tbati minn mard tal-kliewi jew tal-fwied.

    • jekk kellek xi allerġija jew reazzjoni għal kwalunkwe mediċina użata fil-kura tal-marda tiegħek.

    • jekk kellek storja ta’ passat mediku t’emorraġija fil-moħħ li ma kinitx minħabba xi trawma.


      Waqt li qiegħed/qiegħda tieħu Clopidogrel Zentiva:

    • Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk għandek xi operazzjoni ppjanata (anki tas-snien).

    • Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa kundizzjoni medika (magħrufa wkoll bħala Purpura Trombotika Tromboċitopenika jew TTP) li tinkludi deni u tbenġil taħt il- ġilda li jidher bħal tikek ħomor irqaq, flimkien ma' jew mingħajr għeja kbira mhux spjegata, konfużjoni, sfurija tal-ġilda jew ta' l-għajnejn (suffejra) (ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli').

    • Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għax tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 4 ‘Effetti sekondarji possibbli’).

    • It-tabib tiegħek jista' jordnalek testijiet tad-demm.


    Tfal u adolexxenti

    Tagtix din il-mediċina lit-tfal għax ma taħdimx.


    Mediċini oħra u Clopidogrel Zentiva

    Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

    Xi mediċini oħra jistgħu jeffettwaw l-użu ta’ Clopidogrel Zentiva u viċe-versa.


    Għandek speċifikament tgħid lit-tabib tiegħek jekk tieħu

    • mediċini li jistgħu jżidu r-riskju li inti jkollok xi fsada bħal:

      • sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm li jittieħdu mill-ħalq, mediċini użati biex iraqqu d-demm,

      • mediċina anti-infjammatorja li mhijiex sterojde, normalment użata biex jiġi ittrattat l-uġigħ u/jew kundizzjonijiet infjammatorji tal- muskoli jew tal-ġogi,

      • l-eparina jew xi mediċina oħra li tiġi injettata biex tnaqqas il-koagulazzjoni tad-demm,

      • ticlopidine, sustanza oħra kontra l-plejtlits,

      • inibitur selettiv tal-ġbir mill-ġdid ta’ serotonin (li jinkludi iżda mhux limitat għal fluoxetine

        jew fluvoxamine), mediċini li ssoltu jintużaw fil-kura tad-dipressjoni,

      • rifampicin (użat fit-trattament ta’ infezzjonijiet severi)

    • omeprazole jew esomeprazole, mediċini għat-taqlib tal-istonku

    • fluconazole jew voriconazole, mediċini li jittrattaw infezzjonijiet tal-fungu,

    • efavirenz, jew mediċini oħra antiretrovirali (użati għat-trattament tal-infezzjonijiet mill-HIV),

    • carbamazepine, mediċina għat-trattament ta’ xi forom tal-epilessija,

    • moclobemide, mediċina għat-trattament tad-dipressjoni,

    • repaglinide, mediċina għat-trattament tad-dijabete,

    • paclitaxel, mediċina għat-trattament tal-kanċer,

    • opjodi: waqt li qed/a tirċievi trattament b’clopidogrel, għandek tinforma lit-tabib tiegħek qabel ma tingħata riċetta għal xi opjod (użat għat-trattament ta’ wġigħ sever),

    • rosuvastatin (użat biex inaqqas il-livell tiegħek ta’ kolesterol).


      Jekk ħassejt uġigħ qawwi f’sidrek (anġina mhux stabbli jew attakk tal-qalb), attakk iskemiku momentanju jew puplesija iskemika ħafifa fis-severità tagħha, jista’ jingħatalek Clopidogrel Zentiva flimkien ma’ acetylsalicylic acid, sustanza inkorporata f’ħafna mediċini użati biex itaffu l-uġigħ u jnaqqsu d-deni. L-użu ta’ kultant ta’ acetylsalicylic acid (ta’ mhux aktar minn 1000 mg f’perijodu ta’ 24 siegħa) ġeneralment m’għandux joħloq problema , iżda l-użu fit-tul f’cirkostanzi oħrajn għandu jiġi diskuss mat-tabib tiegħek.


      Clopidogrel Zentiva ma’ ikel u xorb

      Clopidogrel Zentiva jista’ jittieħed mal-ikel jew mingħajru.


      Tqala u treddigħ

      Huwa preferibbli li ma tiħux dan il-prodott waqt it-tqala.


      Qabel ma tibda tieħu Clopidogrel Zentiva, għandek tinforma lit-tabib jew lill-ispiżjar/a tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li inti tqila. Jekk toħroġ tqila waqt li qiegħda tieħu Clopidogrel Zentiva, għarraf minnufih lit-tabib tiegħek billi huwa rrakkomandat li ma tieħux clopidrogrel waqt it-tqala.


      M’għandekx tredda’ waqt li qiegħda tuża din il-mediċina.

      Jekk qiegħda tredda’ jew qiegħda taħseb biex tredda’, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il- mediċina.


      Itlob il-parir tat-tabib jew ta’ l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Clopidogrel Zentiva m’għandux jaffettwa is-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni.


      Clopidogrel Zentiva fih il-lactose

      Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.


      Clopidogrel Zentiva fih il-castor oil idroġenat

      Jista’ jikkawża dardir u dijarrea.


  3. Kif għandek tieħu Clopidogrel Zentiva


    Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.


    Id-doża rrakkomandata, li tinkludi pazjenti bi kundizzjoni msejħa ‘fibrillazzjoni atrijali’ (il-qalb li qiegħda tħabbat b’mod irregolari) hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg ta’ Clopidogrel Zentiva kuljum, meħuda mill-ħalq b’tazza ilma, mal-ikel jew fuq stonku vojt u fl-istess ħin kull ġurnata.

    Jekk kellek uġigħ sever f’sidrek (anġina instabbli jew attakk tal-qalb), it-tabib jista’ jagħtik 300 mg jew 600 mg ta’ Clopidogrel Zentiva (pillola 1 jew 2 ta' 300 mg jew 4 jew 8 pilloli ta’ 75 mg) darba fil- bidu tal-kura. Wara, id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg Clopidogrel Zentiva kuljum kif imsemmi hawn fuq.


    Jekk kellek sintomi ta’ puplesija li jgħaddu f’perijodu qasir ta’ żmien (magħruf ukoll bħala attakk iskemiku momentanju) jew puplesija iskemika li kienet ħafifa fis-severità tagħha, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik 300 mg ta’ Clopidogrel Zentiva (pillola 1 ta’ 300 mg jew 4 pilloli ta’ 75 mg) darba fil-bidu tat- trattament. Imbagħad, id-doża rrakkomandata hija ta’ pillola waħda ta’ 75 mg ta’ Clopidogrel Zentiva kuljum kif deskritt aktar ’il fuq flimkien ma’ acetylsalicylic acid għal 3 ġimgħat.

    Imbagħad it-tabib se jagħmillek riċetta għal jew Clopidogrel Zentiva waħdu jew acetylsalicylic acid waħdu.


    Għandek tieħu Clopidogrel Zentiva sakemm it-tabib jibqa’ jagħmillek ir-riċetta.


    Jekk tieħu Clopidogrel Zentiva aktar milli suppost

    Għarraf lit-tabib jew mur fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ta’ l-eqreb sptar minħabba r-riskju ogħla ta’ fsada.


    Jekk tinsa tieħu Clopidogrel Zentiva

    Jekk tinsa tieħu xi doża ta’ Clopidogrel Zentiva, iżda tiftakar fit-12-il siegħa ta’ wara, ħu l-pillola mill- ewwel, imbagħad ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas-soltu.


    Jekk tinsa għal aktar minn 12-il siegħa, sempliċiment ħu d-doża waħda li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għall-pillola li tkun insejt tieħu.


    Għall-pakketti ta’ 7, 14, 28 u 84 pilloli, tista’ tiċċekkja l-ġurnata li fiha ħadt l-aħħar il-pillola ta’ Clopidogrel Zentiva billi tirreferi għall-kalendarju stampat fuq il-folja.


    Jekk tieqaf tieħu Clopidogrel Zentiva

    Twaqqafx il-kura mingħajr ma jgħidlek it-tabib tiegħek. Informa lit-tabib jew l-ispizjar tiegħek qabel twaqqaf il-kura.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Għarraf lit-tabib tiegħek minnufih jekk:

    • jitlagħlek id-deni, sinjali ta’ infezzjoni jew ħafna għeja. Dawn jista’ jkunu minħabba tnaqqis rari ta’ xi ċelluli tad-demm.

    • sinjali ta’ mard tal-fwied bħal sfurija tal-ġilda u/jew ta’ l-għajnejn (suffejra), kemm jekk dan huwa assoċjat jew le ma’ emoraġija li tidher taħt il-ġilda bħala tikek ħomor irqaq u/jew

      konfużjoni (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u prekawzjonijiet').

    • nefħa fil-ħalq jew disturbi fil-ġilda bħal raxxijiet u ħakk, infafet fil-ġilda. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta' reazzjoni allerġika.


      L-iżjed effett sekondarju komuni rrappurtat b’Clopidogrel Zentiva hija l-fsada.

      Din tista' sseħħ bħala fsada fl-istonku jew fl-imsaren, tbenġil, ematoma (fsada jew tbenġil mhux tas- soltu taħt il-ġilda), tinfaraġ, demm fl-awrina. F’numru żgħir ta’ każijiet oħra ġew irrappurtati fsada fl-

      għajn, fir-ras, fil-pulmun jew fil-ġogi.

      Jekk tbati minn fsada għal perjodu twil waqt li qed tieħu Clopidogrel Zentiva

      Jekk taqta' x'imkien jew tweġġa', id-demm jista' jdum aktar mis-soltu biex jieqaf. Dan minħabba l-mod ta' kif taħdem il-mediċina tiegħek billi ma tħallix li jiffurmaw iċ-ċapep tad-demm. Għal qtugħ u feriti żgħar eż. meta taqta' x'imkien, meta tqaxxar, normalment m'hemmx għalfejn tinkwieta. Madanakollu, jekk id-demm li ħiereġ jinkwetak, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih (ara sezzjoni 2 ‘Twissijiet u prekawzjonijiet' ').


      Effetti sekondarji oħra jinkludu:

      Effettisekondarjikomuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10 persuni): Dijarea, uġigħ addominali, indiġestjoni jew ħruq fl-istonku.


      Effettisekondarjimhuxkomuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 100 persuna):

      Uġigħ ta’ ras, ulċera fl-istonku, rimettar, tqalligħ, stitikezza, gass żejjed fl-istonku jew fl-imsaren, raxxijiet, ħakk, sturdament, sensazzjoni ta’ tnemnim u tirżiħ.


      Effettisekondarjirari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1000 persuna): Vertigo, tkabbir tas-sider fl-irġiel.


      Effettisekondarjirariħafna (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 10,000 persuna):

      Suffejra; uġigħ addominali qawwi flimkien ma' jew mingħajr uġigħ fid-dahar; deni, diffikultajiet fin- nifs kultant assoċjati mas-sogħla; reazzjonijiet allerġiċi ġeneralizzati ( per eżempju, sensazzjoni ta’

      sħana ma’ ġismek kollu b’skonfort ġenerali f’daqqa sakemm tħossok ħażin); nefħa fil-ħalq; infafet fil-

      ġilda; reazzjoni allerġika fil-ġilda; uġigħ fil-ħalq (stomatite); tnaqqis fil-pressjoni tad-demm; konfużjoni; alluċinazzjonijiet; uġigħ fil-ġogi; uġigħ muskolari; tibdil fit-togħma ta’ l-ikel jew ma

      tibqax ittiegħem l-ikel.


      Effettisekondarjib’frekwenzamhuxmagħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli):

      Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva b’uġigħ fis-sider jew fl-addome, sintomi persistenti ta’ livell baxx ta’ zokkor fid-demm.


      Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jinduna b’xi tibdil fir-riżultati tat-testijiet tad-demm jew ta’ l- awrina tiegħek.


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Clopidogrel Zentiva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja,wara JIS. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Irreferi fuq il-kaxxa għall-kundizzjonijiet ta’ kif jinħażen.

    Jekk Clopidogrel Zentiva huwa fornut ġo folji tal-PVC/PVDC/Aluminju, aħżen f’temperatura taħt 30°C.

    Jekk Clopidogrel Zentiva huwa fornut ġo folji kollha kemm huma ta’ l-aluminju, din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.


    Tużax din il-mediċina jekk tinnota xi sinjali visibli ta’ deterjorament.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Clopidogrel Zentiva

Is-sustanza attiva hi clopidogrel. Kull pillola fiha 75 mg ta’ clopidogrel (bħala hydrogen sulphate).


Is-sustanzi l-oħra huma (ara sezzjoni 2 ‘Clopidogrel Zentiva fih il-lactose’ u ‘Clopidogrel Zentiva fih castor oil idroġenat’):

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jistgħu jkunu għal skop kummerċjali. Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifatturi Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Zentiva k.s.

U kabelovny 130

102 37 Prague 10

Ir-Repubblika Ċeka


Manifatturi:

Sanofi Winthrop Industrie

1, rue de la Vierge, Ambarès & Lagrave, F-33565 Carbon Blanc cedex, Franza jew

Delpharm Dijon

6, boulevard de l’Europe, F-21800 Quétigny, Franza jew

S.C. Zentiva S.A.

B-dul Theodor Pallady nr. 50, sector 3, 032266 Bukarest

Ir-Rumanija


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Zentiva, k.s.

Tél/Tel: +32 280 86 420

PV-Belgium@zentiva.com

Lietuva

Zentiva, k.s.

Tel: +370 52152025

PV-Lithuania@zentiva.com

България

Zentiva, k.s.

Тел: + 35924417136

PV-Bulgaria@zentiva.com

Luxembourg/Luxemburg

Zentiva, k.s.

Tél/Tel: +352 208 82330

PV-Luxembourg@zentiva.com


Česká republika

Zentiva, k.s.

Tel: +420 267 241 111

PV-Czech-Republic@zentiva.com


Danmark

Zentiva Denmark ApS Tlf: +45 787 68 400

PV-Denmark@zentiva.com

Magyarország Zentiva Pharma Kft. Tel.: +36 1 299 1058

PV-Hungary@zentiva.com


Malta

Zentiva, k.s.

Tel: +356 2778 0890

PV-Malta@zentiva.com


Deutschland

Zentiva Pharma GmbH Tel: +49 (0) 800 53 53 010

PV-Germany@zentiva.com

Nederland

Zentiva, k.s.

Tel: +31 202 253 638

PV-Netherlands@zentiva.com


Eesti

Zentiva, k.s.

Tel: +372 52 70308

PV-Estonia@zentiva.com

Norge

Zentiva Denmark ApS Tlf: +47 219 66 203

PV-Norway@zentiva.com


Ελλάδα

Zentiva, k.s.

Τηλ: +30 211 198 7510

PV-Greece@zentiva.com

Österreich

Zentiva, k.s.

Tel: +43 720 778 877

PV-Austria@zentiva.com


España

Zentiva, k.s.

Tel: +34 931 815 250

PV-Spain@zentiva.com

Polska

Zentiva Polska Sp. z o.o. Tel: + 48 22 375 92 00

PV-Poland@zentiva.com


France

Zentiva France

Tél: +33 (0) 800 089 219

PV-France@zentiva.com

Portugal

Zentiva Portugal, Lda Tel: +351210601360

PV-Portugal@zentiva.com


Hrvatska

Zentiva d.o.o.

Tel: +385 1 6641 830

PV-Croatia@zentiva.com


Ireland

Zentiva, k.s.

Tel: +353 818 882 243

PV-Ireland@zentiva.com

România

ZENTIVA S.A.

Tel: +4 021.304.7597

PV-Romania@zentiva.com


Slovenija

Zentiva, k.s.

Tel: +386 360 00 408

PV-Slovenia@zentiva.com

Ísland

Zentiva Denmark ApS Sími: +354 539 0650

PV-Iceland@zentiva.com

Slovenská republika

Zentiva, a.s.

Tel: +421 2 3918 3010

PV-Slovakia@zentiva.com


Italia

Zentiva Italia S.r.l. Tel: +39-02-38598801

PV-Italy@zentiva.com

Suomi/Finland

Zentiva Denmark ApS, k.s. Puh/Tel: +358 942 598 648

PV-Finland@zentiva.com


Κύπρος

Zentiva, k.s.

Τηλ: +357 240 30 144

PV-Cyprus@zentiva.com

Sverige

Zentiva Denmark ApS Tel: +46 840 838 822

PV-Sweden@zentiva.com


Latvija

Zentiva, k.s.

Tel: +371 67893939

PV-Latvia@zentiva.com

United Kingdom (Northern Ireland)

Zentiva, k.s.

Tel: +44 (0) 800 090 2408

PV-United-Kingdom@zentiva.com


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ xahar SSSS


/.