Ofev
nintedanib
nintedanib
Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.
Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett
sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.
X’inhu Ofev u għalxiex jintuża
X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Ofev
Kif għandek tieħu Ofev
Effetti sekondarji possibbli
Kif taħżen Ofev
Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra
Ofev fih is-sustanza attiva nintedanib, mediċina li tagħmel parti mill-klassi tal-hekk imsejħa inibituri ta’ tyrosine kinase, u jintuża għall-kura tal-fibrożi pulmonarja idjopatika (IPF), mard kroniku ieħor tal- interstizju tal-pulmun (ILDs, interstitial lung diseases) li jikkawża fibrożi b’fenotip progressiv u
marda tal-interstizju tal-pulmun marbuta ma’ sklerożi sistemika (SSc-ILD, systemic sclerosis associated interstitial lung disease) fl-adulti.
Fibrożi pulmonari idjopatika (IPF)
IPF hija kundizzjoni fejn it-tessut fil-pulmun tiegħek jeħxien, jibbies u jiżviluppa ċikatriċi maż-żmien. Bħala riżultat, iċ-ċikatriċi jnaqqsu l-kapaċità li tittrasferixxi ossiġenu mill-pulmun fid-demm u jsir
diffiċli ħafna li tieħu nifs sew. Ofev jgħin biex inaqqas aktar ċikatriċi u twebbis tal-pulmun.
Mard kroniku ieħor tal-interstizju tal-pulmun (ILDs, interstitial lung diseases) li jikkawża fibrożi b’fenotip progressiv
Minbarra IPF, hemm kondizzjonijiet oħra li fihom it-tessut fil-pulmuni tiegħek jeħxien, jibbies, u
jittebba’ maż-żmien (fibrożi tal-pulmun) u jkompli jmur għall-agħar (fenotip progressiv). Eżempji ta’ dawn il-kondizzjonijiet huma pulmonite kkawżata minn sensittività eċċessiva, ILDs awtoimmuni (eż. ILD assoċjata ma’ artrite rewmatojde), pulmonite tal-interstizju idjopatika mhux speċifikata, pulmonite tal-interstizju idjopatika li ma tistax tiġi kklassifikata u ILDs oħra. Ofev jgħin biex inaqqas l-iżvilupp ta’ aktar tbajja u ebusija tal-pulmuni.
Marda tal-interstizju tal-pulmun marbuta ma’ sklerożi sistemika (SSc-ILD)
Sklerożi sistemika (SSc, systemic sclerosis), magħrufa wkoll bħala skleroderma, hija marda awtoimmuni kronika rari li taffettwa t-tessut konnettiv f’ħafna partijiet tal-ġisem. SSc tikkawża fibrożi (ċikatriċi u ebusija) tal-ġilda u organi interni oħra bħall-pulmuni. Meta l-pulmuni jkunu affettwati minn fibrożi, din tissejjaħ marda tal-interstizju tal-pulmun (ILD, interstitial lung disease), u għalhekk il-kondizzjoni tissejjaħ SSc-ILD. Fibrożi fil-pulmuni tnaqqas il-ħila li jiġi ttrasferit l-ossiġenu fin- nixxiegħa tad-demm fil-ġisem, u l-kapaċità li wieħed jieħu n-nifs titnaqqas. Ofev jgħin biex inaqqas l- iżvilupp ta’ aktar ċikatriċi u ebusija tal-pulmuni.
jekk inti tqila,
jekk inti allerġiku għal nintedanib, karawett jew sojja, jew għal xi sustanza oħra ta' din il- mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).
Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Ofev,
jekk għandek jew kellek problemi tal-fwied,
jekk għandek jew kellek problemi fil-kliewi, jew jekk kienet osservata żieda fl-ammont ta’ proteina fl-awrina tiegħek,
jekk għandek jew kellek problemi ta' ħruġ ta' demm,
jekk tieħu mediċini biex traqqaq id-demm (bħal warfarin, phenprocoumon jew heparin) biex tipprevjeni emboli tad-demm,
jekk tieħu pirfenidone peress li dan jista’ jżid ir-riskju li jkollok dijarea, dardir, rimettar u problemi tal-fwied,
jekk għandek jew kellek problemi bil-qalb (pereżempju attakk tal-qalb),
jekk kellek operazzjoni riċenti. Nintedanib jista' jaffettwa l-mod li bih il-feriti tiegħek ifiequ.
Għalhekk, il-kura tiegħek b'Ofev normalment se titwaqqaf jekk tkun se tagħmel operazzjoni. It- tabib tiegħek se jiddeċiedi meta jerġa' jibda l-kura tiegħek b'din il-mediċina.
jekk għandek pressjoni tad-demm għolja,
jekk għandek pressjoni tad-demm għolja b’mod mhux normali fil-vini u l-arterji tad-demm tal- pulmuni (pressjoni pulmonari għolja),
jekk għandek jew kellek anewriżmu (tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina) jew tiċrita f’ħajt ta’ vina.
Ibbażat fuq din l-informazzjoni, it-tabib tiegħek jista' jagħmillek xi testijiet tad-demm, pereżempju biex jiċċekkja l-funzjoni tal-fwied. It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek ir-riżultati ta' dawn it-testijiet u se jiddeċiedi jekk inti tistax tirċievi Ofev.
Informa lit-tabib tiegħek immedjatament waqt li qed tieħu din il-mediċina,
jekk ikollok id-dijarea. Il-kura tad-dijarea minn kmieni hi importanti (ara sezzjoni 4);
jekk tirremetti jew tħossok ma tiflaħx (nawseja);
jekk għandek sintomi mhux spjegati bħal sfurija tal-ġilda tiegħek jew tal-parti l-bajda ta’ għajnejk (suffejra), awrina skura jew kannella (kulur it-te), uġigħ fin-naħa ta’ fuq tal-lemin fiż-
żona tal-istonku tiegħek (addome), fsada jew titbenġel b’mod aktar faċli minn normal, jew
tħossok għajjien. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ problemi serji tal-fwied
jekk ikollok uġigħ sever fl-istonku, deni, tertir, mard, rimettar jew riġidità jew nefħa fiż-żaqq, għax dawn jistgħu jkunu sintomi ta' toqba fil-ħajt tal-imsaren tiegħek (‘perforazzjoni gastrointestinali’). Għid lit-tabib tiegħek ukoll jekk kellek ulċeri peptiċi jew mard divertikulari fil-passat, jew qed tiġi ttrattat fl-istess waqt b’mediċini anti-infjammatorji (NSAIDs) (li jintużaw biex jittrattaw l-uġigħ u n-nefħa) jew sterojdi (li jintużaw għall-infjammazzjoni u l- allerġiji), peress li dan jista’ jżid dan ir-riskju;
jekk għandek taħlita ta’ uġigħ sever jew brim fl-istonku tiegħek, demm aħmar fl-ippurgar tiegħek jew dijarea għax dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ infjammazzjoni tal-musrana kkawżata
minn provvista ta’ demm inadegwata;
jekk tħoss uġigħ, nefħa, ħmura, sħana fi driegħ/riġel, għax dawn jistgħu jkunu sintomi ta' embolu tad-demm f'waħda mill-vini tiegħek (tip ta' pajp tad-demm);
jekk ikollok għafis jew uġigħ fis-sider, normalment fuq in-naħa tax-xellug tal-ġisem, uġigħ fl-
għonq, ix-xedaq, l-ispalla jew driegħ, taħbit mgħaġġel tal-qalb, qtugħ ta' nifs, nawseja, rimettar, għaliex dawn jistgħu jkunu sintomi ta' attakk tal-qalb;
jekk ikollok kwalunkwe ħruġ ta' demm maġġuri;
jekk ikollok tbenġil, fsada, deni, għeja u konfużjoni. Dawn jistgħu jkunu sinjal ta’ ħsara fil- kanali tad-demm magħrufa bħala mikroanġjopatija trombotika (TMA, thrombotic microangiopathy).
Ofev ma għandux jittieħed minn tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra,
inklużi mediċini li ġejjin mill-ħxejjex u mediċini li jinkisbu mingħajr riċetta.
Ofev jista' jinteraġixxi ma' ċerti mediċini oħrajn. Il-mediċini li ġejjin huma eżempji li jistgħu jżidu l- livelli ta' nintedanib fid-demm, u dan jista' jżid ir-riskju ta' effetti sekondarji (ara sezzjoni 4):
mediċina li tintuża biex tikkura infezzjonijiet fungali (ketoconazole)
mediċina li tintuża biex tikkura infezzjonijiet batterjali (erythromycin)
mediċina li taffettwa lis-sistema immuni tiegħek (cyclosporine)
Il-mediċini li ġejjin huma eżempji li jistgħu jnaqqsu l-livelli ta' nintedanib fid-demm u għalhekk jistgħu jnaqqsu l -effikaċja ta' Ofev:
antibijotiku li jintuża biex jikkura t-tuberkulożi (rifampicin)
mediċini li jintużaw biex jikkuraw aċċessjonijiet (carbamazepine, phenytoin)
mediċina li ġejja mill-ħxejjex għall-kura tad-depressjoni (St. John's Wort)
Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.
Tqala
Tiħux din il-mediċina waqt it-tqala, għax tista' tagħmel ħsara lit-tarbija mhux imwielda tiegħek u tikkawża difetti tat-twelid.
Għandek tagħmel test tat-tqala biex jiġi żgurat li m’intix tqila qabel ma tibda t-trattament b’Ofev. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek.
Kontraċezzjoni
Nisa li jistgħu joħorġu tqal iridu jużaw metodu effettiv ħafna ta' kontraċezzjoni biex jevitaw it- tqala meta jibdew jieħdu Ofev, waqt li jkunu qed jieħdu Ofev u għal mill-inqas 3 xhur wara li
titwaqqaf il-kura.
Għandek tiddiskuti l-metodi l-aktar adattati ta' kontraċezzjoni għalik mat-tabib tiegħek.
Rimettar u/jew dijarea jew kondizzjonijiet gastrointestinali oħra jistgħu jaffettwaw l- assorbiment ta’ kontraċettivi ormonali orali, bħall-pilloli ta’ kontroll tat-twelid, u jistgħu
jnaqqsu l-effikaċja tagħhom. Għalhekk, jekk tkun qed tesperjenza dawn, kellem lit-tabib tiegħek biex tiddiskuti metodu ta’ kontraċezzjoni alternattiv aktar xieraq.
Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek immedjatament jekk toħroġ tqila jew taħseb li tista’ tkun
tqila waqt il-kura b'Ofev.
Treddigħ
Treddax waqt il-kura b'Ofev għax jista' jkun hemm riskju ta' ħsara lil tfal li qed jitreddgħu.
Ofev għandu ftit li xejn effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. M'għandekx issuq jew tħaddem
magni jekk tħossok ma tiflaħx.
Jekk inti allerġiku għas-sojja jew il-karawett, tiħux din il-mediċina (ara sezzjoni 2).
Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.
Id-doża rakkomandata hija kapsula waħda ta' 100 mg darbtejn kuljum (total ta' 200 mg kuljum). Ħu l- kapsuli darbtejn kuljum bejn wieħed u ieħor f'intervall ta' madwar 12-il siegħa bogħod minn xulxin fl- istess ħin tal-jum, pereżempju kapsula waħda filgħodu u kapsula waħda filgħaxija. Dan jiżgura li ammont kostanti ta' nintedanib jinżamm fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm. Ibla' l-kapsuli sħaħ mal-ilma u tomgħodx il-kapsuli. Hu rrakkomandat li tieħu l-kapsuli mal-ikel, i.e. waqt jew immedjatament qabel jew wara ikla. Tiftaħx u tfarrakx il-kapsula (ara sezzjoni 5).
Tiħux aktar mid-doża rakkomandata ta' żewġ kapsuli ta' Ofev 100 mg kuljum.
Jekk ma tittollerax id-doża rakkomandata ta' żewġ kapsuli ta' Ofev 100 mg kuljum (ara effetti sekondarji possibbli f'sezzjoni 4) it-tabib tiegħek jista' jagħtik parir twaqqaf din il-mediċina. M'għandekx tnaqqas id-doża jew twaqqaf il-kura waħdek mingħajr ma tikkonsulta lit-tabib tiegħek l- ewwel.
Ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek immedjatament.
Tiħux żewġ kapsuli flimkien jekk tkun insejt tieħu d-doża tiegħek ta' qabel. Għandek tieħu d-doża ta'
100 mg li jkun imiss ta' Ofev kif ippjanat fil-ħin skedat li jkun imiss rakkomandat mit-tabib jew mill- ispiżjar tiegħek.
M'għandekx tieqaf tieħu Ofev mingħajr ma tikkonsulta lit-tabib tiegħek l-ewwel. Hu importanti li
tieħu din il-mediċina kuljum, sakemm it-tabib tiegħek jagħtik riċetta għal din il-mediċina.
Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.
Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.
Hu meħtieġ li toqgħod attent b’mod speċjali jekk ikollok l-effetti sekondarji li ġejjin waqt il-kura b'Ofev:
Id-dijarea tista' twassal għal deidratazzjoni: telf ta' fluwidu u mluħa importanti (elettroliti, bħal sodium jew potassium) mill-ġisem tiegħek. Mal-ewwel sinjali ta' dijarea, ixrob ħafna fluwidi u kkuntattja lit-
tabib tiegħek immedjatament. Ibda kura adattata kontra d-dijarea, eż. b'loperamide, kemm jista' jkun
malajr.
Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib tiegħek.
Fibrożi pulmonari idjopatika (IPF, idiopathic pulmonary fibrosis)
Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn pazjent 1 minn kull 10)
Tħossok imdardar (nawseja)
Uġigħ fil-parti t'isfel tal-ġisem (iż-żaqq)
Riżultati tat-testijiet tal-fwied b'riżultat mhux normali
Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa pazjent 1 minn kull 10)
Rimettar
Telf ta' aptit
Tnaqqis fil-piż
Fsada
Raxx
Uġigħ ta’ ras
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa pazjent 1 minn kull 100)
Pankreatite
Infjammazzjoni tal-musrana l-kbira
Problemi serji fil-fwied
Għadd ta’ plejtlits baxx (tromboċitopenija)
Pressjoni tad-demm għolja (pressjoni għolja).
Suffejra , li hu kulur isfar tal-ġilda u tal-abjad tal-għajnejn minħabba livelli għoljin ta' bilirubina
Ħakk
Attak ta’ qalb
Telf ta’ xagħar (alopeċja)
Żieda fl-ammont ta’ proteina fl-awrina tiegħek (proteinuria)
Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)
Insuffiċjenza tal-kliewi
Tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina jew tiċrita f’ħajt ta’ vina (anewriżmi u dissezzjonijiet tal- arterji)
Mard kroniku ieħor tal-interstizju tal-pulmun (ILDs, interstitial lung diseases) li jikkawża fibrożi b’fenotip progressiv
Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)
Tħossok imdardar (nawsja)
Rimettar
Telf ta’ aptit
Uġigħ fil-parti t’isfel tal-ġisem (fiż-żaqq)
Riżultati tat-testijiet tal-fwied b’riżultat mhux normali
Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)
Tnaqqis fil-piż
Pressjoni għolja
Fsada
Problemi serji fil-fwied
Raxx
Uġigħ ta’ ras
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)
Pankreatite
Infjammazzjoni tal-musrana l-kbira
Għadd ta’ plejtlits baxx (tromboċitopenija)
Suffejra, li hu kulur isfar tal-ġilda u tal-abjad tal-għajnejn minħabba livelli għoljin ta’ bilirubina
Ħakk
Attakk ta’ qalb
Telf ta’ xagħar (alopeċja)
Żieda fl-ammont ta’ proteina fl-awrina tiegħek (proteinuria)
Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)
Insuffiċjenza tal-kliewi
Tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina jew arterja jew tiċrita f’ħajt ta’ vina jew arterja (anewriżmi u dissezzjonijiet tal-arterji)
Marda tal-interstizju tal-pulmun marbuta ma’ sklerożi sistemika (SSc-ILD)
Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)
Tħossok imdardar (nawsja)
Rimettar
Uġigħ fil-parti t’isfel tal-ġisem (iż-żaqq)
Riżultati mhux normali tat-testijiet tal-fwied
Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)
Fsada
Pressjoni għolja
Telf t’aptit
Tnaqqis fil-piż
Uġigħ ta’ ras
Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)
Infjammazzjoni tal-musrana l-kbira
Problemi serji fil-fwied
Insuffiċjenza tal-kliewi
Għadd ta’ plejtlits baxx (tromboċitopenija)
Raxx
Ħakk
Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli)
Attakk tal-qalb
Pankreatite
Suffejra, li hija kulur isfar tal-ġilda u tal-abjad tal-għajnejn minħabba livelli għoljin ta’ bilirubina
Tkabbir u dgħufija ta’ ħajt ta’ vina jew arterja tad-demm jew tiċrita f’ħajt ta’ vina jew arterja
tad-demm (anewriżmi u dissezzjonijiet tal-arterji)
Telf ta’ xagħar (alopeċja)
Żieda fl-ammont ta’ proteina fl-awrina tiegħek (proteinuria)
Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji
direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.
Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.
Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.
Taħżinx Ofev f’temperatura ’l fuq minn 25°C.
Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa' mill-umdita’.
Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-folja li jkun fiha l-kapsuli tkun miftuħa jew jekk kapsula tkun miksura.
Jekk tiġi f’kuntatt mal-kontenut tal-kapsula, aħsel idejk immedjatament b’ħafna ilma (ara sezzjoni 3).
Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.
Is-sustanza attiva hi nintedanib. Kull kapsula fiha 100 mg ta' nintedanib (bħala esilate)
Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma:
Kontenut tal-kapsula: Triglycerides, medium-chain, hard fat, soya lecithin (E322) (ara sezzjoni 2)
Qoxra tal-kapsula: Gelatin, glycerol (85%), titanium dioxide (E171), iron oxide red (E172),
iron oxide yellow (E172)
Linka tal-istampar: Shellac glaze, iron oxide black (E172), propylene glycol (E1520)
Ofev 100 mg kapsuli rotob huma kapsuli tal-ġelatina ratba ta' kulur lewn il-ħawħ, opaki, tawwalin,
stampati fuq naħa waħda bl-iswed bis-simbolu tal-kumpanija Boehringer Ingelheim u n-numru “100”.
Hemm żewġ daqsijiet ta' pakketti disponibbli ta' Ofev 100 mg kapsuli:
30 x 1 kapsuli rotob f'folji tad-doża tal-unità perforati tal-aluminju/aluminju
60 x 1 kapsuli rotob f'folji tad-doża tal-unità perforati tal-aluminju/aluminju
Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.
Boehringer Ingelheim International GmbH Binger Strasse 173
55216 Ingelheim am Rhein
Il-Ġermanja
Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Binger Strasse 173
55216 Ingelheim am Rhein
Il-Ġermanja
Boehringer Ingelheim France 100-104 avenue de France 75013 Paris
Franza
Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:
SCS Boehringer Ingelheim Comm.V
Tél/Tel: +32 2 773 33 11
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG
Lietuvos filialas
Tel: +370 5 2595942
Бьорингер Ингелхайм РЦВ ГмбХ и Ко. КГ -
клон България
Тел: +359 2 958 79 98
SCS Boehringer Ingelheim Comm.V
Tél/Tel: +32 2 773 33 11
Boehringer Ingelheim spol. s r.o.
Tel: +420 234 655 111
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG
Magyarországi Fióktelepe Tel: +36 1 299 8900
Boehringer Ingelheim Danmark A/S
Tlf: +45 39 15 88 88
Boehringer Ingelheim Ireland Ltd.
Tel: +353 1 295 9620
Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG Tel: +49 (0) 800 77 90 900
Boehringer Ingelheim b.v. Tel: +31 (0) 800 22 55 889
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Eesti filiaal
Tel: +372 612 8000
Boehringer Ingelheim Norway KS Tlf: +47 66 76 13 00
Boehringer Ingelheim Ελλάς Μονοπρόσωπη A.E. Tηλ: +30 2 10 89 06 300
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Tel: +43 1 80 105-7870
Boehringer Ingelheim España, S.A.
Tel: +34 93 404 51 00
Boehringer Ingelheim Sp. z o.o.
Tel: +48 22 699 0 699
Boehringer Ingelheim France S.A.S. Tél: +33 3 26 50 45 33
Boehringer Ingelheim Portugal, Lda. Tel: +351 21 313 53 00
Boehringer Ingelheim Zagreb d.o.o.
Tel: +385 1 2444 600
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG
Viena - Sucursala Bucuresti Tel: +40 21 302 2800
Boehringer Ingelheim Ireland Ltd.
Tel: +353 1 295 9620
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG
Podružnica Ljubljana Tel: +386 1 586 40 00
Vhutor hf.
Sími: +354 535 7000
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG organizačná zložka
Tel: +421 2 5810 1211
Boehringer Ingelheim Italia S.p.A.
Tel: +39 02 5355 1
Boehringer Ingelheim Finland Ky
Puh/Tel: +358 10 3102 800
Boehringer Ingelheim Ελλάς Μονοπρόσωπη A.E.
Tηλ: +30 2 10 89 06 300
Boehringer Ingelheim AB
Tel: +46 8 721 21 00
Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co KG Latvijas filiāle
Tel: +371 67 240 011
Boehringer Ingelheim Ireland Ltd. Tel: +353 1 295 9620