Paġna ewlenija Paġna ewlenija

Panacur AquaSol
fenbendazole


B. FULJETT TA' TAGĦRIF FIL-PAKKETT

FULJETT TA’ TAGĦRIF FIL-PAKKETT -

Panacur AquaSol 200mg/ml suspensjoni għall-użu fl-ilma tax-xorb għall-ħnieżer


  1. L-ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-KUMMERĊ, U L- ISEM U L-INDIRIZZ TAS-SID TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI LI JĦALLI L-KONSENJA TMUR FIS-SUQ, JEKK DIFFERENTI


    Sid l-Awtorizzazzjonital-Kummerċ


    Intervet International BV Wim de Körverstraat 35 NL-5831 AN Boxmeer Olanda


    Manifatturlijħallil-konsenjatmurfis-suq:


    Intervet Productions SA

    Rue de Lyons 27460 Igoville

    Franza


  2. ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU


    Panacur AquaSol 200mg/ml suspensjoni għall-użu fl-ilma tax-xorb għall-ħnieżer u t-tiġieġ. Fenbendazole


  3. DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA


    Il-prodott mediċinali veterinarju huwa suspensjoni bajda għall-offwajt għall-użu orali fl-ilma tax-xorb għall-ħnieżer li fiha 200mg/ml fenbendazole u 20mg/ml ta' benzyl alkoħol (E1519).


  4. INDIKAZZJONI (JIET)


    Ħnieżer:

    Għal trattament u kontroll tan-nematodi gastro-intestinali fi ħnieżer infettati bl:

    • Acaris suum (adult, stadji larvali intestinali u migratorji)

    • Oesophagostomum spp (stadju adult)

      -Trichuris suis (stadju adult)


      Tiġieġ:

      Għal trattament u kontroll tan-nematodi gastro-intestinali fit-tiġieg infettati bl’:


    • Ascaridia galli (L5 u stadji adulti)

    • Heterakis gallinarum (L5 u stadji adulti)

      -Capillaria spp. (L5 u stadji adulti)


  5. KONTRAINDIZZJONIJIET


    Xejn.


  6. EFFETTI MHUX MIXTIEQA

    Xejn magħruf


    Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit-

    tabib veterinarju tiegħek.


  7. SPEĊJI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT


    Ħnieżer u tiġieġ


  8. DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA' AMMINISTRAZZJONI


    Għall-użu fl-ilma tax-xorb.


    Sabiex tiżgura l-amministrazzjoni ta' doża korretta, il-piż tal-ħanżir għandu jitkejjel b’mod preċiż

    kemm jista’ jkun; il-preċiżjoni tal-appararat tal-kejl għanda tiġi ċċekkjata.


    Ħnieżer:

    Id-doża hija 2.5mg fenbendazole kull kg tal-piż tal-ġisem kull ġurnata (ekwivalenti ma 0.0125ml Panacur AquaSol). Għat-trattament u kontroll tal-Ascaris suum u Oesophagostum spp. din d-doża trid tiġi mogħtija għal jumejn wara xulxin. Għat-trattament u kontroll ta’ Trichuris suis id-doża trid tiġi mogħtija għal 3 ijiem wara xulxin.


    Kalkulazzjoni tad-doża:

    L-ammont tal-prodott meħtieġ għal-ġurnata huwa kkalkolat fuq il-piż tal-ġisem totali (kg) tal-grupp kollu tal-ħnieżer li se jiġu trattati. Jekk jogħġbok uża l-formula li ġejja:


    Piż tal- ġisem totali tal-ħnieżer li se jiġu trattati

    Ġurnata 1 Ammont tal- prodott

    Ġurnata 2 Ammont tal- prodott

    Ġurnata 3 Ammont tal- prodott

    Ammont totali (għal jumejn)

    Ammont totali (għal 3 ijiem)

    10,000 kg

    80,000 kg

    32,0000 kg

    125 ml

    1,000 ml

    4,000 ml

    125 ml

    1,000 ml

    4,000 ml

    125 ml

    1,000 ml

    4,000 ml

    2 x 125 ml

    2 x 1,000 ml

    2 x 4,000 ml

    3 x 125 ml

    3 x 1,000 ml

    3 x 4,000 ml

    ml ta’ prodott/ġurnata = Estimu totali tal-piż tal-ġisem (kg) tal-ħnieżer li se jiġu trattati x 0.0125ml Eżempji:


    Tiġieġ:

    Ascaridia galli u Heterakis gallinarum 1mg fenbendazole kull kg tal-piż tal-ġisem kull ġurnata (ekwivalenti għal 0.005ml Panacur AquaSol). Din id-doża trid tiġi mogħtija għal 5 ijiem wara xulxin. Capillaria spp: 2mg fenbendazole kull kg tal-piż tal-ġisem kull ġurnata ((ekwivalenti għal 0.01ml Panacur AquaSol)għal 5 ijiem wara xulxin.


    Kalkulazzjoni tad-doża:

    L-ammont tal-prodott meħtieġ għal ġurnata huwa kkalkolat fuq il-piż tal-ġisem totali (kg) tal-grupp kollu tat-tiġieġ li se jiġu trattati. Uża l-formula li ġejja:


    Trattament tal-Ascaridia galli u Heterakis gallinaruum:

    ml prodott/ġurnata = Piż tal-ġisem total (kg) tat-tiġieġ li se jiġu trattati x 0.005 ml


    Trattament ta` Capillaria spp.:

    ml prodott/ġurnata = Piż tal-ġisem total (kg) tat-tiġieġ li se jiġu trattati x 0.01 ml

    Eżempji:


    Piż tal- ġisem totali tat-tiġieġ li se jiġu trattati

    Ammont tal- prodott kull ġurnata għall-1mg FBZ/kg

    Ammont totali (ml/għal 5 ijiem)

    Ammont tal-prodott

    kull ġurnata għal 2 mg FBZ/ kg (ml/day)

    Ammont totali tal- prodott(ml/għal 5 ijiem)

    40,000 kg

    160,000 kg

    200 ml

    800 ml

    1,000 ml (5x200 ml) 4,000 ml (5x 800 ml)

    400 ml

    1600 ml

    2,000 ml (5x400 ml) 8,000 ml (5x1600 ml)


  9. PARIR SABIEX TAMMINISTRA B'MOD KORRETT


    Qabel tħalli l-annimali jixorbu mill-ilma medikat, is-sistema li twassal l-ilma għandha tiġi mbattla, u jekk hu possibli, ifflaxjata bl-ilma medikat sabiex tassigura dożaġġ preċiż. Jaf ikun hemm bżonn li din il-proċedura tiġi ripetuta fuq il-ġranet kollha tat-trattament.


    Segwi l-istruzzjonijiet fl-ordni msemmija hawn taħt sabiex tipprepara l-ilma medikat. Uża apparat tal- kejl li huwa preċiż biżżejjed, li għandu jitnaddaf sew wara l-użu.


    L-ilma medikat għandu jiġi preparat frisk għal kull ġurnata ta' trattament.


    Prepara l-ewwel dilwizzjoni tal-prodott mediċinali veterinarju billi tħallat ma’ ammont ugwali ta'

    ilma.


    1. Għażel apparat tal-kejl li għandu minn tal-anqas volum doppju mill-volum kalkolat għal ġurnata.

    2. Ferra volum ta' ilma ugwali mal-volum kalkolat tal-prodott meħtieġ fl-apparat tal-kejl.

    3) Ħawwad sew il-prodott qabel tħallat.

    1. Imla l-apparat tal-kejl li fih l-ilma bil-volum kalkolat tal-prodott sabiex ikollok l-ewwel dilwizzjoni.

    2. Żid l-ewwel dilwizzjoni akkwistata mas-sistema li twassal l-ilma kif deskritt hawn taħt.


    Għall-użuf'tanktal-medikazzjoni:

    Żid il-kontenut kollu tal-apparat tal-kejl (l-ewwel dilwizzjoni) mal-volum ta' ilma tax-xorb li l-

    annimali normalment jixorbu bejn 3 sa 24 siegħa.

    Ħawwad sakemm il-kontenut fit-tank tal-medikazzjoni jkun viżibilment omoġenju. L-ilma medikat

    jidher imdardar.

    M'hemmx għalfejn li jitħawwad aktar waqt l-amministrazzjoni.


    Għall-użufil-pompata'dożaġġ:

    Żid il-kontenut kollu tal-apparat tal-kejl (l-ewwel dilwizzjoni) mal-ilma mhux medikat fil-kontenitur tat-taħlita stock tal-pompa tad-dożaġġ. Il-volum ta’ ilma mhux medikat fl-kontenitur tat-taħlita għandu jiġi kkalkolat billi tieħu bħala bażi il-presett tar-rata tal-injezzjoni tal-pompa tad-dożaġġ u l-volum ta' ilma tax-xorb li l-annimali normalment jixorbu bejn 3 sa 24 siegħa.


    Ħawwad sakemm il-kontenut fil-kontenitur stock tal-medikazzjoni jkun viżibilment omoġenu. L-ilma medikat jidher imdardar.

    F'konċentrazzjoni sa 5ml/l suspensjoni stock (1g fenbendazol/l) m'hemmx bżonn li jitħawwad. F'konċentrazzjoni ’l fuq minn 5 ml/l suspensjoni stock u sa 75ml/l suspensjoni stock (15g

    fenbendazole/l) u sa perjodu ta' 8 sigħat ta' amministrazzjoni lanqas m'hemm bżonn li s-suspensjoni

    stock tiġi mħawda.

    Jekk il-perjodu ta' amministrazzjoni jeċċedi t-8 sigħat, iżda mhux aktar minn 24 siegħa, il-kontenitur tas-suspensjon stock irid jiġi mgħammar b’apparat li jħawwad.


    Waqt żmien it-trattament il-ħnieżer kollha għandu jkollhom aċċess mhux limitat għall-ilma medikat biss.


    Waqt żmien it-trattament, wara l-konsum komplet tal-ilma medikat, il-ħnieżer għandhom jingħataw aċċess għall-ilma mhux medikat fl-iqsar żmien possibli.


    Aċċerta ruħek li l-ammont kollu tal-ilma medikat ġie kkunsmat.


  10. PERJODU TA' TIŻMIM


    Ħnieżer:

    Laħam u ġewwieni: 4 ijiem


    Tiġieġ:

    Laħam u ġewwieni: 6 ijiem għal doża ta`1mg fenbendazole/kg.

    9 ijiem għal doża ta`2mg fenbendazole/kg.

    Bajd: xejn ġranet


  11. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

    Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal. Tiffriżax. Ipproteġi minn kesħa qawwija.

    M’għandux jintuża l-prodott mediċinali veterinarju wara d-data ta-iskadenza indikata fuq it-tiketta.

    Żmien li l-prodott jibqa’ tajjeb wara li jkun tneħħa mill-ewwel ippakkjar : 6 xhur Żmien li l-ilma tax-xorb medikat jibqa' tajjeb: 24 siegħa


  12. TWISSIJIET SPEĊJALI


    Twissijietspeċjaligħall-użufl-annimali:


    Reżistenza tal-parassit għal kull klassi partikulari ta' antiħelmintik tista’ tiżviluppa wara użu frekwenti

    u repetut tal-antiħelmintik ta' dik il-klassi.


    Prekawzjonijietspeċjaliligħandhomjittieħdu mill-persuna li tamministra l-prodottmediċinali veterinarjulill-annimali

    Dan il-prodott jista’ jkun tossiku għall-bniedem jekk jiġi inġerit. Nisa tqal għandhom jamministraw

    il-prodott mediċinali veterinarju b'kawtela.

    Evita kuntatt mal-ġilda, mal-għajnejn u membrani mukosi.

    Nies li huma sensittivi għal Fenbendazole għandhom jevitaw li jmissu mal-prodott mediċinali veterinarju.

    Ilbes ingwanti prottettivi l-ħin kollu waqt li qed tuża l-prodott mediċinali veterinarju u waqt it-tindif

    tal-apparat tal-kejl. Aħsel idejk wara l-użu.


    F'kas ta' kuntatt mal-ġilda u/jew l-għajnejn, laħlaħ mill-ewwel b'ħafna ilma. Neħħi l-ħwejjeġ kontaminati wara li jixxerred.


    Użufit-tqalaufiżmienil-ħalib:

    Jista' jintuża waqt it-tqala, fi żmien il-ħalib u żmien il-bajd.

    Inkompatibilitajiet


    Fin-nuqqas ta’ studji dwar kompatibilità, dan il-prodott mediċinali veterinarju ma jistax jintuża flimkien ma’ prodotti mediċinali veterinarji oħra.


  13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA' PRODOTT MHUX UŻATA JEW MATERJAL IEĦOR GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ


    Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ.

    Saqsi lil veterinarju tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il- miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent. Panacur AquaSol ma għandu qatt jitħalla jmur man- nixxigħat tal-ilma minħabba li jista’ jkun ta' periklu għall-ħut u organiżmi akkwatiċi oħrajn.


  14. DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT INFORMATTIV FIL- PAKKETT


    Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali veterinarju , tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (/).


  15. TAGĦRIF IEĦOR


Panacur AquaSol joqtol ukoll il-bajd tan-nematodi.


Daqs tal-kontenitur: 1 litru u 4 litri. Il-kontenitur ta’ 4 litri jiġi pprovdut b’dispenser separat.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.