Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Ecoporc Shiga
genetically modified Shiga-toxin-2e antigen


B. FULJETT TA' TAGĦRIF

FULJETT TA’ TAGĦRIF

Ecoporc SHIGA Suspensjoni għall-injezzjoni għal qżieqeż


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI


    Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:


    Ceva Santé Animale 10 av. de La Ballastière 33500 Libourne

    Franza


    Manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott:


    IDT Biologika GmbH

    Am Pharmapark

    06861 Dessau-Rosslau

    Il-Ġermanja


    Ceva-Phylaxia Veterinary Biologicals Co. Ltd. Szállás u. 5.

    1107 Budapest

    Ungerija


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Ecoporc SHIGA Suspensjoni għall-injezzjoni għal qżieqeż


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Kull doża ta’ 1 ml fiha:


    Sustanzi attivi:


    Antiġen Stx2e rikombinanti modifikat ġenetikament: ≥ 3.2 x 106 Unitajiet ELISA


    Sustanza mhux attiva:

    Aluminju (bħala idrossidu) massimu 3.5 mg


    Ingredjent ieħor:

    Thiomersal massimu 0.115 mg


    Dehra wara li tħawdu: suspensjoni omoġena minn safranija sa kannella


  4. INDIKAZZJONI(JIET)


    Tilqima attiva ta’ qżieqeż mill-età ta’ 4 ijiem, biex titnaqqas il-mortalità u sinjali kliniċi ta’ mard tal- edema kkawżat minn tossina Stx2e prodotta minn E. coli (STEC).


    Bidu tal-immunità: 21 jum wara l-vaċċin Tul tal-immunità: 105 jum wara l-vaċċin

  5. KONTRAINDIKAZZJONIJIET


    Tużax f’każijiet ta’ sensittività eċċessiva għall-ingredjent attiv, għas-sustanza mhux attiva jew kwalunkwe ingredjent ieħor.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA


    Reazzjonijiet lokali żgħar ħafna bħal nefħa ħafifa fis-sit tal-injezzjoni (massimu ta’ 5 mm), jistgħu’ jiġu osservata b’mod komuni, iżda dawn ir-reazzjonijiet huma temporanji u jfiqu fi żmien qasir (sa sebat ijiem) u mingħajr ebda kura. B’mod komuni tista’ sseħħ żieda żgħira fit-temperatura tal-ġisem (massimu ta’ 1.7°C) wara l-injezzjoni. Iżda dawn ir-reazzjonijiet jonqsu fi żmien qasir (massimu ta’ jumejn) mingħajr kura. Jistgħu jiġu osservati wkoll sinjali kliniċi oħra bħal disturbi temporanji ħfief fl- imġieba, imma dawn jiġu osservati b’mod inqas komuni wara l-applikazzjoni ta’ Ecoporc SHIGA.


    Il-frekwenza ta’ effetti mhux mixtieqa hija definita skont din il-konvenzjoni:

    • komuni ħafna (aktar minn wieħed f’10 annimali li juru effett(i) mhux mixtieq(a) matul il-perjodu

      ta’ kura waħda)

    • komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn 10 annimali f’100 annimal)

    • mhux komuni (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’1,000 annimal)

    • rari (aktar minn wieħed iżda inqas minn10 annimali f’10,000 annimal)

    • rari ħafna (inqas minn annimal wieħed f’10,000 annimal, inklużi rapporti iżolati).


    Jekk tinnota xi effetti serji anke dawk mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jew taħseb li l-mediċina ma ħadmitx, jekk jogħġbok informa lit-tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Qżieqeż


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Qabel l-għoti, ħawwad il-kunjett tal-vaċċin b’attenzjoni.

    Injezzjoni waħda ġol-muskoli (1 ml) lil qżieqeż mill-età ta’ 4 ijiem. Is-sit ippreferut tal-applikazzjoni hu l-muskolu tal-għonq wara l-widna.


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Hu rakkomandat li tuża labra li tkun adattata għall-età tal-qżieqeż (daqs ippreferut ta’ 21G u tul ta’

    16 mm).


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Żero jiem


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA


    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Aħżen fil-friġġ (2°C – 8°C).

    Tagħmlux fIl-friża. Ipproteġi mid-dawl.

    Iż-żmien kemm idum tajjeb wara li jinfetaħ il-kontenitur għall-ewwel darba: 24 siegħa. Bejn il-ġbid tal-

    mediċina permezz tas-siringa minn ġol-kunjett, il-vaċċin għandu jinħażen f’temperatura ta’ 2°C – 8°C.


    Tużax dan il-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta’ skadenza murija fuq it-tikketta jew il- pakkett.


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali:


    Laqqam biss annimali li jkunu f’saħħithom.


    Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodott mediċinali

    veterinarju lill-annimali:


    F’każ li tinjetta b’mod aċċidentali lilek innifsek jew tibilgħu, fittex minnufih parir mediku u qis li turi l-fuljett ta’ informazzjoni tal-pakkett jew it-tikketta lit-tabib.


    Tqala u treddigħ:


    Is-sigurtà tal-prodott mediċinali veterinarju ma ġietx stabbilita waqt it-tqala u t-treddigħ. L-użu tiegħu

    mhux rakkomandat waqt it-tqala jew fit-treddigħ.


    Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħrajn u forom oħra ta’ interazzjoni:


    L-ebda informazzjoni mhi disponibbli dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin meta jintuża ma’

    kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor.

    Għalhekk, deċiżjoni dwar jekk dan il-vaċċin għandux jintuża qabel jew wara kwalunkwe prodott mediċinali veterinarju ieħor, għandha ssir mit-tabib veterinarju responsabbli każ b’każ.


    Inkompatibilitajiet maġġuri:


    Tħallatx ma’ ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.


    Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti), jekk ikun hemm bżonn):


    Wara l-għoti ta’ doża doppja tal-vaċċin, l-ebda reazzjonijiet avversi ħlief dawk deskritti f’sezzjoni 6 ma ġew osservati.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Staqsi lill-kirurgu veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa.

    Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF


    {XX/SSSS}


    dwar il-Mediċini /.

  15. TAGĦRIF IEĦOR


Flixkun PET li jkun fih 50 ml jew 100 ml, magħluq b’tapp tal-lastku tal-bromobutyl u ssiġillat b’għatu

tal-aluminju li jista’ jitqaċċat.


Daqsijiet tal-pakketti:

Kaxxa tal-kartun bi flixkun PET li jkun fih 50 doża (50 ml) jew 100 doża (100 ml)


Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.