Paġna ewlenija Paġna ewlenija
AstraZeneca

Simulect
basiliximab

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent


Simulect 20 mg trab u solvent għal soluzzjoni għall-injezzjoni jew infużjoni

basiliximab


Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.


F’dan il-fuljett

  1. X’inhu Simulect u għalxiex jintuża

  2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Simulect

  3. Kif jingħata Simulect

  4. Effetti sekondarji possibbli

  5. Kif taħżen Simulect

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


  1. X’inhu Simulect u għalxiex jintuża


    Simulect jifforma parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu immunosoppressiva. Jingħata fl-isptar lill- adulti, adolexxenti u lit-tfal li qed jirċievu trapjant tal-kliewi. L-immunosoppressiva jnaqqsu r- reazzjoni tal-ġisem għal kull ħaġa li l-ġisem jara bħala ħaġa barranija – inklużi organi trapjantati. Is- sistema immuni tal-ġisem taħseb li organu trapjantat huwa oġġett barrani, u tipprova tirriġettah. Simulect jaħdem billi jwaqqaf ċelloli immuni li jattakaw organi trapjantati.


    Inti tingħata biss żewġ dożi ta’ Simulect. Dawn ser jingħataw, fl-isptar, matul iż-żmien tal-operazzjoni tat-trapjant tiegħek. Simulect jingħata biex iwaqqaf lill-ġismek milli jirriġetta l-organu l-ġdid waqt l- ewwel 4 sa 6 ġimgħat wara l-operazzjoni tat-trapjant meta r-riġett huwa l-aktar probabbli. Inti tingħata mediċini oħrajn li jgħinuk tipproteġi l-kilwa l-ġdida tiegħek f’dan iż-żmien bħal ciclosporin u kortikosterojdi u wara li toħroġ mill-isptar.


  2. X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Simulect


    Segwi l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek sewwa. Jekk m’intix ċert fuq xi ħaġa, staqsi lit-tabib, lill- infermier jew lill-ispiżjar tiegħek.


    M’għandekx tingħata Simulect

    • jekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal basiliximab jew għal xi sustanza oħra ta’ Simulect li hija mniżżla fis-sezzjoni 6 taħt “X’fih Simulect”. Għid lit-tabib tiegħek jekk tissusspetta li seta kellek reazzjoni allerġika għal kwalunkwe minn dawn l-ingredjenti fil-passat.

    • jekk ħriġt tqila jew qed tredda’.


      Twissijiet u prekawzjonijiet

      Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Simulect:

    • jekk kont irċevejt qabel trapjant li ma rnexxiex wara biss żmien qasir jew,

    • jekk dħalt għal operazzjoni ta’ trapjant qabel li mbagħad ma saritx.

      F’każ bħal dan jista’ jkun li diġà ngħatajt Simulect. It-tabib tiegħek ser jivverifika dan għalik u jiddiskuti miegħek il-possibilità li terġa’ tingħata kura b’Simulect.


      Jekk ikollok bżonn tieħu tilqima, l-ewwel ħu parir mingħand it-tabib tiegħek.

      Mediċini oħra u Simulect

      Għid lit-tabib, lill-infermier jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.


      Pazjenti akbar fl-età (li għandhom 65 sena u aktar)

      Simulect jista’ jingħata lill-anzjani izda t-tagħrif li hemm huwa limitat. It-tabib tiegħek jista’ jiddiskuti miegħek fuq dan il-fatt qabel ma jingħatalek Simulect.


      Tfal u adolexxenti (li għandhom minn sena sa 17-il sena)

      Simulect jista’ jingħata lit-tfal u lill-adolexxenti. Id-doża għat-tfal li jiżnu anqas minn 35 kg tkun inqas mid-doża li s-soltu tingħata lill-adulti.


      Tqala u treddigħ

      Huwa importanti ħafna li tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila. M’għandekx tingħata Simulect jekk ħriġt tqila. Għandek tuża kontraċezzjoni xierqa sabiex tevita t-

      tqala waqt il-kura u sa 4 xhur wara li tkun irċevejt l-aħħar doża ta’ Simulect. Jekk toħroġ tqila f’dan iż- żmien, minkejja l-użu ta’ miżuri ta’ kontraċezzjoni, għandek tgħid lit-tabib tiegħek mill-ewwel.


      Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’. Simulect jista’ jgħamel ħsara lit-tarbija tiegħek. M’għandekx tredda’ wara li tkun ingħatajt Simulect u sa 4 xhur wara t-tieni doża.


      Itlob il-parir tat-tabib, tal-infermier jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew waqt li qed tredda’.


      Sewqan u tħaddim ta’ magni

      M’hemm l-ebda evidenza li tindika li Simulect għandu effett fuq il-ħila tiegħek biex issuq karozza jew li tuża l-magni.


      Simulect fih sodium u potassium

      Din il-mediċina fiha anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) f’kull kunjett, jiġifieri essenzjalment ‘ħielsa

      mis-sodium’.


      Din il-mediċina fiha ammont ta’ potassium, anqas minn 1 mmol (39 mg) f’kull kunjett, jiġifieri essenzjalment ’ħielsa mill-potassium’.


  3. Kif jingħata Simulect


    Simulect għandu jingħatalek biss jekk qed tirċievi kilwa ġdida. Simulect jingħata darbtejn, fl-isptar, jew bil-mod permezz ta’ labra ġol-vina bħala infużjoni fuq medda ta’ 2030 minuta jew bħala injezzjoni għal ġol-vina permezz ta’ siringa.


    Jekk kellek esperjenza b’reazzjoni allerġika severa għal Simulect jew jekk kellek komplikazzjonijiet wara l-operazzjoni tiegħek bħal telf ta’ trapjant, it-tieni doża ta’ Simulect m’għandhiex tingħatalek.


    L-ewwel doża tingħatalek eżatt qabel l-operazzjoni ta’ trapjant, u t-tieni doża 4 ijiem wara l- operazzjoni.


    Id-doża li ssoltu tingħata għall-adulti

    Id-doża li ssoltu tingħata għall-adulti hija 20 mg f’kull infużjoni jew injezzjoni.


    Id-doża li ssoltu tingħata għat-tfal u l-adolexxenti (li għandhom minn sena sa 17-il sena)

    • Għal tfal u adolexxenti li jiżnu 35 kg jew aktar, id-doża ta’ Simulect mogħtija f’kull infużjoni jew injezzjoni hija ta’ 20 mg.

    • Għal tfal u adolexxenti li jiżnu anqas minn 35 kg, id-doża ta’ Simulect mogħtija f’kull infużjoni jew injezzjoni hija ta’ 10 mg.

      Jekk tingħata aktar Simulect milli suppost

      Doża eċċessiva ta’ Simulect x’aktarx li ma tikkawżalekx effetti oħra mill-ewwel iżda, tista’ iddgħajjiflek is-sistema immuni għal żmien itwal. It-tabib tiegħek ser joqgħod attent għal xi effetti fuq is-sistema immuni tiegħek, u jikkurak fejn ikun hemm bżonn.


  4. Effetti sekondarji possibbli


    Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.


    Għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek kemm jista’ jkun malajr jekk ikollok xi sintomi mhux mistennija waqt li tkun qed tieħu Simulect, jew waqt it-8 ġimgħat ta’ wara, anki jekk taħseb li dawn mhux relatati mal-mediċina.


    Reazzjonijiet allerġiċi f’salt u severi kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’Simulect. Jekk tinnota xi sinjali ta’ allerġija f’salt bħal raxx, ħakk jew ħorriqija fuq il-ġilda, nefħa tal-wiċċ, xofftejn, ilsien jew partijiet oħra tal-ġisem, qalb tħabbat bl-għaġġla, sturdament, ras ħafifa, qtugħ ta’ nifs, għatis, tħarħir jew tbatija biex tieħu n-nifs, tnaqqis kbir fl-għamil tal-awrina, jew deni u sintomi li jixbħu l- influwenza, għid lit-tabib jew lill-infermier tiegħek mill-ewwel.


    Fl-adulti, l-effetti mhux mixtieqa l-aktar kommuni li dehru kienu stitikezza, dardir, dijarea, żieda fil- piż, uġigħ ta’ ras, uġigħ, nefħa fl-idejn, fl-għekiesi jew fir-riġlejn, pressjoni għolja, anemija, tibdil fil- kimika tad-demm (eż. potassium, kolesterol, phosphate u krejatenina), kumplikazzjonijiet tal-ġerħa tal-operazzjoni u tipi differenti. ta’ infezzjonijiet.


    Fit-tfal, effetti oħra l-aktar kommuni li dehru kienu stitikezza, ix-xagħar normali jikber b’mod eċċessiv, imnieħer imblukkat, deni, pressjoni għolja u tipi ta’ infezzjonijiet differenti.


    Rappurtar tal-effetti sekondarji

    image

    Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.


  5. Kif taħżen Simulect


    Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.


    Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.


    Aħżen fi friġġ (2C – 8C).

  6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra


X’fih Simulect


M’għandekx tuża wara d-data li jiskadi fiha li tidher fuq il-pakkett. Aħżen fi friġġ (2C - 8C).

Kwalunkwe fdalijiet tal-prodott mhux użati jew għar-rimi għandhom jintremew skond il-liġijiet lokali.