Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Neocolipor
Neonatal piglet colibacillosis vaccine (inactivated)


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT:

Neocolipor


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ , JEKK DIFFERENTI


    SID L-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ

    Boehringer Ingelheim Vetmedica GmbH 55216 Ingelheim/Rhein

    IL-ĠERMANJA


    MANIFATTURLIJĦALLIL-KONSENJA TMUR FIS-SUQ

    Boehringer Ingelheim Animal Health France SCS Laboratoire Porte des Alpes

    Rue de l’Aviation

    F-69800 SAINT PRIEST FRANZA


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Neocolipor suspensjonigħalinjezzjoni


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    għal kull doza ta’ 2 ml.

    E.coli adhesin F4 (F4ab, F4ac, F4ad), mill-inqas ....................................................................... 2.1 SA.U*

    E. coli adhesin F5, mill-inqas...................................................................................................... 1.7 SA.U*

    E. coli adhesin F6, mill-inqas...................................................................................................... 1.4 SA.U*

    E. coli adhesin F41, mill-inqas.................................................................................................... 1.7 SA.U*

    *: 1 SA.U: kwantita’ suffiċjenti biex ikollok titolu ta’ agglutinating antibody ta’ 1 log 10 fil-fenek ta’ l-Indi. Adjuvant:

    Aluminju (bhala hydroxide) ..........................................................................................................1.4 mg


  4. INDIKAZZJONI (JIET)

    Vaċċin inattivat bl-adjuvant għat-tnaqqis ta’ enterotoxicosi fid-drafeġ tat-twelid, ikkaġunat mil-

    istrains tal-E.coli li jesprimu l-adhesins F4ab, F4ac, F4ad, F5, F6 u F41.


  5. KUNTRADIZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Il-vaċċin jista jikkaġuna hyperthermia ħafifa (inqas minn 1.5 ċentigradi waqt perijodu massimu ta’ 24 siegħa).


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux msemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.

  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

    Majjali (majjaliet u qażqużiet)


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊJE, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI

    Doża waħda ta’ 2 ml skond il-programm li ġej:


    L-ewwel programm ta’ tilqim:


    L-ewwel titqiba: 5 sa 7 ġimgħat qabel it-twelid It-tieni titqiba: ġimgħatejn qabel it-twelid Kumplament ta’ tilqim


    Injezzjoni waħda ġimgħatejn qabel kull twelid sussegwenti


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Injezzjoni fil-muskolu fl-għonq fil-parti wara l-widna.


    Ħawwad il-kunjett sew qabel tużah.

    Uża siringi u labar sterilizzati. Amministra l-prodott bi proċeduri asettiċi


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Xejn.


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Aħżen u ttrasporta f’temperatura ta’ 2 – 8 gradi ċentigradi. Tiffriżax.

    Il-kunjett miftuh jibqa tajjeb għal tliet sigħat.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    • Billi d-drafeġ huma protetti meta jieħdu il-colostrum, kull darfuġ għandu jieħu kwantita’ biżżejjed ta’ colostrum fl-ewwel 6 sigħat wara t-twelid.

    • Laqqam biss annimali f’saħħithom.

    • Tamministrax ma prodotti oħra mediċinali


    M’hemm l-ebda informazzjoni dwar il-kompatibilità ta’ dan il-vaċċin ma xi ieħor. Għaldaqstant is- sigurtà u l-effiċjenza ta’ dan il-prodott meta jiġi użat mi xi ieħor (jew meta jiġi użat fl-istess ġurnata jew

    f’okkażjonijiet differenti) ma ġewx dimostrati


    F’każ li tinjetta lilek innifsek, fittex tabib mill-ewwel u qis li turih il-pakkett jew il-fuljett ta’

    informazzjoni li jkun fih ġewwa.


    Aħsel u ddiżinfetta idejk wara li tuża dan il-prodott.


    L-ebda effett mhux mixtieq ma ġie osservat wara li ġie mogħti id-doppju tad-doża irrikkmandata. Tħallatx ma xi vaċċin ieħor

  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Mediċina veterinarja li ma ġietx użata jew prodotti oħra li ntużaw għal din il-mediċina għandhom

    jintremew skond kif titlob il-liġi tal-pajjiż


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini ().


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Il-vaċċin fih l-istrains inattivati tal-E.coli li jesprimu l-adhesins F4ab, F4ac, F4ad, F5, F6 u F41, li jikkaġunaw enterotoxicosis fid-drafeġ tat-twelid, fl-adjuvant ta’ l-aluminju hydroxide. Fil-majjaliet u fil-qażqużiet, il-vaċċin jinduċi seroconversion speċifiku tal-annimali imlaqqma; id-drafeġ huma immunizzati passivament billi jieħdu il-colostrum u l-ħalib li fih adhesin-specific antibodies.


Kaxxa ta’ 5 dożi, kunjett ta’ 10 ml (kunjett tal-ħġieġ bit-tapp tal-lasktu) Kaxxa ta’ 10 dożi, kunjett ta’ 20 ml (kunjett tal- ħġieġ bit-tapp tal-lasktu) Kaxxa ta’ 25 doża, kunjett ta’ 50 ml (kunjett tal- ħġieġ bit-tapp tal-lasktu) Kaxxa ta’ 50 doża, kunjett ta’ 100 ml (kunjett tal- ħġieġ bit-tapp tal-lasktu) Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakketti jistgħu jitpoġġew fis-suq.


Prodott mediċinali veterinarju li jingħata bil-preskrizzjoni.