Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ablavar (previously Vasovist)
gadofosveset trisodium

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦAL MIN QED JAGĦMEL UŻU MINNU


Ablavar 0.25 mmol/ml, soluzzjoni għall-injezzjoni

Gadofosveset

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tingħata din il-mediċina.


F’dan il-fuljett:

  1. X’inhu Ablavar u għalxiex jintuża

  2. Qabel ma tingħata Ablavar

  3. Kif għandek tuża Ablavar

  4. Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5 Kif taħżen Ablavar

6. Aktar tagħrif


  1. X’INHU ABLAVAR U GĦALXIEX JINTUŻA


    Ablavar hu sustanza tal-kuntrast li tiġi injettat biex tagħmel immaġni dijanjostika tal-vini u l-arterji tal-ġisem fiż-żaqq jew fid-dirgħajn jew fir-riġlejn iktar ċara. Huwa għandu jintuża fuq adulti biss.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Ablavar hu għal użu dijanjostiku biss. Jintuża sabiex jgħin jidentifika bidliet fl-arterji u fil-vini li hu magħruf, jew li hemm suspett, li huma anormali. Id-dijanjosi tista’ ssir b’iktar preċiżjoni milli mingħajr l-użu ta’ din il-mediċina.


    Din il-mediċina, sustanza tal-kuntrast li għandha proprjetajiet manjetiċi, tgħin sabiex it-tnixxija

    tad-demm minn ġol-arterji u l-vini tiġi viżwalizzata billi ddawwal id-demm għall-perjodu estiż ta’ ħin. Din il-mediċina tintuża flimkien ma’ teknika tal-immaġni li tissejjaħ immaġni tar-reżonanza manjetika (MRI).


    Jekk ikollok xi mistoqsijiet, jew jekk m’intix ċert/a dwar xi ħaġa, staqsi lit-tabib jew lill-istaff taċ-

    ċentru tal-MRI.


  2. QABEL MA TINGĦATA ABLAVAR


    Tużax Ablavar:

    M’għandekx tingħata Ablavar jekk inti allerġiku/a (għandek sensittività eċċessiva) għal gadofosveset jew xi wieħed mis-sustanzi l-oħra ta’ dan il-prodott mediċinali (ara sezzjoni 6 ta’ dan il- fuljett).


    Oqgħod attent ħafna b’Ablavar:

    Inti ser ikollok bżonn attenzjoni medika speċjali jekk reazzjonijiet bħal dawk tal-allerġija jseħħu. Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk tinnota ħakk, tħoss nefħa ħafifa fil-gerżuma jew fl-ilsien, li jistgħu jkunu l-ewwel sinjal ta’ xi reazzjoni bħal dik tal-allerġija. It-tabib tiegħek ser joqgħod attent ukoll għal xi sinjali oħra.


    Għid lit-tabib tiegħek jekk:

    • għandek xi pacemaker kardijaku jew kwalunkwe impjant ferromanjetiku jew stent tal-metall

      f’ġismek.

    • jekk tbati minn allerġija (eż. hay fever, urtikarja) jew ażma

    • fil-passat kellek xi reazzjonijiet għal injezzjonijiet tas-sustanzi tal-kuntrast

    • il-kliewi tiegħek ma jaħdmux tajjeb

    • riċentement kellek, jew qed tistenna li jkollok, trapjant tal-fwied


    Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, it-tabib tiegħek ser jiddeċiedi jekk l-eżami ppjanat huwiex possibbli jew le.


    It-tabib tiegħek għandu mnejn jiddeċiedi li jkollok test tad-demm biex jiċċekkja kemm qed jaħdmu sew il-kliewi qabel ma tittieħed deċiżjoni biex tintuża din il-mediċina, speċjalment jekk int għandek 65 sena jew aktar.


    Tfal jew adoloxxenti li għadhom m’għalqux 18-il sena

    Din il-mediċina m’għandhiex tingħata lit-tfal u adoloxxenti li għadhom m’għalqux 18-il sena.


    Meta tuża mediċini oħra:

    Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

    It-tabib tiegħek ser jagħtik parir dwar x’għandek tagħmel.


    Tqala u treddigħ

    Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

    Għandek tgħarraf lit-tabib tiegħek jekk taħseb li inqbadt jew tista’ tinqabad tqila.

    Ma ġiex ippruvat li din il-mediċina tista’ tintuża mingħajr periklu waqt it-tqala. It-tabib jew ir- radjologu tiegħek ser jiddiskutu dan miegħek. Din il-mediċina m’għandhiex tintuża f’nisa tqal ħlief jekk ikun strettament meħtieġ.

    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Għarraf lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew ser tibda tredda’. It-tabib tiegħek ser jiddiskuti jekk għandekx tkompli tredda’ jew twaqqaf it-treddigħ għal perijodu ta’ 24 siegħa wara li tkun ħadt din il-mediċina.


    Sewqan u tħaddim ta’ magni

    Mhemmx studji dwr l-effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem il-magni.

    Jista’ jkun li problemi ta’ sturdament jew tal-vista jistgħu jseħħu b’din il-mediċina b’mod mhux komuni ħafna. Jekk ikollok dawn l-effetti m’għandekx issuq jew tuża magni.


    Tagħrif importanti dwar xi wħud mis-sustanzi ta’ Ablavar

    Din il-mediċina fiha 6.3 mmol ta’ sodium (jew 145 mg) kull doża. Biex jittieħed f’kunsiderazzjoni minn pazjenti b’dieta kkontrollata ta’ sodium.


  3. KIF JINTUŻA Ablavar


    Inti ser tintalab biex timtedd fuq is-sodda tal-iskannjar tal-MRI. L-iskannjar jista’ jinbeda immedjatament wara l-injezzjoni ta’ Ablavar. Wara l-injezzjoni inti ser tkun osservat/a fil-każ li jkun hemm xi effetti sekondarji inizjali.


    Id-doża tas-soltu


    Id-doża ta’ din il-mediċina tvarja skont il-piż tiegħek. It-tabib ser jiddeċiedi l-ammont meħtieġ ta’ mediċina għall-eżami tiegħek. Id-doża hi: 0.12 ml/kg ta’ piż tal-ġisem (ekwivalenti għal 0.03 mmol/kg ta’ piż tal-ġisem)

    Aktar tagħrif dwar l-għoti u l-immaniġġjar ta’ din il-mediċina jingħata fl-aħħar tal-fuljett.


    Metodu ta’ kif għandu jingħata

    Din il-mediċina tingħata bħala injezzjoni li tingħata malajr ġol-vina minn professjonist mediku biss. Il-post mnejn tingħata hi fuq in-naħa ta’ wara tal-id jew inkella quddiem il-minkeb.

    Id-doża fi gruppi speċjali ta’ pazjenti

    L-użu ta’ din il-mediċina mhux rakkomandat f’pazjenti li għandhom problemi sever ital-kliewi u pazjenti li riċentement kellhom, jew mistennija li jkollhom trapjant tal-qalb dalwaqt. Madanakollu, jekk hemm bżonn li jintuża inti għandek tirċievi biss doża waħda ta’ din il-mediċina waqt skan u m’għandux ikollok it-tieni skansjoni jekk ma jkunux għaddew tal-anqas 7 ijiem.


    Anzjani

    Mhux meħtieġ li taġġusta d-doża jekk għandek 65 sena jew aktar, imam jistgħu jsirulek testijiet tad-demm biex jiġi ċċekkjat kif qed jaħdmu l-kliewi.


    Jekk tirċievi aktar Ablavar minn dak li suppost irċivejt:

    Jekk int taħseb li stajt ingħatajt doża eċċessiva, għarraf lit-tabib tiegħek minnufih. It-tabib tiegħek ser jikkurak jekk tingħata doża eċċessiva. Jekk ikun meħtieġ, din il-mediċina tista’ titneħħa mill-ġisem permezz ta’ emodijaliżi bl-użu ta’ filtri ta’ high-flux.


    Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek, ir-radjoloġista jew ħaddiem taċ-ċentru MRI tiegħek.


  4. EFFETTI SEKONDARJI LI JISTGĦU JINĦASSU


    Bħal kull mediċina oħra, Ablavar jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd .


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Jekk ikollok wieħed mis-sintomi li ġejjin, għandek tkellem lit-tabib tiegħek minnufih:Ablavar jista’ jkun assoċjat ma’ reazzjonijiet bħal dawk tal-allerġija (reazzjonijiet anafilattojdi / minħabba sensittività eċċessiva) li huma kkaratterizzati minn:

    • reazzjonijiet fil-ġilda, (reazzjonijiet kutaneji)

    • diffikultajiet respiratorji u/jew tal-qalb/rata tal-polz/pressjoni tad-demm li jistgħu jwasslu għal disturbi li fihom iħossok ħażin, reazzjonijiet respiratorji, u/jew manifestazzjonijiet kardjovaskulari li jistgħu jwasslu għal xokk.


      Ħafna minn dawn l-effetti kollaterali kienu minn ħfief għal moderati fl-intensità. Ħafna mill-effetti kollaterali (80 %) seħħew fi żmien sagħtejn. Effetti ttardjati (wara sigħat jew jiem) jistgħu jseħħu.


      Hawn isfel hawn l-effetti kollaterali rapportati/ esperjenzati skont il-frekwenza. Komuni ħafna: jaffettwa aktar minn utent 1 f’10

      Komuni: jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’100 Mhux komuni: jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’1,000 Rari: jaffettwa minn 1 sa 10 utenti f’10,000 Rari ħafna jaffettwa inqas minn utent 1 f’10,000

      Mhux magħruf : il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli

      Li ġej huwa elenku ta’ effetti kollaterali osservati fil-provi kliniċi Komuni

      Uġigħ ta’ ras

      Tnemnim jew mewt fl-idejn jew is-saqajn Bidla fit-togħma tal-ħalq

      Sensazzjoni ta’ ħruq

      Tħossok sħun (il-vażi tad-demm jitwessgħu) li jinkludi fwawar Dardir

      Ħakk

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Tħossok kiesaħ


      Mhux komuni

      L-imnieħer iqattar Griżmejn juġgħawk Tħossok anzjuż Konfużjoni

      Reazzjoni bħal ta’ allerġija Indeboliment fit-togħma Sturdament

      Tregħid

      Tħoss jew sensittività mnaqqsa (speċjalment fil-ġilda) Sens ta’ bidla fix-xamm

      Kontrazzjonijiet involontarji fil-muskolu Vista anormali

      Żieda fit-tnixxija ta’ dmugħ

      Disturbi fis-sinjali tan-nervi lejn il-qalb (l-ewwel grad) Qalb tħabbat malajr

      Problemi bir-ritmu elettriku tal-qalb (QT twil) Pressjoni għolja tad-demm

      Nefħa u formazzjoni ta’ emboli fil-vini

      Is-swaba tal-idejn u tas-sieq jinħassu kesħin Nifs qasir

      Sogħla Remettar

      Trid tirremetti Dijarea

      Stonku mqalla’ Uġigħ fl-istonku Uġigħ fil-griżmejn Indiġestjoni

      Ħalq xott Gass

      Tħoss inqas jew għandek sensittività inqas fix-xofftejn Produzzjoni ogħla ta’ saliva

      Ħakk fil-warrani

      Ħorriqija Ħmura tal-ġilda Raxx

      Żieda fl-għaraq Bugħawwieġ Spażmi muskolari Uġigħ fl-għonq

      Uġigħ fid-driegħ jew ir-riġlejn

      Ħakk fil-partijiet ġenitali

      Sensazzjoni ta’ ħruq fil-partijiet ġenitali Uġigħ

      Uġigħ fis-sider Għeja

      Tħossok mhux normali

      Uġigħ fl-irqiq ta’ bejn il-koxxa u ż-żaqq Tħossok sħun

      Uġigħ fis-sit tal-injezzjoni

      Tħoss il-kesħa fis-sit tal-injezzjoni Ħmura tal-ġilda fis-sit tal-injezzjoni Demm fl-awrina

      Proteini fl-awrina Zokkor fl-awrina

      Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

      Livelli għolja ta’ zokkor fl-awrina Livelli baxxi ta’ kalċju fid-demm

      Ammont mhux tas-soltu ta’ mluħa fil-ġisem


      Rari:

      Infjammazzjoni tal-ġilda Infezzjoni fil-passaġġ tal-pipi Ħolm mhux normali

      Tara, tħoss jew tisma’ affarijiet li mhumiex hemm Tnaqqis fl-aptit

      Disturbi tal-vista

      Sensazzjoni abnormali fl-għajnejn Uġigħ fil-widnejn

      Taħbit tal-qalb irregolari/disturbi fil-kontrazzjonijiet tal-kompartament tal-qalb (tferfir kardijaku, fibrillazzjoni atrijali) problemi bir-ritmu elettriku tal-qalb (segment ST/ Abnormalitajiet fil-mewġa T) Uġigħ fis-sider

      Qalb tħabbat bil-mod Palpitazzjonijiet

      L-arterji jiħxienu minħabba depożiti tal-kolesterol Pressjoni tad-demm baxxa

      Nifsijiet żgħar Il-wiċċ jintefaħ Tagħraq

      Ġbid tal-muskoli Sensazzjoni ta’ toqol Tħoss li trid tgħaddi l-pipi Uġigħ fil-kliewi

      Tgħaddi l-awrina ta’ spiss Uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq Deni

      Tertir Dgħufija

      Sensazzjoni ta’ pressjoni fis-sider Embolu tad-demm fis-sit tal-injezzjoni Tbenġil fis-sit tal-injezzjoni Infjammazzjoni fis-sit tal-injezzjoni Ħruq fis-sit tal-injezzjoni

      Fluwidu jaħrab mis-sit tal-injezzjoni ġot-tessut tal-madwar Emorraġija fis-sit tal-injezzjoni

      Ħakk fis-sit tal-injezzjoni Sensazzjoni ta’ pressjoni

      Uġigħ fantażma fid-driegħ jew ir-riġlejn Livelli baxxi jew għoljin ta’ potassju fid-demm Livelli għoljin ta’ sodju fid-demm.


      Kien hemm rapporti ta’ fibrosi sistemika nefroġenika (li tikkawża twebbis u tista’ taffettwa wkoll it-tessut artab u l-organi interni) li kien assoċjat mal-użu ta’ sustanzi oħra ta’ kuntrast li fihom gadolinju.


      Jekk xi wieħed mill-effetti sekondarji jiggrava jew jekk tinnota xi effetti sekondarji li mhumiex imsemmijin f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok, għid lit-tabib jew radjologu tiegħek.


  5. KIF TAĦŻEN ABLAVAR


    Żommu fejn ma jintlaħaqx u ma jidhirx mit-tfal.


    Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

    Tużax Ablavar wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq it-tikketta wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Żomm il-kunjett tal-injezzjoni fil-kartuna ta’ barra tiegħu biex tilqa’ mid-dawl. Wara li tiftaħ l-ewwel darba, il-mediċina għandha tintuża minnufih.

    Tużax Ablavar jekk tinnota telf sever ta’ kulur, d-dehra ta’ partiċelli frak jew kontenitur difettuż.


    Il-mediċini m’għandhomx jintremew mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill- ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri jgħinu għall- protezzjoni tal-ambjent.


  6. AKTAR TAGĦRIF


X’fih Ablavar:


_ Is-sustanza attiva hija gadofosveset. 1 ml fih 227 mg gadofosveset ekwivalenti għal 244 mg/ml

(0.25 mmol/millilitru) gadofosveset.

10 ml ta’ soluzzjoni fiha 2.27 g, 15 ml ta’ soluzzjoni fiha 3.41 g u 20 ml ta’ soluzzjoni fiha 4.54 g ta’ gadofosveset f’kunjett.


_ Is-sustanzi l-oħra huma fosveset, sodium hydroxide, hydrochloric acid, u ilma għall- injezzjonijiet.


Id-dehra ta’ Ablavar u l-kontenuti tal-pakkett:

Ablavar huwa likwidu ċar, bla kulur għal isfar ċar li jiġi f’kunjetti tal-ħġieġ b’tapp tal-lastku, b’siġill tal-aluminju, f’kartun individwali. Il-kontenut tal-pakketti huma:


1, 5 jew 10 kunjett għall-injezzjoni b’ 10 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni (f’kunjett tal-ħġieġ ta’ 10- ml)

1, 5 jew 10 kunjett għall-injezzjoni b’ 15 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni (f’kunjett tal-ħġieġ ta’ 20- ml)

1, 5 jew 10 kunjett għall-injezzjoni b’ 20 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni (f’kunjett tal-ħġieġ ta’ 20- ml)

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.


Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:


TMC Pharma Services Ltd., Finchampstead, Berkshire RG40 4LJ, Ir-Renju Unit Tel: 01252 842255


Dan il-fuljett kien approvat l-aħħar f’{XX/SSSS}


------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------


It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam mediku.


Qabel l-għoti ta’ Ablavar , hu rakkomandat li l-pazjenti kollha jiġu skrinjati għal funzjonament mhux tajjeb tal-kliewi billi jinkisbu testijiet tal-laboratorju.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Kien hemm rapporti ta’ fibrożi sistemika nefroġenika (NSF) assoċjata mal-użu ta’ xi sustanzi tal- kuntrast li fihom gadolinium f’pazjenti b’indeboliment renali sever akut jew kroniku

(GFR < 30 ml/min/1.73m2). Pazjenti li qegħdin fil-perijodu ta’ trapjant tal-fwied qegħdin f’riskju partikolari peress li l-inċidenza hija għolja f’dan il-grupp. Peress li hemm il-possibilità li NSF jista’

jseħħ b’Ablavar, għandu jiġi evitat f’pazjenti b’indeboliment tal-kliewi sever u li jinsabu fil-perijodu perioperativ ta’ trapjant tal-fwied sakemm l-informazzjoni dijanjostika hi essenzjali u mhix disponibbli b’MRI mtejjeb mingħajr kuntrast. Jekk l-użu ta’ Ablavar ma jistax jiġi evitat, id-doża m’għandiex taqbeż 0.03 mmol/kg piż tal-ġisem. M’għandhiex tintuża aktar minn doża waħda waqt skan. Minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni f’każ ta’ amministrazzjoni ripetuta, Ablavar l-injezzjonijiet m’għandhomx jiġu ripetuti sakemm l-intervall bejn l-injezzjonijiet ijkun tal-anqas ta’ 7 ijiem


Peress li t-tneħħija ta’ gadofosveset tista’ tiġi indebolita fl-anzjani, huwa partikolarment importanti li l-pazjenti li għandhom 65 sena jew aktar jiġu skrinjati għal funzjoni mhux tajba tal-kliewi


L-emodijaliżi ftit wara għoti ta’ Ablavar f’pazjenti li bħalissa qed jirċievu emodijaliżi tista’ tkun utli biex tneħħi Ablavar mill-ġisem.. Mhemmx evidenza li tappoġġja l-bidu ta’ emodijalisi għal prevenzjoni jew it-trattament ta’ NSF f’pazjenti li għad mhux ikollhom emodijalisi.


Ablavar m’għandux jintuża waqt it-tqala sakemm il-kundizzjoni klinika tal-mara teħtieġ l-użu ta’ gadofosveset.


It-tkomplija jew waqfien ta’ treddigħ għal perijodu ta’ 24 siegħa wara l-għoti ta’ Ablavar, għandu jkun fid-diskrezzjon tat-tabib u tal-omm li qed tredda’.


It-tikketta li titqaxxar u li tintraċċa fuq il-{kunjetti/siringi/fliexken} għandha titwaħħal fuq ir-rekord tal-pazjent sabiex ikun hemm reġistrazzjoni preċiża tas-sustanza ta’ kuntrast ta’ gadolinju użata. Id- doża wkoll għandha tiġi reġistrata.


Ablavar huwa pprovdut lest għall-użu bħala soluzzjoni ċara, bla kulur sa safra ċara.

Is-sustanzi tal-kuntrast m’għandhomx jintużaw f’każ ta’ tibdil sever fil-kulur, jekk ikun fihom materjal f’sura ta’ partikuli, jew jekk il-kontenitur ikun difettuż.


Kunjetti li fihom Ablavar mhumiex intenzjonati għal ġbid ta’ dożi multipli. It-tapp tal-lastku m’għandu qatt jittaqqab aktar minn darba. Wara li s-soluzzjoni tinġibed mill-kunjett, dan il-prodott mediċinali għandu jintuża minnufih.


Prodott mediċinali li m’għadux awtorizzat

Kull sustanza tal-kuntrast li ma tintużax f’eżami wieħed għandha tintrema.