Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Recocam
meloxicam


FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Recocam 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-baqar, majjali u żwiemel.


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott: Bimeda Animal Health Limited

    2, 3 & 4 Airton Close

    Tallaght, Dublin 24 Irlanda


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Recocam 20 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni għall-frat, majjali u żwiemel. Meloxicam


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Millilitru fih:


    Sustanza attiva:

    Meloxicam 20 mg


    Sustanza mhux attiva:

    Ethanol 99.9% 150 mg. Soluzzjoni safra ċara


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Frat

    Għall-użu fi żmien ta’ infezzjoni akuta fis-sistema tan-nifs, flimkien ma’ terapija antibijotika adattata biex ittaffi s-sintomi kliniċi tal-marda lill-frat.

    Għall-użu fit-trattament ta’ dijarea flimkien ma’ terapija ta’ idratazzjoni orali mill-ġdid, biex jitnaqqsu s-sintomi kliniċi f’għoġġiela li għandhom aktar minn ġimgħa jew frieħ frat mhux waqt it-treddigħ. Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ mastite akuta, flimkien ma’ terapija antibijotika xierqa.


    Majjali

    Għall-użu waqt mard mhux infettiv tal-mixi biex jitnaqqsu s-sintomi ta’ meta l-annimal ikun qed izappap u dawk tal-infjammazzjoni.

    Għal terapija addizzjonali fit-trattament ta’ settiċemija puwerperali u tossemija (sindromu mastite- metrite-agalaktja) flimkien ma’ terapija antibijotika xierqa.


    Żwiemel

    Għall-użu sabiex tittaffa l-infjammazzjoni u għas-solliev tall-uġigħ f’mard muskoluskeletali li jkun kemm akut kif ukoll kroniku.

    Għas-solliev tal-uġigħ marbut ma’ kolika ekwina.


  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET

    Tużax fuq żwiemel li għandhom inqas minn 6 ġimgħat.


    Tużax fuq debbijiet tqal jew li waqt it-treddigħ.

    Tużax fi żwiemel li jipproduċu ħalib għall-konsum mill-bniedem.


    Tużax f’annimali li għandhom indeboliment fil-funzjoni tal-fwied, tal-qalb jew tal-kliewi, u mard emorraġiku, jew fejn ikun hemm evidenza ta’ leżjonijiet gastrointestinali ulċeroġeniċi


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività għall-ingredjenti attivi; ingredjenti mhux attivi.


    Għat-trattament tad-dijarea fil-frat, tużax f’annimali li għandhom inqas minn ġimgħa.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Nefħa ħafifa li tgħaddi malajr fis-sit tal-injezzjoni wara l-għoti taħt il-ġilda, f’inqas minn 10% tal- baqar li kienu ttrattati fi studji kliniċi.


    Fiż-żwiemel, nefħa ħafifa li tgħaddi malajr fis-sit tal-injezzjoni tista’ sseħħ, iżda tfieq mingħajr ma jkun hemm l-ebda intervent.


    F’każijiet rari ħafna, reazzjonijiet anafilattojdi li jistgħu jkunu serji (inklużi fatali) jistgħu jseħħu u dawn għandhom jiġu kkurati b’mod sintomatiku.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:


    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma

    ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Frat, majjali u żwiemel


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI


    Baqar

    Injezzjoni waħda taħt il-ġilda jew ġol-vina, b’dożaġġ ta’ 0.5 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri 2.5 ml / 100 kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, jew ma’ terapija orali ta’ idratazzjoni mill-ġdid, skont kif ikun xieraq.


    Majjali

    Injezzjoni waħda fil-muskolu b’dożaġġ ta’ 0.4 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri

    2.0 ml/100 / kg ta’ piż tal-ġisem) flimkien ma’ terapija antibijotika, kif ikun xieraq. Jekk ikun meħtieġ, it-tieni doża ta’ meloxicam tista’ tingħata wara 24 siegħa.


    Żwiemel

    Injezzjoni waħda ġol-vina b’dożaġġ ta’ 0.6 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem (jiġifieri

    3.0 ml/ 100 kg ta’ piż tal-ġisem).

    Għall-użu sabiex tittaffa l-infjammazzjoni u għas-solliev tal-uġigħ f’mard muskoluskeletali li jkun kemm akut kif ukoll kroniku, jistgħu jintużaw suspensjonijiet orali ta’ meloxicam għat-tkomplija tat- trattament f’dożaġġ ta’ 0.6 mg ta’ meloxicam / kg ta’ piż tal-ġisem, 24 siegħa wara l-għoti tal- injezzjoni.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT


    Evita li tintroduċi xi kontaminazzjoni waqt l-użu. Tiftax it-tapp aktar minn 50 darba.


  10. PERJODU TA’ TIŻMIM


    Frat: laħam u ġewwieni tal-annimali: 15-il jum; ħalib: 5 ijiem


    Majjali: laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ijiem


    Żwiemel: laħam u ġewwieni tal-annimali: 5 ijiem.

    Mhux awtorizzat li jintuża fiż-żwiemel li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.


    Dan il-prodott mediċinali veterinarju m’għandux bżonn ta’ kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq il-kartuna u l-kunjett. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar jum tax-xahar.


    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ l-ewwel darba l-pakkett: 28 jum


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:

    Jekk ikun hemm reazzjonijiet mhux mixtieqa, it-trattament għandu jitwaqqaf u għandu jittieħed il-parir ta’ veterinarju.


    Evita l-użu f’annimali li huma deidratati, ipovolaemiċi jew ipotensivi severament, li jkunu jeħtieġu idratazzjoni mill-ġdid permezz ta’ injezzjoni, għax jista’ jkun hemm riskju potenzjali ta’ tossiċità tal- kliewi.

    F’każ ta’ solliev mhux adegwat tal-uġigħ meta użat fit-trattament ta’ kolika ekwina, għandha ssir evalwazzjoni mill-ġdid bl-attenzjoni tad-dijanjosi, għax din tista’ tindika l-ħtieġa ta’ intervent kirurġiku.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali:

    Injezzjoni aċċidentali tiegħek nnifsek tista’ tikkaġuna wġigħ. Nies li hu magħruf li għandhom ipersensittività għal Mediċini Mhux Sterojdi Kontra l-Infjammazzjoni (NSAIDs) għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.


    F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali lilek innifsek, fittex tabib mal-ewwel u qis li turih il-fuljett ta’ tagħrif jew it-tikketta.

    Tqala u treddigħ:

    Frat u qżieqeż: Jista’ jintuża waqt it-tqala u t-treddigħ.

    Żwiemel: Tużax fuq debbijiet tqal jew li qed ireddgħu.


    Interazzjonijiet ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni:

    M’għandux jingħata flimkien ma’ glukokortikosterojdi, sustanzi anti-infjammatorji oħrajn mhux sterojdiċi u jew ma’ antikoagulanti.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antodoti): F’każ ta’ doża eċċessiva, għandu jinbeda trattament sintomatiku.


    Inkompatibilitajiet:

    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini /.


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Daqs ta’ pakkett ta’ kunjett 1 tal-ħġieġ ċar Tip I b’tappijiet tal-gomma bromobutyl miksija b’Teflon u ssiġillat b’għatu tal-aluminju li jiċċarrat mal-ftuħ. Il-kunjetti fihom 10 ml, 50 ml jew 100 ml.


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.