Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Sildenafil Teva
sildenafil

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent


Sildenafil Teva 25 mg pilloli miksija b’rita

sildenafil


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik


Effetti sekondarji oħrajn:


Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.


Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq ta’ ġismek), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb fil-vista, sadd fl-imnifsejn u sturdament.


Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx tal-ġilda, irritazzjoni tal- għajnejn, għajnejn ħomor/għajnejn kulur id-demm, uġigħ fl-għajnejn, tara teptip ta’ dawl, luminożità fil-vista, sensittività għad-dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit tal-qalb mgħaġġel, taħbit tal-qalb rapidu, pressjoni tad-demm għolja, pressjoni tad-demm baxxa, uġigħ fil-muskoli, tħossok bi ngħas, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertiġini, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew misdudin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu flissjoni, għatis u imnieħer misdud), uġigħ fil-

parti ta’ fuq tal-addome, mard ta’ rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza

tad-demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn, fsada mill-imnieħer, tħossok taħraq u ma tiflaħx


Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, attakk tal-qalb, taħbit tal-qalb irregolari, fluss tad-demm imnaqqas temporanjament għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ għafis fil- gerżuma, ħalq imtextex, fsada fuq wara tal-għajn, vista doppja, tnaqqis fl-akutezza fil-vista, sensazzjoni anormali fl-għajn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, frak żgħar jew tikek fil-vista tiegħek, tara raġġieri madwar id-dwal, twessigħ tal-ħabba tal-għajn, telf fil-kulur tal-abjad tal-għajn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u tnaqqis f’daqqa jew telf ta’ smigħ.


Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, ġew irrapportati b’mod rari każijiet ta’ anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) u mewta f’daqqa. Huwa importanti li jiġi nnotat li ħafna, iżda mhux l-irġiel kollha li esperjenzaw dawn l-effetti sekondarji, kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din

il-mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’

sildenafil.


Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistemata’rappurtarnazzjonaliimniżżlaf’AppendiċiV. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.


  1. Kif taħżen Sildenafil Teva


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

    Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.


    Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.


  2. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Sildenafil Teva


Is-sustanza attiva hi sildenafil. Kull pillola fiha 25 mg ta’ sildenafil (bħala l-melħ ċitrat)


Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate, croscarmellose sodium, magnesium stearate

Kisja: poly(vinyl alcohol), titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc.


Kif jidher Sildenafil Teva u l-kontenut tal-pakkett


Sildenafil Teva 25 mg huma bojod, f’għamla ovali, miksija b’rita li fuqhom hemm intaljat ‘S 25’ mg

fuq naħa waħda u huma mingħajr disinn fuq in-naħa l-oħra.

Sildenafil Teva jiġi f’pakketti b’folji ta’ 2, 4, 8 u 12-il pillola, u folji perforati li fihom 10 x 1 pillola

ta’ doża waħda.


Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V. Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda


Manifattur:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen, L-Ungerija


Teva Pharma,S.L.U.

Polígono Industrial Malpìca, calle C,no.4 50016 Zaragoza

Spanja


Teva Operations Poland Sp.z.o.o. ul Mogilska 80. 31-546, Krakow, Il-Polonja


Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG Tél/Tel: +32 38207373

Lietuva

UAB Teva Baltics Tel: +370 52660203


България

Тева Фарма ЕАД Тел: +359 24899585

Luxembourg/Luxemburg ratiopharm GmbH Allemagne/Deutschland Tél/Tel: +49 73140202


Česká republika

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o. Tel: +420 251007111

Magyarország

Teva Gyógyszergyár Zrt. Tel: +36 12886400


Danmark

Teva Denmark A/S Tlf: +45 44985511

Malta

Teva Pharmaceuticals Ireland L-Irlanda

Tel: +44 2075407117


Deutschland

TEVA GmbH

Tel: +49 73140208

Nederland

Teva Nederland B.V. Tel: +31 8000228400


Eesti

UAB Teva Baltics Eesti filiaal Tel: +372 6610801

Norge

Teva Norway AS Tlf: +47 66775590


Ελλάδα

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Τηλ: +30 2118805000

Österreich

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH Tel: +43 1970070

España

Teva Pharma, S.L.U. Tel: +34 913873280

Polska

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o. Tel: +48 223459300


France

Teva Santé

Tél: +33 155917800

Portugal

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos, Lda. Tel: +351 214767550


Hrvatska

Pliva Hrvatska d.o.o. Tel: +385 13720000

România

Teva Pharmaceuticals S.R.L Tel: +40 212306524


Ireland

Teva Pharmaceuticals Ireland Tel: +44 2075407117

Slovenija

Pliva Ljubljana d.o.o. Tel: +386 15890390


Ísland

Teva Pharma Iceland ehf. Sími: +354 5503300

Slovenská republika

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o. Tel: +421 257267911


Italia

Teva Italia S.r.l. Tel: +39 028917981

Suomi/Finland

Teva Finland Oy

Puh/Tel: +358 201805900


Κύπρος

Specifar Α.Β.Ε.Ε. Ελλάδα

Τηλ: +30 2118805000

Sverige

Teva Sweden AB Tel: +46 42121100


Latvija

UAB Teva Baltics filiāle Latvijā

Tel: +371 67323666

United Kingdom (Northern Ireland)

Teva Pharmaceuticals Ireland Ireland

Tel: +44 2075407117


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.