Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Xiapex
collagenase Clostridium histolyticum

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Xiapex 0.9 mg trab u solvent għal soluzzjoni għal injezzjoni

collagenase clostridium histolyticum


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.


X’fih dan il-fuljett

  1. X’inhu Xiapex u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Xiapex

  3. Kif għandu jintuża Xiapex

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Xiapex

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Xiapex u gћalxiex jintuża


    Xiapex jintuża għat-trattament ta’ żewġ kundizzjonijiet differenti: il-kontrazzjoni ta’ Dupuytren f’pazjenti adulti b’korda palpabbli u l-marda ta’ Peyronie f’irġiel adulti.


    Kontrazzjoni ta’ Dupuytren

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Din hija marda li ġġiegħel lis-swaba’ jitgħawwġu ’l ġewwa. Dan it-tgħawwiġ jissejjaħ kontrazzjoni u huwa kkawżat mill-formazzjoni mhux normali ta’ korda li jkun fiha il-kollaġen taħt il-ġilda tiegħek. Għal bosta nies, kontrazzjoni tikkawża diffikultajiet kbar sabiex iwettqu attivitajiet ta’ kuljum bħal sewqan, jieħdu b’idejn ħaddieħor, jagħmlu xi sport, jiftħu vażetti, jittajpjaw jew iżommu l-affarijiet f’idejhom.


    Il-marda ta’ Peyronie

    Din hi kundizzjoni fejn irġiel adulti jkollhom ‘plakka’ li tista’ tinħass, u kurva fil-pene tagħhom. Il- marda tista’ tikkawża bidla fil-forma tal-pene erett minħabba akkumulazzjoni mhux normali ta’ tessut ta’ ċikatriċi, magħruf bħala plakka, fil-fibri li jiġġebbdu tal-pene. Il-plakka tista’ tinterferixxi mal-ħila li wieħed ikollu erezzjoni dritta minħabba li l-plakka mhux se tiġġebbed daqs il-bqija tal-pene. Irġiel bil-marda ta’ Peyronie jista’ jkollhom erezzjoni li tkun milwija jew mgħawwġa.


    Is-sustanza attiva f’Xiapex hija l-collagenase clostridium histolyticum, u dan il-collagenase jiġi prodott permezz tal-mikroorganiżmu Clostridium histolyticum. Xiapex jiġi injettat mit-tabib tiegħek fil-korda fis-saba’/id jew plakka fil-pene tiegħek u jaħdem billi jkisser il-kollaġen fil-korda jew plakka.

    Għall-marda ta’ Dupuytren, Xiapex ikisser il-kollaġen li jifforma l-korda u b’hekk jerħi l-kontrazzjoni

    kompletament jew parzjalment u jippermetti li s-saba’(swaba’) tiegħek ikun(u) iktar dritt(i).

    Għall-marda ta’ Peyronie, Xiapex ikisser il-kollaġen fil-plakka li tkun qed tikkawża l-pene erett tiegħek li jista’ jgħin lill-erezzjoni li qabel kienet milwija biex issir aktar dritta u li jagħmilha possibbli li inti tħossok inqas inkwetat bil-marda tiegħek. It-tnaqqis tal-kurva li jinkiseb se jvarja bejn individwu u ieħor.

  2. X'għandek tkun taf qabel ma tingħata Xiapex


    M’għandekx tingħata Xiapex:

    • Jekk inti allerġiku għal collagenase clostridium histolyticum jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-

      mediċina (mniżżla fis-sezzjoni 6).

    • Għal marda ta’ Peyronie, jekk i-trattament tal-plakka tiegħek tinvolvi t-tubu (li jissejjaħ l-uretra) li tgħaddi minnu l-awrina.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel ma tingħata Xiapex.


      Reazzjonijiet allerġiċi

      Reazzjonijiet allerġiċi severi jistgħu jseħħu f’pazjenti li li jirċievu Xiapex, minħabba li fih proteini li ma jappartjenux għall-ġisem tal-bniedem.


      Ċempel lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok kwalunkwe sintomu minn dawn li ġejjin ta’ reazzjoni allerġika wara injezzjoni ta’ Xiapex:

    • urtikarja

    • wiċċ minfuħ

    • problemi biex tieħu n-nifs

    • uġigħ fis-sider


      Il-potenzjal għal reazzjoni allerġika serja jew żvilupp tas-sindrome muskoloskeletali bl-użu ripetut ta’ Xiapex ma jistgħux jiġu esklużi. Is-sintomi tas-sindrome muskoloskeletali jistgħu jkunu uġigħ fil-ġogi jew fil-muskoli, ebusija fl-ispalel, nefħa fl-id, fibrosi tal-keff tal-id, u t-tħaxxin jew l-iffurmar ta’ għoqiedi fit-tendini. Jekk tinnota sintomi bħal dawn għandek tinforma lit-tobba tiegħek.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Qabel ma tingħata din il-mediċina, kun żgur li t-tabib tiegħek ikun jaf:

    • jekk kellek reazzjoni allerġika għal injezzjoni ta’ Xiapex fil-passat.

    • jekk għandekx passat ta’ problemi bl-għaqid normali tad-demm tiegħek jew jekk hux qed tieħu xi mediċina li tgħinek tikkontrolla l-għaqid normali tad-demm tiegħek (magħrufa bħala mediċini ta’ kontra l-koagulazzjoni).

    • jekk fil-preżent qed tieħu xi mediċini ta’ kontra l-koagulazzjoni, m’għandekx tingħata Xiapex fi żmien 7 ijiem mill-aħħar doża tal-mediċina tiegħek ta’ kontra l-koagulazzjoni. Eċċezzjoni waħda hija l-użu ta’ limitu ta’ 150 mg doża waħda kuljum ta’ acetylsalicylic acid (sustanza li tinsab f’bosta mediċini użati fil-prevenzjoni tal-għaqid tad-demm) li jista’ jittieħed.


      Jekk qed tiġi kkurat għal kontrazzjoni ta’ Dupuytren


      Din il-mediċina trid tiġi injettata biss ġol-korda tal-kollaġen f’idek mit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek se joqgħod attent biex jevita li jinjetta ġo tendini, nervaturi jew vini/arterji. Injezzjoni mhux korretta ġo tendini, nervaturi jew vini/arterji, tista’ tirriżulta fi ħruġ ta’ demm jew ħsara u korriment permanenti possibbli għal dawn l-istrutturi. Jekk il-korda li tkun se tiġi ttrattata tkun imwaħħla mal- ġilda, inti tkun f’riskju ogħla ta’ qsim jew tiċrit tal-ġilda waqt il-proċedura ta’ estensjoni tas-swaba’ wara l-injezzjoni ta’ Xiapex.


      Ħsara severa bħal eż. nekrożi jew ksur tas-swaba’ tista’ twassal għal telf tas-swaba’ jew ta’ partijiet tas-swaba’. Qabel titwettaq il-proċedura ta’ manipulazzjoni tas-swaba’ għid lit-tabib tiegħek, jekk għandek xi kundizzjoni li taffettwa l-għadam tiegħek, eż. osteopenja jew osteoporożi. Ikkuntattja lit- tabib tiegħek minnufih jekk inti inkwetat minħabba żieda fl-uġigħ jew minħabba sintomi fis-swaba’ wara t-trattament.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk fil-passat irċivejt, jew qed taħseb dwar li tirċievi Xiapex biex tikkura kundizzjoni magħrufa bħala l-marda ta’ Peyronie. Din il-kundizzjoni taffettwa lil irġiel adulti, li jkollhom ‘plakka’ li tista’ tinħass, u kurva fil-pene erett tagħhom.

      Jekk qed tiġi kkurat għal marda ta’ Peyronie


      Din il-mediċina trid tiġi injettata biss ġol-plakka fil-pene tiegħek mit-tabib tiegħek.


      Ksur tal-pene (ftuq korporali) jew korriment serju ieħor lill-pene

      Li tirċievi injezzjoni ta’ Xiapex jista’ jikkawża ħsara lit-tubi fil-pene tiegħek li jissejħu l-

      korpora. Wara t-trattament b’Xiapex, wieħed minn dawn it-tubi jista’ jinkiser waqt erezzjoni. Dan

      jissejjaħ ftuq korporali jew ksur tal-pene.

      Wara t-trattament b’Xiapex, il-vini/arterji fil-pene tiegħek jistgħu jinkisru wkoll, u dan iwassal sabiex id-demm jinġabar taħt il-ġilda (din tissejjaħ ematoma).

      Sintomi ta’ ksur tal-pene (ftuq korporali) jew korriment serju ieħor lill-pene tiegħek jista’ jinkludi:

    • ħoss jew sensazzjoni ta’ "popping" f’pene erett

    • telf għall-għarrieda tal-ħila li żżomm erezzjoni

    • uġigħ fil-pene tiegħek

    • tbenġil vjola u nefħa tal-pene tiegħek

    • diffikultà biex tagħmel l-awrina jew demm fl-awrina


      Ċempel lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok kwalunkwe sintomu ta’ ksur tal-pene jew korriment serju fil-pene elenkati hawn fuq, li jista’ jkollhom bżonn ta’ intervent kirurġiku. M’għandek tagħmel l-ebda attività sesswali għal mill-inqas 4 ġimgħat wara t-tieni injezzjoni taċ- ċiklu ta’ trattament b’Xiapex u wara li kwalunkwe wġigħ u nefħa jkunu waqfu u oqgħod attent meta terġa’ tibda l-attività sesswali.


      Għid lit-tabib tiegħek jekk fil-passat irċivejt, jew qed taħseb dwar li tirċievi Xiapex biex tikkura kundizzjoni magħrufa bħala l-kontrazzjoni ta’ Dupuytren. F’din il-kundizzjoni, tifforma korda fit-tessut fil-keffa tal-id u tikkawża li saba’ wieħed jew aktar jintlewew lejn il-keffa tal-id b’tali mod li ma jkunx jista’ jiddritta.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Tfal u adolexxenti

      M’hemm l-ebda użu rilevanti ta’ Xiapex fit-tfal u adolexxenti ta’ bejn iż-0 u t-18-il sena għall-kura ta’ kontrazzjoni ta’ Dupuytren jew għall-marda ta’ Peyronie.


      Mediċini oħra u Xiapex

      Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini li jgħinu għall-kontroll tal-għaqid normali tad-demm tiegħek (magħrufa bħala mediċini ta’ kontra l-koagulazzjoni), derivattivi ta’ anthraquinone, xi antibijotiċi (tetracyclines u anthracyclines/anthraquinolone) użati għall-kura ta’ infezzjonijiet. M’hemmx interazzjonijiet magħrufa bl-użu fl-istess ħin ta’ mediċini għal disfunzjoni erettili u l-kura b’Xiapex.


      Tqala u treddigħ

      Kontrazzjoni ta’ Dupuytren

      Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tingħata din il-mediċina.

      M’hemmx esperjenza dwar l-użu ta’ Xiapex f’nisa tqal u għaldaqstant l-użu ta’ Xiapex mhuwiex

      irrakkomandat fit-tqala, u l-kura għandha tkun posposta sa wara t-tqala.


      M’hemmx esperjenza dwar l-użu ta’ Xiapex f’nisa li jkunu qed ireddgħu, u għalhekk l-użu ta’ Xiapex mhuwiex irrakkomandat matul it-treddigħ.


      Marda ta’ Peyronie

      Din il-kundizzjoni ma sseħħx fin-nisa.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      Jekk ikollok sturdament, tirżiħ jew sensazzjonijiet mibdula, u uġigħ ta’ ras immedjatament wara injezzjoni ta’ Xiapex, inti trid tevita attivitajiet li jistgħu jkunu perikolużi bħas-sewqan jew it-tħaddim ta’ magni sakemm dawn l-effetti jkunu għaddew jew sakemm tingħata parir mit-tabib tiegħek.


      Nefħa u uġigħ jistgħu jtellfu l-użu tal-id ittrattata fil-marda ta’ Dupuytren.

      Xiapex fih sodium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull doża, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa

      mis-sodium’.


  3. Kif għandu jintuża Xiapex


    Tobba biss li jkunu ġew imħarrġa kif suppost fl-użu korrett ta’ Xiapex u b’esperjenza fl-immaniġġjar

    tal-marda ta’ Dupuytren jew ta’ Peyronie jistgħu jagħtuk il-kura.


    Inti se tingħata Xiapex bħala injezzjoni direttament fiż-żona li tkun qed tikkawża li s-swaba’/pene jintlewew (injezzjoni għal ġol-ferita). It-tabib tiegħek jagħtik l-injezzjonijiet kollha ta’ Xiapex.


    Id-doża rakkomandata tal-mediċina preskritta tiegħek hija ta’ 0.58 mg.


    Kontrazzjoni ta’ Dupuytren

    Il-volum totali tal-injezzjoni jiddependi fuq il-ġog li jkun qiegħed jiġi kkurat. It-tabib tiegħek jagħżel b’attenzjoni żona fejn il-korda tal-kollaġen tkun l-aktar aċċessibbli u jagħti l-injezzjoni fil-korda.


    Wara l-injezzjoni, it-tabib jinfaxxalek idek. Għandek iċċaqlaq mill-inqas is-saba’ ttrattat għal ġurnata u jista’ jkun li s-saba’ jidritta waħdu fil-każ ta’ ċerti pazjenti. Sakemm ma jgħidlekx it-tabib, tilwix jew testendix is-swaba’ tal-id injettata. Tippruvax tħoll il-korda injettata billi togħrok idek inti fi kwalunkwe ħin. Żomm idek ’il fuq kemm jista’ jkun sal-ġurnata ta’ wara l-proċedura ta’ estensjoni tas- swaba’.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    It-tabib tiegħek ser jgħidlek biex tirritorna madwar 24-72 siegħa wara l-injezzjoni tiegħek sabiex jipprova jestendi subgħajk biex jidrittah. Wara l-estensjoni ta’ subgħajk. it-tabib jagħmillek qasba żgħira mas-saba’ li tintlibes waqt l-irqad għal massimu ta’ 4 xhur.

    Jekk is-saba’ ma jkunx jista’ jidritta waqt viżta ta’ segwitu għand it-tabib tiegħek, tista’ tkun teħtieġ

    aktar kura b’Xiapex li jistgħu jingħatawlek madwar 4 ġimgħat wara l-ewwel trattament. L- injezzjonijiet u l-proċeduri ta’ estensjoni tas-swaba’ jistgħu jsiru sa 3 darbiet għal kull korda f’distanza ta’ madwar 4 ġimgħat. Injezzjonijiet f’sa żewġ kordi jew żewġ ġogi affettwati fl-istess id, jistgħu jingħataw waqt viżta ta’ kura. Jekk il-marda tirriżulta f’diversi kontrazzjonijiet, kordi addizzjonali jistgħu jiġu kkurati waqt viżti oħrajn ta’ kura f’intervall ta’ madwar 4 ġimgħat bejniethom, kif deċiż mit-tabib tiegħek.


    Kun żgur li ssaqsi lit-tabib tiegħek meta tkun tista’ tibda mill-ġdid l-attivitajiet normali wara l-kura b’Xiapex. Huwa rrakkomandat li tevita attivitajiet ta’ strapazz għal subgħajk sakemm it-tabib tiegħek jagħtik istruzzjonijiet oħrajn. It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomandalek li tagħmel sensiela ta’ eżerċizzji ta’ liwi u estensjoni tas-swaba’ diversi drabi matul il-ġurnata għal bosta xhur.

    Esperjenza fl-istudji kliniċi b’Xiapex bħalissa hi limitata għal sa 3 injezzjonijiet f’kull korda u għal sa

    total ta’ 8 injezzjonijiet fil-idejn.


    Il-marda ta’ Peyronie

    It-tabib tiegħek se jinjetta Xiapex ġol-plakka li tkun qed tikkawża li l-pene tiegħek jintlewa.


    • Xiapex jingħata bħala parti minn ċiklu ta’ trattament. F’kull ċiklu ta’ trattament, inti se tirċievi injezzjoni waħda ta’ Xiapex, segwita mit-tieni injezzjoni f’jum differenti (minn jum sa 3 ijiem aktar tard).

    • Wara kull injezzjoni ta’ Xiapex, il-pene tiegħek jista’ jiġi mgeżwer b’faxxa. It-tabib tiegħek

      se jgħidlek meta tneħħi l-infaxxar.

    • Minn jum sa tliet ijiem wara t-tieni injezzjoni ta’ Xiapex f’ċiklu ta’ trattament, inti se jkollok bżonn li tmur lura għand it-tabib tiegħek għal proċedura manwali li se tgħin biex iġġebbed u tgħin biex tiddritta l-pene tiegħek. It-tabib tiegħek se jgħidlek meta għandek tmur għandu għal dan.

    • It-tabib tiegħek se jurik kif tista’ tiġbed bil-mod u tiddritta l-pene tiegħek bil-mod korrett. Għal aktar informazzjoni ara “Istruzzjonijiet dwar kif tiġbed bil-mod il-pene tiegħek” u “Istruzzjonijiet dwar kif tiddritta bil-mod il-pene tiegħek”fl-aħħar tal-Fuljett ta’ tagħrif.

    • Għandek iġġebbed bil-mod il-pene tiegħek biss meta ma jkollokx erezzjoni. Għandek tiġbed

      bil-mod il-pene tiegħek 3 darbiet kuljum għal 6 ġimgħat wara kull ċiklu ta’ kura.

    • Għandek tiddritta bil-mod il-pene tiegħek biss jekk ikollok erezzjoni li sseħħ mingħajr kwalunkwe attività sesswali (erezzjoni spontanja). Għandek tiddritta bil-mod il-pene tiegħek darba kuljum għal 6 ġimgħat wara kull ċiklu ta’ trattament

    • It-tabib tiegħek se jgħidlek meta tkun tista’ tkompli bl-attività sesswali wara kull ċiklu ta’

      trattament.

    • It-tabib tiegħek se jgħidek ukoll meta għandek tmur fejnu jekk iktar ċikli ta’ trattament jkunu meħtieġa.


      Esperjenza fl-istudji kliniċi b’Xiapex bħalissa hi limitata għal 4 ċikli ta’ kura, li fihom, total ta’ sa

      8 injezzjonijiet jistgħu jingħataw ġol-plakka li tikkawża l-kurvatura.


      Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok problema biex tiġbed jew tiddritta l-pene tiegħek, jew jekk ikollok uġigħ jew problemi oħrajn.


      Jekk tingħata aktar Xiapex milli suppost

      Minħabba li din il-mediċina tingħatalek mit-tabib tiegħek huwa ferm improbabbli li tingħata doża

      żbaljata. Fil-każ improbabbli li t-tabib tiegħek jagħtik doża ogħla minn dik irrakkomandata, jista’ jkollok żieda fis-severità tal-effetti sekondarji possibbli elenkati fis-sezzjoni 4 “Effetti Sekondarji Possibbli”.


      Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-uzu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Reazzjoni allerġika

    Reazzjoni allerġika severa ġiet irrappurtata b’mod mhux komuni (każ wieħed). Jekk jogħġbok

    ikkonsulta lit-tabib tiegħek minnufih jekk ikollok xi sinjali jew sintomi ta’ reazzjoni allerġika serja, eż., ħmura jew raxx mifruxin, nefħa, ġbid fil-ġerżuma jew diffikultà sabiex tieħu n-nifs. M’għandekx tingħata Xiapex jekk taf li kellek reazzjoni allerġika serja għall-collagenase jew għal xi sustanza oħra.


    Kontrazzjoni ta’ Dupuytren


    Il-parti l-kbira mill-effetti sekondarji li seħħew fl-istudji kliniċi kienu ħfief jew moderati u kienu lokalizzati fl-id ikkurata.


    L-effetti sekondarji li ġejjin dehru b’Xiapex mogħti f’sa żewġ kordi jew ġogi f’kull viżta ta’ kura:


    Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

    • reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni bħal fsada, uġigħ, nefħa, sensittività u tbenġil

    • ħakk fl-id

    • uġigħ fl-id, fil-polz jew id-driegħ

    • glandoli minfuħin ħdejn il-minkeb jew taħt l-abt

    • nefħa fl-id jew id-driegħ

      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 10):

    • reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni bħal uġigħ, sħana, nefħa, nuffati, ħmura tal-ġilda u/jew raxx

      fil-ġilda

    • ġerħa fil-ġilda fis-sit tal-injezzjoni

    • ferita tal-ġilda, nuffata bid-demm

    • glandoli li jweġġgħu ħdejn il-minkeb jew taħt l-abt

    • nefħa u uġigħ fil-ġogi

    • sensazzjoni ta’ ħruq, telf parzjali tas-sensittività, ‘tagħrix’ jew tirżiħ

    • sturdament, uġigħ ta’ ras, nawsja

    • żieda fl-għaraq


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 100):

    • ftuq tat-tendini, korriment fil-ligamenti

    • għadd baxx tal-plejtlets tad-demm

    • nefħa fil-kappell tal-għajn

    • reazzjoni allerġika

    • uġigħ kroniku

    • skonfort, korriment, paraliżi tar-riġel

    • rogħda/tregħid, żieda fis-sensittività għall-istimuli

    • ħass ħażin

    • rimettar, dijarea, uġigħ fil-parti ta’ fuq tal-addome

    • raxx, ekżema

    • ebusija, tfaqqigħ fil-ġogi

    • spażmi fil-muskoli, għeja fil-muskoli, ebusija jew skonfort muskoloskeletali

    • uġigħ bejn il-koxxa u ż-żaqq, fl-ispalla, fis-sider, jew fl-għonq

    • nefħa

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • deni, uġigħ ġenerali, skonfort, għeja, sħana, telqa, mard simili għall-influwenza

    • intolleranza għall-kesħa fis-swaba’ ttrattati

    • reazzjonijiet fil-post tal-injezzjoni inkluż it-tqaxxir tal-ġilda, nuqqas ta’ kulur fil-ġilda, infezzjoni, uġigħ, ebusija fil-ġilda, tirżiħ, irritazzjoni jew għoqiedi, skorċa, ġrieħi

    • żieda fl-enzimi tal-fwied

    • aġitazzjoni, diżorjentazzjoni, irritabbiltà, nuqqas ta’ kwiet, diffikultà ta’ rqad,

    • qtugħ ta’ nifs, iperventilazzjoni

    • infjammazzjoni tal-għoqiedi tal-limfa (limfadenite), infjammazzjoni tal-kanali limfatiċi (limfanġite) li twassal għal-ħmura fil-ġilda bil-burdura mqabbża, ġilda sensittiva u sħuna, li normalment ikollha wkoll linja ħamra, nodi limfatiċi minfuħin


      Il-frekwenza tal-effetti sekondarji mhix magħrufa

    • ksur fis-swaba’

    • telf tas-swaba’ jew ta’ partijiet tas-swaba’


      Il-marda ta’ Peyronie


      Ksur tal-Pene (ftuq korporali) jew korriment serju ieħor lill-pene

      Ksur tal-Pene (ftuq korporali) jew korriment serju ieħor lill-pene seħħew b’mod mhux komuni. Ċempel lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok kwalunkwe mis-sintomi ta’ ksur tal-pene jew korriment serju ieħor fil-pene tiegħek kif ġej: ħoss jew sensazzjoni “popping” f’pene erett, telf għall-għarrieda tal-ħila li żżomm erezzjoni, uġigħ fil-pene tiegħek, tbenġil vjola u nefħa tal-pene tiegħek, diffikultà biex tagħmel l-awrina jew demm fl-awrina, akkumulazzjoni ta’ demm taħt il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni.


      Il-biċċa l-kbira tal-effetti sekondarji li seħħew fl-istudji kliniċi kienu ħfief jew moderati fis-severità tagħhom, u l-biċċa l-kbira fiequ fi żmien ġimagħtejn mill-injezzjoni.

      L-effetti sekondarji li ġejjin ġew osservati b’Xiapex:


      Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

    • tbenġil jew nefħa tal-pene u uġigħ fil-pene

    • akkumulazzjoni żgħira ta’ demm taħt il-ġilda fis-sit tal-injezzjoni


      Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 10):

    • reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni, bħal preżenza ta’ nuffata, nefħa, ħakk jew żona solida mtella’ ’l fuq taħt il-ġilda

    • uġigħ fis-sit tal-injezzjoni u ’l fuq mill-pene

    • nuffata jew ħmura/tibdil fil-kulur tal-pene

    • ħakk ġenitali

    • erezzjoni bl-uġigħ, uġigħ meta jkollok x’taqsam sesswalment u disfunzjoni erettili.


      Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 100):

    • uġigħ fl-għoqod tal-limfa u għoqod tal-limfa minfuħin

    • żieda fiċ-ċelluli tad-demm bojod

    • taħbit tal-qalb mgħaġġel

    • tisfir fil-widnejn

    • nefħa fiż-żaqq

    • stitikezza

    • tħoss is-sħana

    • raxx fis-sit tal-injezzjoni

    • deni

    • għeja

    • rogħda

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    • mard simili għall-influwenza

    • tnixxija minn nuffata fuq il-pene

    • sensittività

    • reazzjoni allerġika

    • infezzjoni fungali tal-ġilda

    • infezzjoni

    • infezzjoni fin-naħa ta’ fuq tal-apparat respiratorju

    • qtugħ fil-ġilda

    • ferita miftuħa

    • akkumulazzjoni ta’ demm ’il barra minn vina/arterja fuq l-iskrotum

    • korriment fil-ġogi

    • ħoss/sensazzjoni “popping” li tindika ksur fil-pene

    • żieda fil-livell ta’ zokkor fid-demm

    • żieda fil-pressjoni tad-demm

    • żamma tal-ilma

    • uġigħ fid-dahar

    • uġigħ u skumdità bejn il-koxxa u ż-żaqq

    • ħxuna qrib ligament fil-bażi tal-pene

    • sensittività f’ligament fil-bażi tal-pene

    • uġigħ ta’ ras

    • sturdament

    • togħma mhux pjaċevoli

    • sensazzjoni mhux normali

    • sensazzjoni ta’ ħruq

    • żieda/tnaqqis fis-sensittività għal stimulazzjonijiet lis-sensi

    • ħolm mhux normali

    • depressjoni

    • wieħed jevita li jkollu x’jaqsam sesswalment

    • uġigħ meta tagħmel l-awrina/żieda fl-ammont ta’ awrina

    • tessut ta’ ċikatriċi fil-pene

    • disturb fil-pene

    • aggravament tal-marda ta’ Peyronie

    • disfunzjoni sesswali

    • ħmura, nefħa u uġigħ fl-iskrotu

    • skonfort u tbenġil ġenitali

    • uġigħ pelviku

    • tnaqqis fid-daqs tal-pene

    • formazzjoni ta’ embolu tad-demm ġo vina tal-pene

    • sogħla

    • żona żgħira ta’ infjammazzjoni

    • għaraq matul il-lejl

    • feriti fuq il-ġilda tal-pene

    • raxx tal-ġilda li tipproduċi ħmura

    • disturb/irritazzjoni fil-ġilda

    • akkumulazzjoni ta’ demm ‘il barra mill-vini/arterji

    • tbenġil

    • marda tal-vini tal-limfa

    • infjammazzjoni ta’ vina superfiċjali


      Rappurtar tal-effetti sekondarji

      image

      Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-

      effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      mediċina.


  5. Kif taħżen Xiapex


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    It-tabib tiegħek ma għandux juża din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u t-tikketta tal-kunjett wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2°C - 8°C). Tagħmlux fil-friża.


    Wara rikostituzzjoni, huwa rrakkomandat li l-mediċina tintuża minufih. Xiapex rikostitwit jista’ jinżamm f’temperatura ambjentali tal-kamra (20ºC-25ºC) għal mhux aktar minn siegħa jew għandu jiġi mkessaħ għal temperatura ta’ 2ºC-8ºC għal mhux aktar minn 4 sigħat qabel l-għoti. Jekk impoġġi fi friża, is-soluzzjoni rikostitwita għandha titħalla tirritorna għal temperatura ambjentali tal-kamra (20ºC-25ºC) għal madwar 15-il minuta qabel l-użu.


    It-tabib tiegħek ma għandux juża Xiapex jekk is-soluzzjoni rikostitwita tkun tilfet il-kulur jew ikun fiha xi frak. Is-soluzzjoni għandha tkun ċara, bla kulur u mingħajr biċċiet magħqudin jew qoxra jew frak.


    It-tabib tiegħek sejjer jieħu ħsieb il-ħżin, il-maniġġ u r-rimi ta’ Xiapex. Tarmix mediċini mal-ilma tad- dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Xiapex


Figura 4: Illustrazzjoni kif tidritta il-pene tiegħek

image

-------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss: Istruzzjonijiet dwar l-użu u l-maniġġ

Marda ta’ Peyronie


  1. Tħejjija – Proċedura ta’ rikostituzzjoni


    Il-kunjett tad-doża waħdanija li fih Xiapex u l-kunjett tad-doża waħdanija li fih is-solvent għal soluzzjoni għal injezzjoni għal rikostituzzjoni għandhom jinżammu fi friġġ.


    1. Qabel l-użu, neħħi l-kunjett li jkun fih it-trab lajofilizzat ta’ Xiapex u l-kunjett li jkun fih id- dilwent għar-rikostituzzjoni mill-friġġ, u ħalli ż-żewġ kunjetti joqogħdu fit-temperatura tal- kamra għal mill-inqas 15-il minuta u mhux aktar minn 60 minuta. Eżamina viżwalment il- kunjett li jkun fih Xiapex. It-trab xott lajofilizzat għandu jkun intatt u ta’ lewn abjad.


    2. Wara t-tneħħija tal-għatu flip-off minn kull kunjett, bl-użu ta’ teknika asettika, xarrab it-tapp tal-lastku u l-wiċċ tal-madwar tal-kunjett li jkun fih Xiapex u l-kunjett li jkun fih id-dilwent għar-rikostituzzjoni b’alkoħol sterilizzat (l-ebda antisettiċi oħrajn m’għandhom jintużaw).


    ċ) Uża biss id-dilwent fornut għar-rikostituzzjoni. Il-dilwent fih il-calcium li hu meħtieġ għall- attività ta’ Xiapex.


    1. Billi tuża siringa ta’ 1 mL bi gradwazzjonijiet ta’ 0.01 mL b’labra ta’ 27-gauge 12-13 mm labra

      (mhux fornuta), iġbed il-volum korrett tad-dilwent fornut:


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      • 0.39 mL ta’ solvent għall-plakka tal-pene fil-marda ta’ Peyronie


    2. Injetta d-dilwent bil-mod ġon-naħat tal-kunjett li jkun fih it-trab lajofilizzat ta’ Xiapex. Taqlibx il-kunjett ta’ taħt fuq u ċċaqlaqx is-soluzzjoni bis-saħħa. Dawwar bil-mod is-soluzzjoni biex tiżgura li t-trab lajofilizzat kollu jkun mar fis-soluzzjoni.


    3. Is-soluzzjoni rikostitwita ta’ Xiapex tista’ tinżamm fit-temperatura tal-kamra (20º sa 25ºC) għal sa siegħa waħda jew fil-friġġ f’temperatura ta’ 2º sa 8°C għal sa 4 sigħat qabel l-għoti. Jekk is- soluzzjoni rikostitwita ta’ Xiapex tkun fil-friġġ, ħalli lil din is-soluzzjoni tisħon sat-temperatura tal-kamra għal madwar 15-il minuta qabel l-użu.


    4. Armi s-siringa u l-labra użati għar-rikostituzzjoni u l-kunjett tad-dilwent.


  2. Identifikazzjoni taż-żona tat-trattament


    1. Qabel kull ċiklu ta’ trattament, identifika ż-żona tat-trattament kif ġej:

      • Sforza erezzjoni tal-pene

      • Sib il-plakka fil-punt ta’ konkavità massima (jew il-punt fokali) fil-liwja tal-pene

      • Immarka dak il-punt b’markatur kirurġiku. Dan jindika ż-żona fil-mira fil-plakka għad- depożizzjoni ta’ Xiapex


  3. Proċedura ta’ injezzjoni


    1. Is-soluzzjoni rikostitwita ta’ Xiapex għandha tkun ċara. Eżamina s-soluzzjoni b’mod viżiv għal frak u tibdil fil-kulur qabel ma tagħtiha. Jekk is-soluzzjoni jkun fiha l-frak, tkun imċajpra, jew tkun bidlet il-kulur, tinjettax is-soluzzjoni rikostitwita.


    2. Applika l-antisettiku fis-sit tal-injezzjoni u ħalli l-ġilda tinxef. ċ) Agħti loppju lokali adattat, jekk mixtieq.

    1. Billi tuża siringa ġdida hubless li jkun fiha gradwazzjonijiet ta’ 0.01 mL b’labra mwaħħla b’mod permanenti, ta’ 27-gauge 12 jew 13 mm (mhux fornuta), iġbed volum ta’ 0.25 mL ta’ soluzzjoni rikostitwita (li jkun fiha 0.58 mg ta’ Xiapex).


    2. Il-pene għandu jkun fi stat flaċċidu qabel ma Xiapex jiġi injettat. Poġġi t-tarf tal-labra fuq in- naħa tal-plakka fil-mira f’allinjament mal-punt ta’ konkavità massima. Dawwar il-labra b’tali mod li tidħol fil-plakka mill-ġenb, MHUX ’l isfel jew b’mod perpendikulari lejn il-corpora cavernosum.


    3. Daħħal u imbotta l-labra b’mod trasversali ġol-wisa’ tal-plakka, lejn in-naħa opposta tal-plakka mingħajr ma tgħaddi kompletament minn ġo fiha. Il-pożizzjoni korretta tal-labra tiġi ttestjata u kkonfermata billi tinnota b’attenzjoni r-reżistenza għall-inqas livell ta’ tagħfis tal-planġer tas- siringa.


    4. Bit-tarf tal-labra li jkun impoġġi ġol-plakka, ibda l-injezzjoni, u żomm pressjoni uniformi biex tinjetta bil-mod il-mediċina ġol-plakka. Iġbed il-labra bil-mod biex tiddepożita d-doża sħiħa matul il-passaġġ tal-labra ġol-plakka. Għal plakek li jkollhom wisa’ ta’ ftit millimetri biss, id- distanza tal-ġbid tas-siringa tista’ tkun minima ħafna. Il-mira hi li dejjem tiddepożita d-doża sħiħa kollha ġol-plakka.


    5. Meta tiġbed lura l-labra kompletament, applika pressjoni bil-mod fis-sit tal-injezzjoni. Applika faxxa skont il-ħtieġa.


    6. Armi l-porzjon mhux użat tas-soluzzjoni rikostitwita u dilwent wara kull injezzjoni. Taħżinx, tiġborx, u tużax kwalunkwe kunjetti li jkun fihom soluzzjoni rikostitwita jew dilwent mhux użati.


      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    7. It-tieni injezzjoni ta’ kull ċiklu ta’ trattament għandha ssir madwar 2 sa 3 mm ’il bogħod mill- ewwel injezzjoni.


  4. Proċedura ta’ mmudellar tal-pene


  1. immudellar tal-pene jgħin biex itaffi d-deformità fil-kurvatura u jiddritta x-xaft tal-pene. F’vista ta’ segwitu minn jum sa 3 ijiem wara t-tieni injezzjoni ta’ kull ċiklu ta’ trattament, wettaq proċedura ta’ mmudellar (kif deskritt hawn taħt) tal-pene fuq il-pene flaċċidu biex tiġbed u ttawwal il-plakka li Xiapex ikun ħall.

    • Agħti loppju lokali adattat, jekk mixtieq.

    • Liebes l-ingwanti, aqbad il-plakka jew il-porzjon iebes tal-pene flaċċidu madwar 1 cm

      prossimali u distali għas-sit tal-injezzjoni. Evita pressjoni diretta fuq is-sit tal-injezzjoni.

    • Billi tuża l-plakka fil-mira bħala punt tal-fulkru, uża idejk it-tnejn biex tapplika pressjoni soda u uniformi biex ittawwal u ġġebbed il-plakka. L-għan hu li toħloq gradwalment tgħawwiġ fin-naħa opposta tal-kurvatura tal-pene tal-pazjent, filwaqt li ġġebbed sal-punt ta’ reżistenza moderata. Żomm il-pressjoni għal 30 sekonda u mbagħad erħi.

    • Wara perjodu ta’ mistrieħ ta’ 30 sekonda, irrepeti t-teknika tal-immudellar tal-pene għal

total ta’ 3 tentattivi ta’ mmudellar tal-pene wara 30 sekonda għal kull tentattiv.


Il-pazjent għandu mbagħad jintwera kif jagħmel il-proċedura ta’ mmudellar tal-pene fuqu nnifsu kuljum id-dar għall-perjodu ta’ 6 ġimgħat wara l-viżta għand it-tabib għall-immudellar tal-pene ta’ kull ċiklu ta’ trattament, skont l-istruzzjonijiet dettaljati pprovduti fil-fuljett ta’ tagħrif.


ANNESS IV


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

KONKLUŻJONIJIET XJENTIFIĊI U RAĠUNIJIET GĦALL-VARJAZZJONI GĦAT- TERMINI TAL-AWTORIZZAZZJONI(JIET) GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Konklużjonijiet xjentifiċi


Meta jiġi kkunsidrat ir-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-PRAC dwar il-PSUR(s) għal collagenase

clostridium histolyticum, il-konklużjonijiet xjentifiċi tas-CHMP huma kif ġej:


L-analiżi tad-data ppreżentata fil-PSUR għal Xiapex, li tkopri l-perjodu mit-28 ta’ Frar 2018 sas-27 ta’ Frar 2019, identifikat rapporti ta’ każijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq u mil-letteratura ta’ nekrosi u/jew amputazzjoni tas-swaba’ u ta’ ksur tas-swaba f’pazjenti b’kontrazzjoni ta’ Dupuytren ittrattati b’collagenase clostridium histolyticum. Meta titqies il-plawsibilità tal-mekkaniżmu ta’ collagenase clostridium histolyticum u l-proċedura ta’ manipulazzjoni sussegwenti f’pazjenti b’kontrazzjoni ta’ Dupuytren, il-PRAC jikkunsidra li l-informazzjoni tal-prodott għal Xiapex għandha tiġi aġġornata biex tinkludi twissija rigward nekrosi tas-swaba’ li f’xi każijiet twassal għal amputazzjoni tas-swaba’ u twissija dwar ksur tas-swaba li għandhom jiġu inklużi fis-sezzjoni 4.4 tal-SmPC. Ċirkolazzjoni periferali mnaqqsa tista’ tkun fattur li jikkontribwixxi għal nekrosi tas-swaba’. Għal pazjenti b’riskju

akbar ta’ ksur, eżempju pazjenti b’osteopenija/osteoporożi, hemm bżonn ta’ attenzjoni speċjali waqt il- proċedura ta’ manipulazzjoni. Is-sezzjoni 4.8 tal-SmPC hija aġġornata biex tinkludi r-reazzjonijiet avversi “nekrosi tas-swaba’” u “ksur tas-swaba’” bi frekwenza “mhux magħrufa”. Il-fuljett ta’ tagħrif huwa aġġornat skont dan.


Barra minn hekk, abbażi tal-analiżi ta’ rapporti ta’ każijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq ta’ ksur tal-pene f’pazjenti bil-marda ta’ Peyronie, il-PRAC iqis li l-informazzjoni tal-prodott għal Xiapex għandha tiġi aġġornata biex tinkludi kitbaġdida fis-sezzjoni 4.4 tal-SmPC u fis-sezzjoni 2 tal-PIL biex tiżdied il- medda ta’ żmien minima bejn l-injezzjoni u l-bidu mill-ġdid ta’ attività sesswali għal mill-inqas

4 ġimgħat u biex wieħed ikun kawt meta jerġa’ jibda l-attività sesswali.


Is-CHMP jaqbel mal-konklużjonijiet xjentifiċi magħmula mill-PRAC.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Raġunijiet għall-varjazzjoni għat-termini tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq


Abbażi tal-konklużjonijiet xjentifiċi għal collagenase clostridium histolyticum is-CHMP huwa tal- fehma li l-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju ta’ prodott(i) mediċinali li fih/fihom collagenase clostridium histolyticum mhux mibdul suġġett għall-bidliet proposti għall-informazzjoni tal-prodott.


Is-CHMP jirrakkomanda li t-termini għall-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq għandhom ikunu

varjati.