Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Trisenox
arsenic trioxide

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


TRISENOX 1 mg/mL konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

arsenic trioxide


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni

importanti għalik.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V., Swensweg 5, 2031 GA Haarlem, L-Olanda


Manifattur

Almac Pharma Services Limited, Almac House, 20 Seagoe Industrial Estate, Craigavon, BT63 5QD, Ir-Renju Unit


Almac Pharma Services (Ireland) Limited; Finnabair Industrial Estate, Dundalk, Co. Louth, A91 P9KD, L-Irlanda


Teva Pharmaceuticals Europe B.V., Swensweg 5, 2031 GA Haarlem, L-Olanda


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}


.

Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.


---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

---


It-tagħrif li jmiss qed jingħata għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:


IT-TEKNIKA ASETTIKA TRID TIĠI OSSERVATA B’MOD STRETT F’KULL ĦIN META JKUN QED JIĠI MMANIĠĠJAT TRISENOX, GĦAX M’HEMM L-EBDA SUSTANZA PRESERVATTIVA.


Dilwizzjoni ta’ TRISENOX

TRISENOX irid jiġi dilwit qabel ma jingħata.

L-istaff għandu jiġi mħarreġ biex jimmaniġġja u jiddilwi arsenic trioxide u għandu lbies protettiv

adattat.


Kiftiftaħl-ampulla: Żomm l-ampulla ta’ TRISENOX bit-tarf tal-kulur ippuntat ’il fuq u quddiemek. Ċaqlaq jew tektek l-ampulla biex iġġib kwalunkwe fluwidu li jkun hemm fl-istemma għal ġol-korp tal- ampulla. Issa agħfas bis-saba’ l-kbir tiegħek fuq it-tarf ikkulurit u qaċċat l-ampulla billi żżomm il-korp tal-ampulla b’mod sod bl-id l-oħra.


Dilwizzjoni: Daħħal b’attenzjoni l-labra ta’ siringa ġol-ampulla u iġbed ’il fuq il-kontenut kollu. TRISENOX irid imbagħad jiġi dilwit immedjatament b’100 sa 250 mL ta’ glucose 50 mg/mL (5%) soluzzjoni għall-injezzjoni jew sodium chloride 9 mg/mL (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni.


Porzjonijietmhuxużatta’ kull ampulla jridu jintremew kif suppost. Terfax kwalunkwe porzjonijiet

mhux użati għal għoti iktar tard.


Użu ta’ TRISENOX

TRISENOX huwa għall-użu ta’ darba waħda biss. Huwa m’għandux jitħallat ma’ jew jingħata b’mod

konkomitanti fl-istess linja ġol-vina ma’ prodotti mediċinali oħra.


TRISENOX għandu jingħata fil-vina fuq firxa ta’ 1-2 sigħat. Il-perijodu ta’ infużjoni għandu mnejn jittawwal sa 4 sigħat jekk ir-reazzjonijiet vażomotoriċi ikunu osservati. M’hemmx bżonn ta’ kateter fil-vina ċentrali.


Is-soluzzjoni dilwita trid tkun ċara u bla kulur. Is-soluzzjonijiet parenterali kollha jridu jkunu spezzjonati viżwalment għall-frak u telf ta’ kulur qabel ma jingħata. Tużax il-preparazzjoni jekk hemm frak.


Wara d-dilwazzjoni fis-soluzzjoni fil-vina, TRISENOX hu kemikalment u fiżikament stabbli għal 24 siegħa f’15-30°C u 72 siegħa f’temperaturi fil-friġġ (2-8°C). Mill-lant mikrobioloġiku, il-prodott għandu jintuża minnufih. Jekk ma jintużax immedjatament, il-ħinijiet u l-kondizzjonijiet tal-ħażna tal- mediċini li għadhom qed jintużaw jaqgħu fuq spallejn min juża l-prodott u normalment m’għandhomx ikunu ta’ aktar minn 24 siegħa f’2-8°C, ħlief meta tkun saret id-dilwazzjoni taħt kondizzjonijiet kkontrollati u aseptiċi validati.


Proċedura ta’ kif għandu jintrema

Kull fdal tal-prodott mhux użat, kwalunkwe affarijiet li għamlu kuntatt mal-prodott jew skart li jibqa’ wara l-użu għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.