Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Repatha
evolocumab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Repatha 140 mg soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

evolocumab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


Kif jidher Repatha u l-kontenut tal-pakkett


Repatha huwa soluzzjoni ċara sa opalexxenti, mingħajr kulur sa safranija u prattikament mingħajr frak.


Kull pakkett fih siringa mimlija għal-lest waħda li tintuża darba.


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Amgen Europe B.V. Minervum 7061

image

4817 ZK Breda L-Olanda


Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Amgen Europe B.V. Minervum 7061

image

4817 ZK Breda L-Olanda


Manifattur

Amgen Technology (Ireland) Unlimited Company Pottery Road

Dun Laoghaire Co Dublin

L-Irlanda


Manifattur Amgen NV Telecomlaan 5-7

1831 Diegem Il-Belġju


image

Għal kull tgħarif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:


België/Belgique/Belgien

s.a. Amgen n.v.

Tel/Tél: +32 (0)2 7752711

Lietuva

Amgen Switzerland AG Vilniaus filialas Tel: +370 5 219 7474

България

Амджен България ЕООД Тел.: +359 (0)2 424 7440

Luxembourg/Luxemburg

s.a. Amgen Belgique/Belgien

Tel/Tél: +32 (0)2 7752711


Česká republika

Amgen s.r.o.

Tel: +420 221 773 500

Magyarország

Amgen Kft.

Tel.: +36 1 35 44 700


Danmark

Amgen, filial af Amgen AB, Sverige Tlf: +45 39617500

Malta

Amgen B.V. The Netherlands

Tel: +31 (0)76 5732500


Deutschland AMGEN GmbH Tel.: +49 89 1490960

Nederland

Amgen B.V.

Tel: +31 (0)76 5732500


Eesti

Amgen Switzerland AG Vilniaus filialas Tel: +372 586 09553

Norge

Amgen AB

Tel: +47 23308000


Ελλάδα

Amgen Ελλάς Φαρμακευτικά Ε.Π.Ε. Τηλ.: +30 210 3447000

Österreich

Amgen GmbH

Tel: +43 (0)1 50 217


España

Amgen S.A.

Tel: +34 93 600 18 60

Polska

Amgen Biotechnologia Sp. z o.o. Tel.: +48 22 581 3000


France

Amgen S.A.S.

Tél: +33 (0)9 69 363 363

Portugal

Amgen Biofarmacêutica, Lda. Tel: +351 21 422 06 06


Hrvatska

Amgen d.o.o.

Tel: +385 (0)1 562 57 20

România

Amgen România SRL Tel: +4021 527 3000


Ireland

Amgen Ireland Limited Tel: +353 1 8527400

Slovenija

AMGEN zdravila d.o.o. Tel: +386 (0)1 585 1767


Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Slovenská republika Amgen Slovakia s.r.o. Tel: +421 2 321 114 49


Italia

Amgen S.r.l.

Tel: +39 02 6241121

Suomi/Finland

Amgen AB, sivuliike Suomessa/Amgen AB, filial i Finland

Puh/Tel: +358 (0)9 54900500


Kύπρος

C.A. Papaellinas Ltd Τηλ.: +357 22741 741

Sverige

Amgen AB

Tel: +46 (0)8 6951100

Latvija

Amgen Switzerland AG Rīgas filiāle Tel: +371 257 25888

United Kingdom (Northern Ireland)

Amgen Limited

Tel: +44 (0)1223 420305


Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

.


image

image

Istruzzjonijiet dwar l-użu:

image

image

image

Repatha siringa mimlija għal-lest li tintuża darba



Gwida dwar il-partijiet

Qabel l-użu

Wara l-użu


Bastun li jimbotta

l-mediċina (plunger rod)


Mediċina Tubu ċilindriku

tas-siringa


Labra mgħottija b’għatu griż


Bastun użat li jimbotta l- mediċina

(Used Plunger)


Tubu ċilindriku tas-siringa

użata


Labra użata


Labra mingħajr l-għatu griż



Il-labra qiegħda ġewwa.

image

Importanti


Qabel tuża Repatha siringa mimlija għal-lest li tintuża darba, aqra din l-informazzjoni importanti:


Pass 1: Ipprepara

A

Oħroġ il-pakkett ta’ Repatha siringa mimlija għal-lest mill-friġġ u stenna 30 minuta.

Stenna mill-inqas 30 minuta biex is-siringa mimlija għal-lest fil-pakkett tilħaq it-temperatura tal-kamra b’mod naturali qabel tinjetta.

Iċċekkja li fuq it-tikketta tal-pakkett jidher l-isem Repatha.

  • Tippruvax issaħħan Repatha siringa mimlija għal-lest billi tuża sors ta’ sħana bħal ilma jaħraq jew microwave.

  • Tħallix Repatha siringa mimlija għal-lest esposta għal dawl tax-xemx dirett.

  • Tħawwadx Repatha pinna mimlija għal-lest.


B

Iġbor il-materjal kollu meħtieġ għall-injezzjoni tiegħek.

Aħsel idejk sewwa bis-sapun u l-ilma.

Fuq wiċċ nadif, imdawwal tajjeb u ċatt, poġġi:

  • Repatha siringa mimlija għal-lest waħda fit-trej tagħha.

  • Imsielaħ tal-alkoħol.

  • Tajjar jew garża.

  • Stikka.

  • Kontenitur għar-rimi ta’ oġġetti li jaqtgħu.

  • Tużax jekk id-data ta’ skadenza fuq il-pakkett ta’ Repatha siringa mimlija għal-lest tkun għaddiet.



image

image


C

Agħżel il-post tal-injezzjoni.


Driegħ Żaqq


Koxxa


Tista’ tuża:

  • Il-koxxa.

  • Iż-żaqq, minbarra żewġ pulzieri (5 ċentimetri) madwar iż-żokra.

  • In-naħa ta’ barra tad-driegħ (jekk xi ħadd ieħor ikun qed jagħtik l-injezzjoni biss).

  • Tagħżilx post fejn il-ġilda tkun tuġgħa, imbenġla, ħamra jew iebsa. Evita li tinjetta f’partijiet li għandhom ċikatriċi jew marki fil-ġilda li juru li wieħed ikun ħxien.



Agħżel post differenti kull darba li tinjetta lilek innifsek. Jekk teħtieġ tuża l-istess post tal- injezzjoni, kun ċert li ma tużax l-istess punt tat-titqiba preċedenti f’dak il-post.


D

Naddaf il-post tal-injezzjoni.

image

Naddaf il-post tal-injezzjoni b’imselħa tal-alkoħol. Ħalli l-ġilda tiegħek tinxef qabel tinjetta.

  • Terġax tmiss din il-parti tal-ġilda qabel l-injezzjoni.

image

image

image


E

Neħħi s-siringa mimlija għal-lest mit-trej.

Aqleb it-trej Agħfas bil-mod

image

Biex tneħħi:

  • Qaxxar il-karta minn mat-trej.

  • Żomm it-trej f’idejk.

  • Aqleb it-trej u agħfas bil-mod in-nofs tal-parti ta’ wara tat-trej biex terħi is-siringa fil-pala ta’ jdejk.

  • Jekk is-siringa mimlija għal-lest ma toħroġx mit-tray, agħfas il-parti ta’ wara tat-trej bil-mod.

  • Tiġborx u tiġbidx is-siringa mimlija għal-lest mill-bastun li jimbotta l-mediċina jew mill-għatu l-griż tal-labra. Dan jista’ jagħmel ħsara lis-siringa.

  • Tneħħix l-għatu l-griż tal-labra mis-siringa mimlija għal-lest qabel ma tkun lest biex tinjetta.






image Dejjem żomm is-siringa mimlija għal-lest mit-tubu ċilindriku tas-siringa.


F

Spezzjona l-mediċina u s-siringa.

Tikketta tas-siringa Labra

Bastun li jimbotta l- Tubu ċilindriku tas- bid-data ta’ mgħottija mediċina siringa skadenza b’għatu griż

image

Mediċina

Dejjem żomm is-siringa mimlija għal-lest mit-tubu ċilindriku tas-siringa. Iċċekkja li:

  • L-isem Repatha jidher fuq it-tikketta tas-siringa mimlija għal-lest.

  • Il-mediċina fis-siringa mimlija għal-lest hija trasparenti u mingħajr kulur sa ftit safranija.

  • Tużax is-siringa mimlija għal-lest jekk xi parti mis-siringa mimlija għal-lest tidher imxaqqa jew miksura.

  • Tużax is-siringa mimlija għal-lest jekk l-għatu griż tal-labra jkun nieqes jew ma jkunx imwaħħal tajjeb.

  • Tużax is-siringa mimlija għal-lest jekk il-mediċina bidlet il-kulur jew fiha ċapep kbar, laqx jew frak ikkulurit.

  • Tużax is-siringa mimlija għal-lest jekk id-data ta’ skadenza fuq is-siringa mimlija għal-lest tkun għaddiet.




image


Pass 2: Ipprepara

A

B’attenzjoni iġbed l-għatu l-griż tal-labra ’l barra u ’l bogħod minn ġismek. Tħallix il-labra mingħajr l-għatu griż għal aktar minn 5 minuti. Dan jista’ jnixxef il-mediċina.

1. image

Huwa normali li tara qatra tal-mediċina fit-tarf tal-labra.

2. image


Armi l-għatu immedjatament fil-kontenitur għar- rimi ta’ oġġetti li jaqtgħu.

  • Tgħawwiġx l-għatu griż tal-labra. Dan jista’ jagħmel ħsara lil-labra.

  • Terġax tpoġġi l-għatu griż tal-labra lura fuq is-siringa mimlija għal-lest.


B

Neħħi l-bużżieqa tal-arja/spazju.

Tista’ tinnota bużżieqa tal-arja/spazju fis-siringa mimlija għal-lest ta’ Repatha.

Jekk tinnota bużżieqa tal-arja/spazju:

  • Żomm is-siringa mimlija għal-lest bil-labra tħares ’il fuq.

  • Tektek it-tubu ċilindriku tas-siringa bil-mod b’subgħajk sakemm il-bużżieqa tal-arja/spazju jitilgħu fin-naħa ta’ fuq tas-siringa.

  • Bil-mod u b’mod ġentili imbotta l-bastun li jimbotta l-mediċina ’l fuq sabiex toħroġ l-arja mis- siringa mimlija għal-lest. Oqgħod attent ħafna li ma timbuttax mediċina ’l barra.

  • Ittektikx il-labra tas-siringa.



image



C

OQROS il-post tal-injezzjoni sabiex toħloq wiċċ aktar ferm.

image

Oqros il-ġilda b’mod ferm bejn subgħajk il-kbir u s-swaba l-oħra, biex toħloq parti wiesgħa madwar 2 pulzieri (5 ċentimetri).

image Importanti li l-ġilda żżommha maqrusa waqt l-injezzjoni.

image

image

image


Pass 3: Injetta

A

Żomm il-QARSA. Daħħal il-labra fil-ġilda billi tuża angolu ta’ 45 sa 90 grad.


  • Tpoġġix subgħajk fuq il-bastun li jimbotta l-mediċina waqt li tkun qed iddaħħal il-labra.


B

Billi tagħmel pressjoni bil-mod u kostanti, IMBOTTA l-bastun li jimbotta l-mediċina s’isfel nett sakemm is-siringa titbattal.



C

Meta tkun lest, ERĦI subgħajk il-kbir, u b’mod ġentili oħroġ is-siringa minn ġol-ġilda.


  • Tpoġġix l-għatu griż tal-labra lura fuq is-siringa użata.

image


Pass 4: Lesti

A

Poġġi s-siringa użata immedjatament fil-kontenitur għar-rimi ta’ oġġetti li jaqtgħu.

image

Tkellem mal-fornitur tal-kura tas-saħħa tiegħek dwar kif għandek tarmi kif suppost. Jista’ jkun hemm linji gwida lokali għar-rimi.

  • Terġax tuża s-siringa użata.

  • Tużax mediċina li jkun fadal fis-siringa użata.

  • Tirriċiklax is-siringa jew il-kontenitur għar-rimi ta’ oġġetti li jaqtgħu u tarmihomx mal-iskart domestiku.




Żomm is-siringa użata u l-kontenitur għar-rimi ta’ oġġetti li jaqtgħu fejn ma jidhrux u ma jintlaħqux mit-tfal.


B

Eżamina l-post tal-injezzjoni.

Jekk hemm id-demm, agħfas tajjara jew garża fuq il-post tal-injezzjoni. Applika stikk jekk meħtieġ.

  • Togħrokx il-post tal-injezzjoni.